This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22009D0055
Decision of the EEA Joint Committee No 55/2009 of 29 May 2009 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 55/2009 tad- 29 ta' Mejju 2009 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 55/2009 tad- 29 ta' Mejju 2009 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 232, 3.9.2009, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
3.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 232/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 55/2009
tad-29 ta' Mejju 2009
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 41/2009 tal-24 ta' April 2009 (1). |
(2) |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 289/2008 tal-31 ta’ Marzu 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1266/2007 dwar regoli implimentattivi għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE fir-rigward tal-kontroll, tal-immonitorjar, tas-sorveljanza u tar-restrizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-movimenti ta’ ċerti annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-bluetongue (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
(3) |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/2008 tad- 29 ta’ April 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1266/2007 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni ta' annimali tqal mill-projbizzjoni tal-ħruġ stipulata fid-Direttiva 2000/75/KE għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim (3). |
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (Verżjoni kodifikata) (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/220/KE tat-12 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2003/135/KE fir-rigward tal-pjani ta’ qerda u l-pjani għat-tilqim ta’ emerġenza għad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi f’ċerti żoni tal-istati federali ta’ Renanja-Palatinat u tat-Tramuntana tar-Renanja-Westfalia (il-Ġermanja) (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/233/KE tas-17 ta' Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2004/558/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE fir-rigward tal-garanziji addizzjonali tal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali bovini relatati mar-rhinotracheitis tal-bovini infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ qerda minn ċerti Stati Membri (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim |
(7) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/234/KE tat-18 ta' Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li xi reġjuni amministrattivi tal-Polonja huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi enzotika tal-bovini (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim |
(8) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/339/KE tal-25 ta' April 2008 li temenda l-Anness XI tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji awtorizzati li jimmaniġġjaw il-virus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għall-produzzjoni tal-vaċċin (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(9) |
Id-Deċiżjoni 2008/185/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE (9) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar taħt il-Ftehim. |
(10) |
Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għall-Iżlanda u l-Liechtenstein, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness I tal-Ftehim għandu jkun emendat kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 289/2008 u 384/2008 u tad-Deċiżjonijiet 2008/185/KE, 2008/220/KE, 2008/233/KE, 2008/234/KE u 2008/339/KE fil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-30 ta' Mejju 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment għaż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 162, 25.6.2009, p. 16.
(3) ĠU L 116, 30.4.2008, p. 3.
(6) ĠU L 76, 19.3.2008, p. 56.
(7) ĠU L 76, 19.3.2008, p. 58.
(8) ĠU L 115, 29.4.2008, p. 39.
(9) ĠU L 215, 9.8.2001, p. 48.
(*) L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati
ANNESS
Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-inċiż li ġej għandhu jiżdied fil-punt 1a (id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE) fil-Parti 3.1:
|
2. |
Dan li ġej se jiġi miżjud f'punt 40 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007) f'Taqsima 3.2: “kif emendat minn:
|
3. |
Taħt l-intestatura “L-ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 20 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/135/KE) fil-Parti 3.2:
|
4. |
It-test tal-punt 64 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE) tal-Parti 4.2 għandu jitħassar. |
5. |
Dan li ġej għandu jiġi mdaħħal wara punt 70 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE) tat-Taqsima 4.2:
|
6. |
Dan li ġej għandu jiġi mdaħħal f’punt 80 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE) tat-Taqsima 4.2:
|
7. |
L-inċiż li ġej għandu jigi inserit wara l-punt 83 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/846/KE) fit-Taqsima 4.2;
|