Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0068

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 68/2009 tad- 29 ta’ Mejju 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 232, 3.9.2009, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/68/oj

    3.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 232/24


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 68/2009

    tad-29 ta’ Mejju 2009

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2009 tal-24 ta' April 2009 (1).

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (2) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2004 tas-26 ta' April 2004 (3), b'adattamenti speċifiċi għal kull pajjiż.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 4333 finali tat-8 ta' Awwissu 2008 li tistipula miżuri addizzjonali għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 66i (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 820/2008) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

    “66ia.

    C(2008) 4333 finali: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 4333 finali tat-8 ta' Awwissu 2008 li tistipula miżuri addizzjonali għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni.”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' Mejju 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 67/2009 tad-29 ta' Mejju 2009, liema minnhom isseħħ l-aktar tard.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Mejju 2009.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 162, 25.6.2009, p. 31.

    (2)  ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1.

    (3)  ĠU L 277, 26.8.2004, p. 175.

    (*)  Rekwiżiti konstituzzjonali huma indikat.


    Top