Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0413

    Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Deċiżjoni ATALANTA/4/2009 tas- 27 ta’ Mejju 2009 dwar il-ħatra ta’ Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

    ĠU L 132, 29.5.2009, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/413/oj

    29.5.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 132/20


    KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ DEĊIŻJONI ATALANTA/4/2009

    tas-27 ta’ Mejju 2009

    dwar il-ħatra ta’ Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

    (2009/413/PESK)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 25 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (1) (Atalanta), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 3 tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK il-Viċi-Ammirall Philip Johns inħatar bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja.

    (2)

    Skont l-Artikolu 6 tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE.

    (3)

    Ir-Renju Unit ħabbar id-disponibbiltà tal-Viċi-Ammirall Peter HUDSON biex jissostitwixxi lill-Viċi-Ammirall Philip JOHNS bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE.

    (4)

    Il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni.

    (5)

    Skont l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Viċi Ammirall Peter HUDSON huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fit-3 ta’ Ġunju 2009.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Mejju 2009.

    Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

    Il-President

    I. ŠRÁMEK


    (1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.


    Top