Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0064

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 64/2009 tad- 29 ta' Mejju 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    ĠU L 232, 3.9.2009, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/64(2)/oj

    3.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 232/20


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 64/2009

    tad-29 ta' Mejju 2009

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2009 tal-24 ta' April 2009 (1).

    (2)

    Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/106/KE tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-livell minimu tat-taħriġ għall-baħħara (riformulata) (2), trid tiġi inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    It-test tal-punt 56j (Direttiva 2001/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XIII għal-Ftehim għandu jiġi sostitwit b'li ġej:

    32008 L 0106: Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/106/KE tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-livell minimu tat-taħriġ għall-baħħara (riformulata) (ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33).”

    Artikolu 2

    Id-dokumenti testwali tad-Direttiva 2008/106/KE fil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-30 ta' Mejju 2009, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2009.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 162, 25.6.2009, p. 31.

    (2)  ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33.

    (*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati


    Top