Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0075

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 75/2009 tad- 29 ta’ Mejju 2009 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE dwar il-koperazzjoni f'oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba' libertajiet

    ĠU L 232, 3.9.2009, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/75(2)/oj

    3.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 232/39


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 75/2009

    tad-29 ta’ Mejju 2009

    li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE dwar il-koperazzjoni f'oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba' libertajiet

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll 31, dwar il-koperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet, għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 73/2006 tat-2 ta’ Ġunju 2006 (1).

    (2)

    Huwa xieraq li l-koperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 1351/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li tistabbilixxi programm Komunitarju pluriennali dwar il-ħarsien tat-tfal li jużaw l-Internet u t-teknoloġiji l-oħrajn tal-komunikazzjoni (2).

    (3)

    Il-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu għalhekk ikun emendat sabiex jippermetti li din il-koperazzjoni estiża sseħħ mill-1 ta' Jannar 2009 ’il quddiem,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 2(5) tal-Protokoll 31, dwar il-koperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet, għall-Ftehim:

    “—

    32008 D 1351: Deċiżjoni Nru 1351/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi programm Komunitarju pluriennali dwar il-ħarsien tat-tfal li jużaw l-Internet u t-teknoloġiji l-oħrajn tal-komunikazzjoni (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 118).”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

    Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2009.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2009.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 245, 7.9.2006, p. 44.

    (2)  ĠU L 348, 24.12.2008, p. 118.

    (*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


    Top