Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0074(01)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/2009 tad- 29 ta’ Mejju 2009 li temenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 232, 3.9.2009, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/74(2)/oj

    3.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 232/37


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 74/2009

    tad-29 ta’ Mejju 2009

    li temenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XXII ta' mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 39/2009 tas-17 ta' Marzu 2009 (1).

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2008 tal-10 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 23 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1261/2008 tas-16 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward Istandard Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 2 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (5)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1262/2008 tas-16 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Interpretazzjoni 13 (4) tal-Kumitat dwar l-Interpretazzjonijiet tar-Rappurtaġġ Finanzjarju Internazzjonali (l-IFRIC) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (6)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/2008 tas-16 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Interpretazzjoni 14 (5) tal-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet tar-Rappurtaġġ Finanzjarju Internazzjonali (l-IFRIC) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (7)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1274/2008 tas-17 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 1 (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (8)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 53/2009 tal-21 ta' Jannar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 32 u IAS 1 (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (9)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2009 tat-23 ta’ Jannar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 1 u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 27 (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (10)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2009 tat-23 ta’ Jannar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-Titjib fl-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRSs) (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (11)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1725/2003 (10), li hu inkorporat mal-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim,

    IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    It-test tal-punt 10ba (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1725/2003) tal-Anness XXII mal-Ftehim għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

    32008 R 1126: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat- 3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1), kif emendat permezz ta':

    32008 R 1260: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2008 tal-10 ta’ Diċembru 2008 (ĠU L 338, 17.12.2008, p. 10),

    32008 R 1261: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1261/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 (ĠU L 338, 17.12.2008, p. 17),

    32008 R 1262: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1262/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 (ĠU L 338, 17.12.2008, p. 21),

    32008 R 1263: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 (ĠU L 338, 17.12.2008, p. 25),

    32008 R 1274: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1274/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 (ĠU L 339, 18.12.2008, p. 3),

    32009 R 0053: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 53/2009 tal-21 ta’ Jannar 2009 (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 23),

    32009 R 0069: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2009 tat-23 ta' Jannar 2009 (ĠU L 21, 24.1.2009, p. 10),

    32009 R 0070: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2009 tat-23 ta' Jannar 2009 (ĠU L 21, 24.1.2009, p. 16).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 1126/2008, 1260/2008, 1261/2008, 1262/2008, 1263/2008, 1274/2008, 53/2009, 69/2009 u 70/2009 fil-lingwa Iżlandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-30 ta' Mejju 2009, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2009.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 130, 28.5.2009, p. 34.

    (1)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.

    (2)  ĠU L 338, 17.12.2008, p. 10.

    (3)  ĠU L 338, 17.12.2008, p. 17.

    (4)  ĠU L 338, 17.12.2008, p. 21.

    (5)  ĠU L 338, 17.12.2008, p. 25.

    (6)  ĠU L 339, 18.12.2008, p. 3.

    (7)  ĠU L 17, 22.1.2009, p. 23.

    (8)  ĠU L 21, 24.1.2009, p. 10.

    (9)  ĠU L 21, 24.1.2009, p. 16.

    (10)  ĠU L 261, 13.10.2003, p. 1.

    (*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


    Top