Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0056

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 56/2009 tad- 29 ta’ Mejju 2009 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 232, 3.9.2009, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/56(2)/oj

    3.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 232/4


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 56/2009

    tad-29 ta’ Mejju 2009

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 41/2009 tas-24 ta' April 2009 (1).

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/77/KE tat-25 ta' Jannar 2008 li tapprova l-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ u t-tilqim ta' emerġenza għa dawk il-ħnieżer kontra dik il-marda fil-Bulgarija (2) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/88/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/59/KE dwar żoni fejn il-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u t-tilqim ta’ emerġenza għall-ħanżir salvaġġ kontra d-deni klassiku għandhom jiġu implimentati fis-Slovakkja (3) għandha tiġi inkorporata fil-ftehim.

    (4)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/97/KE tat-30 ta’ Jannar 2008 li temenda d-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi fl-Italja huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis) u d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi tal-Italja huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi tal-bovini u mill-bruċellosi tal-bovini u li ċerti reġjuni amministrattivi tal-Polonja huwa uffiċjalment ħielsa mill-lewkosi enżootika tal-bovini (4), kif korretta minn ĠU L 281, 24.10.2008, p. 35, għandha tkun inkorporata fil-ftehim.

    (5)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/159/KE tat-22 ta’ Frar 2008 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/683/KE li tapprova l-pjan għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ f’ċerti żoni tal-Ungerija (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (6)

    Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għall-Iżlanda u l-Liechtenstein,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu I tal-Anness I għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Taħt l-intestatura “L-ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 29 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/59/KE) fil-Parti 3.2:

    “—

    32008 D 0088: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/88/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 (ĠU L 28, 1.2.2008, p. 34).”

    2.

    Taħt l-intestatura “ATTI LI L-ISTATI EFTA U L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQ” għandu jiżdied dan li ġej mal-punt 42 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/683/KE) f'Taqsima 3.2:

    “kif emendat minn:

    32008 D 0159: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/159/KE tat-22 ta' Frar 2008 (ĠU L 51, 26.2.2008, p. 21).”

    3.

    Taħt l-intestatura “ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF DOVUT”, il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 43 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/870/KE) fil-Parti 3.2:

    “44.

    32008 D 0077: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/77/KE tat-25 ta' Jannar 2008 li tapprova l-pjanijiet għall-2008 għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ u t-tilqim ta' emerġenza għal dawk il-ħnieżer kontra dik il-marda fil-Bulgarija (ĠU L 23, 26.1.2008, p. 28).

    Dan l-att m'għandux japplika għall-Iżlanda.”

    4.

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punti14 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KE) u 70 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE) fil-Parti 4.2:

    “—

    32008 D 0097: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/97/KE tal-30 ta' Jannar 2008 (ĠU L 32, 6.2.2008, p. 25), kif ikkoreġuta bil-ĠU L 281, 24.10.2008, p. 35.”

    Artikolu 2

    Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Deċiżjonijiet 2008/77/KE, 2008/88/KE, 2008/97/KE, kif ikkorreġuti mill-ĠU L 281, 24.10.2008, p. 35, u 2008/159/KE fl-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-30 ta' Mejju 2009, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2009.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 162, 25.6.2009, p. 16.

    (2)  ĠU L 23, 26.1.2008, p. 28.

    (3)  ĠU L 28, 1.2.2008, p. 34.

    (4)  ĠU L 32, 6.2.2008, p. 25.

    (5)  ĠU L 51, 26.2.2008, p. 21.

    (*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati


    Top