EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009E0314

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2009/314/PESK tas- 6 ta’ April 2009 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Belarus, u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/844/PESK

ĠU L 93, 7.4.2009, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2009; Imħassar b' 32009D0969

ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2009/314/oj

7.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 93/21


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2009/314/PESK

tas-6 ta’ April 2009

li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Belarus, u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/844/PESK

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ April 2006, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Belarus u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2004/661/PESK (1).

(2)

Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/844/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Belarus (2) estendiet il-miżuri restrittivi previsti bil-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK sat-13 ta’ Ottubru 2009. Madankollu, ir-restrizzjonijiet ta’ vvjaġġar imposti fuq ċerti uffiċjali tal-Belarus, bl-eċċezzjoni ta’ dawk involuti fl-isparizzjonijiet li seħħew fl-1999 u fl-2000 u tal-President tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, ġew sospiżi sat-13 ta’ April 2009.

(3)

Sabiex jiġu inkoraġġiti l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ aktar miżuri konkreti favur id-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-Belarus, il-Kunsill qabel, fis-16 ta’ Marzu 2009, li filwaqt li l-miżuri restrittivi previsti bil-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK ikunu estiżi għal sena minn dik id-data, is-sospensjoni tal-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet ta’ vvjaġġar imposti fuq ċerti uffiċjali tal-Belarus tinżamm għal perijodu ta’ disa’ xhur. Qabel it-tmiem ta’ dak il-perijodu, il-Kunsill ser iwettaq reviżjoni dettaljata tal-miżuri restrittivi b’kont meħud tas-sitwazzjoni fil-Belarus, u dment li jkun hemm aktar żviluppi pożittivi, huwa ser ikun lest jikkunsidra l-possibbiltà li jitneħħew il-miżuri restrittivi. Fi kwalunkwe ħin, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jerġa’ japplika r-restrizzjonijiet ta’ vvjaġġar jekk dawn ikunu neċessarji, fid-dawl tal-azzjonijiet tal-awtoritajiet tal-Belarus fil-qasam tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem.

(4)

Il-Pożizzjoni Komuni 2008/844/PESK għandha għalhekk titħassar,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK hija b’dan estiża sal-15 ta’ Marzu 2010.

Artikolu 2

1.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) tal-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK, safejn japplikaw għas-Sur Yuri Nikolaïevitch Podobed, huma b’dan sospiżi sal-15 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(1)(c) tal-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK, huma b’dan sospiżi sal-15 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi riveduta mill-ġdid qabel il-15 ta’ Diċembru 2009 fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarus.

Artikolu 4

Il-Pożizzjoni Komuni 2008/844/PESK hija b’dan imħassra.

Artikolu 5

Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 6

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, 6 ta’ April 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. POSPÍŠIL


(1)  ĠU L 101, 11.4.2006, p. 5.

(2)  ĠU L 300, 11.11.2008, p. 56.


Top