This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22009D0070
Decision of the EEA Joint Committee No 70/2009 of 29 May 2009 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 70/2009 tad- 29 ta' Mejju 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftheim dwar iż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 70/2009 tad- 29 ta' Mejju 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftheim dwar iż-ŻEE
ĠU L 232, 3.9.2009, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
3.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 232/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 70/2009
tad-29 ta' Mejju 2009
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftheim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2009 tas-24 ta' April 2009 (1). |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1056/2008 tas-27 ta’ Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar l-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim |
(3) |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1057/2008 tas- 27 ta’ Ottubru 2008 li jemenda l-Appendiċi II tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 dwar iċ-Ċertifikat ta’ Reviżjoni tal-Adegwatezza għall-Avjazzjoni (EASA Formola 15a) (3) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 66q (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003):
|
2. |
L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 66p (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003):
|
Artikolu 2
Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 1056/2008 u 1057/2008 fil-lingwa Iżlandiza u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-30 ta' Mejju 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 162, 25.6.2009, p. 31.
(2) ĠU L 283, 28.10.2008, p. 5.
(3) ĠU L 283, 28.10.2008, p. 30.
(*) L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.