This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0424
2009/424/EC: Commission Decision of 28 May 2009 amending, for the purpose of adapting to technical progress, Annex I to Council Directive 76/769/EEC as regards restrictions on the marketing and use of lamp oils and grill lighter fluids (notified under document number C(2009) 4020) (Text with EEA relevance)
2009/424/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ Mejju 2009 li temenda, għall-għan tal-addattament għall-progress tekniku, l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE rigward ir-restrizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq u l-użu taż-żjut tal-lampi u l-fluwidi tal-lajter tal-grill (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4020) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/424/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ Mejju 2009 li temenda, għall-għan tal-addattament għall-progress tekniku, l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE rigward ir-restrizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq u l-użu taż-żjut tal-lampi u l-fluwidi tal-lajter tal-grill (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4020) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 138, 4.6.2009, p. 8–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2009; Impliċitament imħassar minn 32006R1907
4.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 138/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ Mejju 2009
li temenda, għall-għan tal-addattament għall-progress tekniku, l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE rigward ir-restrizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq u l-użu taż-żjut tal-lampi u l-fluwidi tal-lajter tal-grill
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4020)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/424/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2a tagħha,
Billi:
(1) |
Mill-1 ta’ Lulju 2000, id-Direttiva 76/769/KEE tillimita l-bejgħ lill-konsumaturi ta’ żjut ikkuluriti u b’riħa li jippreżentaw periklu tat-teħid man-nifs għall-użu f’lampi għat-tiżjin u ttikkettjati bil-frażi ta’ riskju R65. |
(2) |
Minkejja li d-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (67/548/KEE) (2) u d-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (3) jistipulaw li l-kontejner tal-fluwidi tal-lajter tal-grill u ż-żjut tal-lampi, ittikkettjati b’R65, għandu jkollhom qafla reżistenti għat-tfal, l-inċidenti xorta jseħħu billi l-kontejners jew ma jkunux magħluqa sew, jew is-sustanza kienet trasferita mill-kontejners l-oriġinali l-kbar għal kontejners iżgħar mingħajr qafla reżistenti għat-tfal. |
(3) |
Skont id-dejta mogħtija mill-awtoritajiet nazzjonali, jidher li ż-żjut tal-lampi u l-fluwidi tal-lajter tal-grill mingħajr riħa u lewn, ittikkettjati R65, huma ta’ riskju għas-saħħa tal-bniedem u b’mod partikolari għas-saħħa tat-tfal iż-żgħar, meta jinbelgħu, u jikkawżaw diffikultajiet fin-nifs u problemi fil-pajp tan-nifs. |
(4) |
Għalhekk jinħtieġ li jissaħħu d-dispożizzjonijiet attwali fuq iż-żjut tal-lampi użati fil-lampi għat-tiżjin u li jiġi żgurat li s-sustanzi u t-taħlitiet mibjugħa bħala fluwidi tal-lajter tal-grill maħsuba għall-forniment tal-pubbliku ġenerali jkunu ttikkettjati kif xieraq. |
(5) |
Sabiex jixxejjen ir-riskju li dawn il-prodotti jinbelgħu bi żball minn tfal żgħar, għandhom jiddaħħlu rekwiżiti tal-imballaġġ sabiex iż-żjut tal-lampi u l-fluwidi tal-lajter tal-grill jiġbdu inqas jew iqajmu inqas il-kurżità tat-tfal u jiġi evitat li dawn il-prodotti jiġu mistħajla bħala xarbiet. Id-daqs tal-kontejner għandu jiġi limitat biex jixxejnu l-inċidenti marbuta mat-trasferiment mill-kontejners oriġinali għal kontejners iżgħar mingħajr qafla reżistenti għat-tfal jew l-ittikkettjar xieraq. |
(6) |
F’Settembru 2002, ġew adottati standards Ewropej għad-disinn ta’ lampi għat-tiżjin siguri sabiex tixxejjen il-possibbiltà li tfal żgħar ikollhom aċċess għaż-żjut użati f’lampi taż-żejt għat-tiżjin (EN 14059). Dan l-istandard jipprovdi preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (4). Il-ħarsien tal-konsumatur għandu jissaħħaħ b’talba ta’ konformità ma’ dan l-istandard. |
(7) |
Ir-restrizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq u l-użu stipulati minn din id-Deċiżjoni jqisu l-qagħda attwali ta’ tagħrif rigward alternattivi aktar sikuri. L-Istati Membri għandhom kull tant żmien jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-iżvilupp tal-alternattivi sabiex iħaffu verifika mill-Aġenzija Ewropea tal-Kimika. Fuq il-bażi tal-effettività tal-miżuri proposti biex titħares is-sikurezza, l-aġenzija għandha tevalwa jekk hux meħtieġ li jiġu adottati l-miżuri supplimentari u jiġi pprojbit l-użu ta’ fluwidi tal-lajter tal-grill jew pitrolju għal-lampi għat-tiżjin. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tqis ir-rekwiżiti tal-Anness XV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (5). |
(8) |
Id-Direttiva 2008/112/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 76/768/KEE, 88/378/KEE, 1999/13/KE u d-Direttivi 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex tadattahom għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettjar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (6), timponi obbligi fuq il-manifatturi ta’ sustanzi perikolużi mqiegħda fuq is-suq Komunitarju sal-1 ta’ Diċembru 2010. Sabiex titħaffef l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet supplimentari għat-tikkettjar u l-imballaġġ inklużi f’din id-Deċiżjoni, għandha tiġi imposta l-istess data lil dawk li jqiegħdu ż-żjut tal-lampi u l-lajter tal-grill fuq is-suq Komunitarju. Barra minn hekk, għandha tiġi użata l-frażi ta’ riskju l-ġdid (H304) meħtieġa mid-Direttiva 2008/112/KE. |
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 iħassar u jissostitwixxi d-Direttiva 76/769/KEE b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2009. L-Anness XVII ta’ dan ir-Regolament jissostitwixxi l-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE. Kwalunkwe emenda għar-restrizzjonijiet adottata skont id-Direttiva 76/769/KEE għandha tiġi inkorporata fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
(10) |
Id-Direttiva 76/769/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-addattament għall-progress tekniku tad-Direttivi għat-tneħħija tal-barrieri tekniċi għall-kummerċ f’sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE huwa emendat b’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President
(1) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.
(3) ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.
(5) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1, kif ikkoreġut bil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.
(6) ĠU L 345, 23.12.2008, p. 68.
ANNESS
Il-Punt 3 tal-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE qed jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(**) ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.
(***) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1, kif ikkoreġut bil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.”