This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22009D0058
Decision of the EEA Joint Committee No 58/2009 of 29 May 2009 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) and Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 58/2009 tad- 29 ta' Mejju 2009 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 58/2009 tad- 29 ta' Mejju 2009 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 232, 3.9.2009, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
3.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 232/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 58/2009
tad-29 ta' Mejju 2009
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu
Billi:
(1) |
L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 42/2009 tal-24 ta' April 2009 (1). |
(2) |
L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2009 tas-17 ta' Marzu 2009 (2). |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 149/2008 tad-29 ta' Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-Annessi II, III u IV li jistipulaw il-livelli massimi ta' residwi għall-prodotti koperti mill-Anness I tiegħu (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 260/2008 tat-18 ta' Marzu 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Anness VII li jelenka taħlitiet ta' sustanzi attivi/prodotti koperti minn deroga rigward trattamenti ta’ wara l-ħsad magħmula b'fumigant (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 839/2008 tal-31 ta' Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-Annessi II, III u IV dwar il-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi fi jew fuq ċerti prodotti (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li diġà hu inkorporat fil-Ftehim, jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE (7), 86/362/KEE (8), 86/363/KEE (9) u 90/642/KEE (10) li huma inkorporati wkoll fil-Ftheim u b’hekk għandhom jiġu emendati taħt il-Ftehim. |
(7) |
Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim:
“— |
32008 R 0149: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 149/2008 tad-29 ta’ Jannar 2008 (ĠU L 58, 1.3.2008, p. 1), |
— |
32008 R 0260: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 260/2008 tat-18 ta’ Marzu 2008 (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 31), |
— |
32008 R 0839: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 839/2008 tal-31 ta' Lulju 2008 (ĠU L 234, 30.8.2008, p. 1).” |
Artikolu 2
Kapitolu XII tal-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
It-testi tal-punti 13 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE), 38 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE), 39 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE) u 54 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE) għandhom jitħassru |
2. |
L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
Artikolu 3
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 149/2008, 260/2008 u 839/2008 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-30 ta' Mejju 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 162, 25.6.2009, p. 19.
(2) ĠU L 130, 28.5.2009, p. 19.
(4) ĠU L 76, 19.3.2008, p. 31.
(5) ĠU L 234, 30.8.2008, p. 1.
(7) ĠU L 340, 9.12.1976, p. 26.
(8) ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37.
(9) ĠU L 221, 7.8.1986, p. 43.
(10) ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71.
(*) L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.