EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0710

2009/710/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta’ Settembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska

ĠU L 247, 19.9.2009, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/710/oj

19.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Settembru 2009

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska

(2009/710/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2009/14 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Ġunju 2009 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti maħtura fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/608/KE tat-8 ta’ Lulju 2008 skont l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovakkja tal-munita unika fl-1 ta’ Jannar 2009 (2), is-Slovakkja adottat il-munita unika fl-1 ta’ Jannar 2009.

(3)

Skont l-Artikolu 38 tal-Liġi dwar Národná banka Slovenska, mill-1 ta’ Jannar 2009 r-rapporti finanzjarji annwali ta’ Národná banka Slovenska għandhom ikunu verifikati f’konformità mal-Artikolu 27 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

(4)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li l-Kunsill japprova lil Deloitte Audit s.r.o. bħala l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska għas-sena finanzjarja 2009.

(5)

Huwa xieraq li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u li tiġi emendata d-Deċiżjoni 1999/70/KE (3) kif meħtieġ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE:

“16.   Deloitte Audit s.r.o. huma b’ dan approvati bħala l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska għas-sena finanzjarja 2009.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-BĊE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)  ĠU C 149, 1.7.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 195, 24.7.2008, p. 24.

(3)  ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69.


Top