EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0034

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 34/2009 tas- 17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

ĠU L 130, 28.5.2009, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/34/oj

28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 34/2009

tas-17 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2009 tal-5 ta’ Frar 2009 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/284/KE tas-6 ta’ Marzu 2008 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità (STI) rigward is-subsistema tal-enerġija tas-sistema ferrovjarja tranżEwropea ta’ veloċità għolja (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 37af (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/735/KE) tal-Anness XIII mal-Ftehim:

“37ag.

32008 D 0284: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/284/KE tas-6 ta’ Marzu 2008 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità (STI) rigward is-subsistema tal-enerġija tas-sistema ferrovjarja tranżEwropea ta’ veloċità għolja (ĠU L 104, 14.4.2008, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2008/284/KE fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.

F’isem il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 73, 19.3.2009, p. 52.

(2)  ĠU L 104, 14.4.2008, p. 1.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top