Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0066

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 66/2009 tad- 29 ta' Mejju 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftheim dwar iż-ŻEE

    ĠU L 232, 3.9.2009, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/66/oj

    3.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 232/22


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 66/2009

    tad-29 ta' Mejju 2009

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftheim dwar iż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2009 tas-24 ta' April 2009 (1).

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3922/91 fir-rigward tal-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi applikabbli fil-qasam tal-avjazzjoni kummerċjali (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 66a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

    “—

    32008 R 0859: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2008 tal-20 ta' Awwissu 2008 (ĠU L 254, 20.9.2008, p. 1).”

    Artikolu 2

    Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 859/2008 u fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-30 ta' Mejju 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, id- 29 ta’ Mejju 2009.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 162, 25.6.2009, p. 1.

    (2)  ĠU L 254, 20.9.2008, p. 1.

    (*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati


    Top