Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0059

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 59/2009 tad- 29 ta’ Mejju 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 232, 3.9.2009, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/59(2)/oj

    3.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 232/10


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 59/2009

    tad-29 ta’ Mejju 2009

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 (1).

    (2)

    Id-Direttiva 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta’ Jannar 2009 dwar ismijiet tat-tessuti (tfassil mill-ġdid) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (3)

    Id-Direttiva 2008/121/KE tħassar id-Direttiva 96/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li hi inkorporata fil-Ftehim u li b'hekk hi mħassra taħt il-Ftehim.

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu XI tal-Anness II tal-Ftehim se jiġi emedat kif ġej:

    1.

    It-test tal-punt 4b (id-Direttiva 96/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għadu jitħassar.

    2.

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 4b:

    “4c.

    32008 L 0121: Id-Direttiva 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar ismijiet tat-tessuti (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 19, 23.1.2009, p. 29).”

    Artikolu 2

    Id-dokumenti testwali tad-Direttiva 2008/121/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Mejju 2009, sakemm in-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2009.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.

    (2)  ĠU L 19, 23.1.2009, p. 29.

    (3)  ĠU L 32, 3.2.1997, p. 38.

    (*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati


    Top