This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22009D0069
Decision of the EEA Joint Committee No 69/2009 of 29 May 2009 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 69/2009 tad- 29 ta' Mejju 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 69/2009 tad- 29 ta' Mejju 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
ĠU L 232, 3.9.2009, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
3.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 232/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 69/2009
tad-29 ta' Mejju 2009
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2009 tas-24 ta' April 2009 (1). |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
(3) |
Il-lokalità ġeografika speċifika u d-densità baxxa tal-popolazzjoni tal-Iżlanda, kif ukoll l-għamla tal-flotta tal-ajruplani li jservu r-rotot domestiċi fl-Iżlanda, jeħtieġu li r-Regolament (KE) Nru 300/2008 ma jkunx applikabbli għas-servizzi domestiċi tal-ajru fit-territorju tal-Iżlanda. Il-miżuri tas-sigurtà nazzjonali applikabbli għas-serviżżi domestiċi tal-ajru fl-Iżlanda jipprovdu livell adekwat ta' protezzjoni. |
(4) |
In vista tas-sitwazzjoni speċifika ta’ Liechtenstein li tirriżulta mill-effet miġmugħ ta’ territorju ferm żgħir, struttura ġeoġrafika speċifika, kif ukoll mill-fatt li l-ammont totali tat-traffiku tal-ajru f’Liechtenstein huwa ferm limitat, li l-ebda servizzi regolari internazzjonali tal-arju lejn u minn Liechtenstein ma huma disponibbli u li l-infrastruttura tal-avjazzjoni ċivili f’Liechtenstein tikkonsisti biss minn heliport wieħed, dan ir-Regolament m'għandux ikunu applikabbli għall-infrastruttura tal-avjazzjoni ċivili eżistenti fit-territorju ta’ Liechtenstein. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li jinsab inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar taħt dan il-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XIII għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
It-test ta' punt 66h (ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “32008 R 0300: Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72). Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattazzjonijiet li ġejjin:
|
2. |
It-test tal-Appendiċi 8 għandu jitħassar. |
Artikolu 2
It-testi għar-Regolament (KE) Nru 300/2008 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' Mejju 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*)
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2009.
F'isem il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 162, 25.6.2009, p. 31.
(3) ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1.
(*) Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.