Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2009_088_R_0243_01

    2009/233/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2006
    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta' April 2008 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2006

    ĠU L 88, 31.3.2009, p. 243–249 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 88/243


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tat-22 ta' April 2008

    dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2006

    (2009/233/KE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2006 (1),

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ (2),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

    wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

    wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠIA tal-20 ta' Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) u li tħassar id-Deċiżjoni 2000/820/ĠIA (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0121/2008),

    1.

    Jagħti kwittanza lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ għas-sena finanzjarja 2006;

    2.

    Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u sabiex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħhom f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L).

    Il-President

    Hans-Gert PÖTTERING

    Is-Segretarju Ġenerali

    Harald RØMER


    (1)  ĠU C 261, 31.10.2007, p. 52.

    (2)  ĠU C 309, 19.12.2007, p. 105.

    (3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (4)  ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.

    (5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


    RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tat-22 ta' April 2008

    li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2006

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2006 (1),

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ (2),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

    wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

    wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠIA tal-20 ta' Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) u li tħassar id-Deċiżjoni 2000/820/ĠIA (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0121/2008),

    A.

    billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2006 huma ta' min joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi, ħlief riserva li saret fuq punt wieħed, huma legali u regolari,

    B.

    billi l-2006 kienet l-ewwel sena finanzjarja li fiha l-Kulleġġ kien responsabbli biex jamministra l-baġit tiegħu stess bħala aġenzija tal-UE,

    Punti ġenerali li jikkonċernaw il-kwistjonijiet orizzontali li jaffettwaw lill-aġenziji tal-UE u li b'hekk jafettwaw ukoll il-proċedura ta' kwittanza għal kull waħda mill-aġenziji individwali

    1.

    Jinnota li l-baġits tal-24 aġenzija u ta' korpi satelliti oħrajn li saritilhom il-verifika mill-Qorti tal-Awdituri kienu jammontaw għal EUR 1 080,5 miljun fl-2006 (l-akbar baġit kien tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni li kien jammonta għal EUR 271 miljun u l-iżgħar baġit kien tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li kien jammonta għal EUR 5 miljun);

    2.

    Jenfasizza l-fatt li l-firxa ta' korpi esterni tal-UE li huma suġġetti għal verifika u għal kwittanza issa tinkludi mhux biss aġenziji regolatorji tradizzjonali iżda wkoll aġenziji eżekuttivi li ġew stabbiliti sabiex jimplimentaw programmi speċifiċi, u fil-futur qrib se testendi wkoll għal intrapriżi konġunti li ġew stabbiliti bħala ftehimiet ta' sħubija pubbliċi-privati (inizjattivi teknoloġiċi konġunti);

    3.

    Josserva fir-rigward tal-Parlament li l-għadd ta' aġenziji suġġetti għall-proċedura ta' kwittanza evolva kif ġej: sena finanzjarja 2000: 8; 2001: 10; 2002: 11; 2003: 14; 2004: 14; 2005: 16; 2006: 20 aġenzija regolatorja u 2 aġenziji eżekuttivi (m'humiex inklużi 2 aġenziji li jiġu vverifikati mill-Qorti tal-Awdituri iżda li huma suġġetti għal proċess ta' kwittanza intern);

    4.

    Jikkonkludi, għaldaqstant, li l-proċess ta' verifika/kwittanza sar ineffiċjenti u sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs relattiv tal-baġits tal-aġenziji/tal-korpi satelliti; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jagħmel reviżjoni fuq firxa wiesgħa tal-proċess ta' kwittanza fir-rigward ta' aġenziji u korpi satelliti bil-għan li jitfassal metodu iktar sempliċi u razzjonali, filwaqt li jżomm f'moħħu l-għadd dejjem ikbar ta' korpi li kull wieħed minnhom jesiġi rapport ta' kwittanza separat fis-snin li ġejjin;

    Kunsiderazzjonijiet fundamentali

    5.

    Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet ċari fir-rigward tal-elementi li ġejjin qabel il-ħolqien ta' aġenzija ġdida jew qabel ir-riforma ta' aġenzija eżistenti: it-tip ta' aġenzija, l-għanijiet tal-aġenzija, l-istruttura ta' governanza interna, il-prodotti, is-servizzi, il-proċeduri ewlenin, il-grupp fil-mira, il-klijenti u l-partijiet interessati tal-aġenzija, ir-relazzjoni formali mal-atturi esterni, ir-responsabilità baġitarja, l-ippjanar finanzjarju, u l-istaff u l-politika dwar l-istaff;

    6.

    Jitlob li kull aġenzija tkun irregolata minn ftehima annwali rigward ir-rendiment li tkun ifformulata mill-aġenzija u mid-DĠ responsabbli u li għandha tinkludi l-għanijiet ewlenin għas-sena li tkun ġejja, qafas finanzjarju u indikaturi ċari għall-kejl tar-rendiment;

    7.

    Jitlob li r-rendiment tal-aġenziji jiġi vverifikat b'mod regolari (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti tal-Awdituri jew awditur indipendenti ieħor; iqis li din il-verifika m'għandhiex tkun limitata għal elementi tradizzjonali ta' ġestjoni finanzjarja u għall-użu kif suppost tal-fondi pubbliċi, iżda għandha tkopri wkoll l-effiċjenza u l-effikaċja amministrattiva u għandha tinkludi klassifikazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja ta' kull aġenzija;

    8.

    Jargumenta li fil-każ ta' aġenziji li qegħdin kontinwament jistmaw li l-ħtiġijiet baġitarji rispettivi tagħhom huma ogħla milli fil-fatt huma, għandu jkun hemm tnaqqis tekniku skont il-postijiet vakanti; huwa tal-opinjoni li dan għandu jwassal, f'perjodu fit-tul, għal inqas dħul assenjat għall-aġenziji u għalhekk inaqqas ukoll l-ispejjeż amministrattivi;

    9.

    Jinnota li hija problema serja li għadd ta' aġenziji jiġu kkritikati minħabba li ma jsegwux ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolamenti tal-Istaff eċċ.; jikkunsidra li r-raġuni ewlenija għal dan hija li ħafna mir-regolamenti u r-Regolament Finanzjarju huma mfassla għal istituzzjonijiet akbar u li ħafna mill-aġenziji ż-żgħar m'ghandhomx il-kapaċità mixtieqa biex jaqdu ikunu kapaċi jlaħħqu ma' dawn ir-rekwiżiti regolatorji; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni sabiex issib soluzzjoni malajr kemm jista' jkun, sabiex titjieb l-effiċjenza billi l-funzjonijiet amministrattivi ta' diversi aġenziji jingħaqdu flimkien, sabiex tinkiseb din is-saħħa (billi wieħed jikkunsidra t-tibdiliet meħtieġa fir-Regolamenti bażiċi li jirregolaw lill-aġenziji u l-indipendenza baġitarja tagħhom), jew sabiex toħloq b'urġenza abbozz ta' regoli speċifiċi għall-aġenziji (b'mod partikolari regoli ta' implimentazzjoni għall-aġenziji) li jippermettulhom li jkunu konformi b'mod sħiħ;

    10.

    Jinsisti li l-Kummissjoni, meta tkun qed tfassal l-Abbozz Preliminari tal-Baġit, tqis ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-baġit mill-aġenziji individwali fis-snin ta' qabel, b'mod partikolari għas-sena n-1, u tirrevedi l-baġit rikjest mill-aġenzija partikulari kif meħtieġ; jistieden lill-Kumitat kompetenti tiegħu sabiex jirrispetta din ir-reviżjoni u, jekk ma jkunx diġà ġie rivedut mill-Kummissjoni, jirrevedi huwa stess il-baġit imsemmi għal livell realistiku li jaqbel mal-kapaċità ta' assorbiment u implimentazzjoni tal-aġenzija kkonċernata;

    11.

    Ifakkar fid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2005, fejn huwa stieden lill-Kummissjoni sabiex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta' kull aġenzija li teżisti; f'każ ta' evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta' aġenzija, jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti kollha sabiex jieħdu l-passi meħtieġa, billi jifformulaw mill-ġdid il-mandat ta' dik l-aġenzija jew billi jagħlquha; jinnota li ma saret l-ebda evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fl-2007; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta, tal-inqas 5 evalwazzjonijiet bħal dawn qabel id-deċiżjoni dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2007, billi tibda mill-iżjed aġenziji antiki;

    12.

    Huwa tal-opinjoni li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri għandhom jiġu implimentati minnufih, u li l-livell tas-sussidji mħallsa lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-ħtiġijiet attwali tagħhom għal dak li għandu x'jaqsam mal-likwidità; barra minn hekk jikkunsidra li l-emendi tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandhom jiġu miżjuda fir-Regolament finanzjarju tal-qafas tal-aġenziji u fid-diversi regolamenti finanzjarji speċifiċi tagħhom;

    13.

    Hu mħasseb li numru sinifikanti ta' staff huma impjegati fuq bażi temporanja b'mod li jista' jdgħajjef il-kwalità ta' xogħolhom; għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Istaff mill-aġenziji;

    Il-preżentazzjoni tad-data ta' rappurtaġġ

    14.

    Jinnota li m'hemm ebda metodu standard fost l-aġenziji dwar il-preżentazzjoni tal-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja kkonċernata u tal-kontijiet tagħhom u tar-rapporti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, u lanqas dwar il-kwistjoni jekk għandhiex titfassal dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni mid-direttur tal-aġenzija; josserva li mhux l-aġenziji kollha jiddistingwu b'mod ċar bejn (a) il-preżentazzjoni tax-xogħol tal-aġenzija lill-pubbliku u (b) ir-rappurtar tekniku dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

    15.

    Jinnota li filwaqt li l-istruzzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni tar-rapporti tal-attivitajiet ma jesiġux b'mod espliċitu li l-aġenzija tfassal dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni, bosta diretturi, minkejja dan, xorta waħda għamlu dan għall-2006, filwaqt li f'każ wieħed minnhom kienet inkluża riserva importanti;

    16.

    Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2005 (6), li jistieden lid-Diretturi tal-Aġenziji sabiex minn issa “l quddiem ir-rapport tal-attivitajiet annwali tagħhom, li jiġi ppreżentat flimkien mat-tagħrif finanzjarju u tal-ġestjoni, irid ikollu miegħu dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni li tikkonċerna l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet, simili għad-dikjarazzjonijiet li jiġu ffirmati mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;

    17.

    Jitlob lill-Kummissjoni sabiex temenda l-istruzzjonijiet fis-seħħ tagħha lill-aġenziji skont dak li ntqal hawn fuq;

    18.

    Barra minn hekk, jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha taħdem mal-aġenziji biex jinħoloq mudell armonizzat li japplika għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha li jiddistingwi b'mod ċar bejn

    rapport annwali maħsub għall-qarrejja ġenerali dwar l-operazzjonijiet, ix-xogħol u l-kisbiet,

    dikjarazzjonijiet finanzjarji u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit,

    rapport tal-attivitajiet li jkun simili għar-rapporti tal-attivitajiet tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni,

    dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni ffirmata mid-direttur tal-korp, flimkien ma' kull riserva jew osservazzjoni oħra li huwa jqis xieraq li jwassal għall-attenzjoni tal-awtorità tal-kwittanza;

    Konklużjonijiet ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri

    19.

    Jinnota dak li sabet il-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 10.29 (7) li l-iżburżar ta' sussidji li jitħallsu mill-Kummissjoni mill-baġit tal-Komunità m'huwiex ibbażat fuq stimi ġġustifikati biżżejjed tar-rekwiżiti ta' likwidità tal-aġenziji, u li dan, flimkien mad-daqs tat-trasferimenti għas-sena ta' wara, iwassal sabiex ikollhom bilanċi ta' kreditu kbar mhux ħażin; jinnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-livell ta' sussidji li jitħallsu lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-bżonnijiet reali tagħhom għal dak li jirrigwardja l-likwidità;

    20.

    Jinnota li fi tmiem l-2006, 14-il aġenzija kienu għad iridu jimplimentaw is-sistema tal-kontijiet ABAC (Rapport Annwali, in-nota f'qiegħ il-paġna għall-paragrafu 10.31);

    21.

    Jinnota l-kumment tal-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 1.25) dwar spejjeż akkumulati minħabba liv li ma tteħidx li huma responsabbli għalihom uħud mill-aġenziji; jirrimarka li l-Qorti tal-Awdituri kkwalifikat id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha fil-każ ta' tliet aġenziji (iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), CEPOL u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2006 (2005: Cedefop, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni);

    Verifika interna

    22.

    Ifakkar li f'konformità mal-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern tal-aġenziji regolatorji li jingħataw għotjiet mill-baġit tal-UE; jirrimarka li l-Awditur Intern jirrapporta lill-bord ta' tmexxija u lid-direttur ta' kull aġenzija;

    23.

    Jiġbed l-attenzjoni għar-riserva li tniżżlet fir-Rapport tal-Attivitajiet Annwali tal-Awditur Intern għall-2006 kif ġej:

    “L-Awditur Intern tal-Kummissjoni m'huwiex f'pożizzjoni li jissodisfa kif suppost l-obbligu tiegħu skont l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju bħala awditur intern tal-korpi tal-Komunità minħabba nuqqas ta' riżorsi ta' staff.”;

    24.

    Jinnota, madankollu, il-kumment tal-Awditur Intern fir-rapport tal-attivitajiet tiegħu għall-2006 li mill-2007, bis-saħħa tar-riżorsi tal-istaff addizzjonali mogħtija mill-Kummissjoni lis-Servizz ta' Verifika Interna (IAS), l-aġenziji regolatorji operattivi kollha se jkunu suġġetti għal xogħol ta' verifika interna fuq bażi annwali;

    25.

    Jinnota l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta' aġenziji regolatorji u eżekuttivi u ta' intrapriżi konġunti li jeħtieġ li ssirilhom verifika mill-IAS skont l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tagħha dwar jekk ir-riżorsi tal-istaff għad-dispożizzjoni tal-IAS humiex se jkunu biżżejjed sabiex issir verifika annwali ta' dawn il-korpi kollha fis-snin li ġejjin;

    26.

    Josserva li l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jeżiġi li kull aġenzija tibgħat kull sena lill-awtorità tal-kwittanza u lill-Kummissjoni rapport li jkun imħejji mid-direttur tagħha u li jiġbor fih l-għadd u t-tip ta' verifiki interni li saru mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjoni li ttieħdet dwar dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jitlob lill-aġenziji sabiex jindikaw jekk dan huwiex qiegħed isir u, jekk inhu hekk, kif qiegħed isir;

    27.

    Jieħu nota, fir-rigward tal-kapaċità tal-verifika interna, l-iktar b'rabta mal-aġenziji li huma iżgħar, ta' proposta li saret mill-Awditur Intern quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament nhar l-14 ta' Settembru 2006 li aġenziji li huma iżgħar għandhom ikunu awtorizzati jixtru servizzi ta' verifika interna mis-settur privat;

    L-evalwazzjoni tal-aġenziji

    28.

    Ifakkar fl-istqarrija konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni (8) li ġiet innegozjata fil-konċiljazzjoni quddiem il-Kunsill tal-baġit tal-ECOFIN tat-13 ta' Lulju 2007 li titlob (i) lista ta' aġenziji li l-Kummissjoni bi ħsiebha tevalwa, u (ii) lista ta' aġenziji li diġà ġew evalwati, flimkien ma' sinteżi tar-riżultati prinċipali;

    Proċeduri dixxiplinari

    29.

    Jinnota li, minħabba d-daqs tagħhom, aġenziji individwali jsibu diffikultà biex jistabbilixxu bordijiet ta' dixxiplina ad hoc minn fost staff li huwa ta' grad xieraq fil-karriera u li l-IDOC (l-Uffiċċju tal-Investigazzjoni u Dixxiplina) tal-Kummissjoni m'huwiex responsabbli għall-aġenziji; jistieden lill-aġenziji sabiex iqisu bord ta' dixxiplina komuni;

    Abbozz ta' ftehima interistituzzjonali

    30.

    Ifakkar l-abbozz ta' ftehim Inter-istituzzjonali dwar il-ħolqien ta' qafas operattiv għall-aġenziji regolatorji Ewropej ippreżentat mill-Kummissjoni (COM(2005) 59), li kien maħsub li joħloq qafas orizzontali għall-ħolqien, l-istruttura, it-tħaddim, l-evalwazzjoni u l-kontroll tal-aġenziji regolatorji Ewropej; jinnota li l-abbozz jirrappreżenta inizjattiva utli bħala sforz sabiex ikunu rrazzjonalizzati l-ħolqien u l-immaniġġjar tal-aġenziji; jinnota l-istqarrija fir-rapport ta' sintesi 2006 tal-Kummissjoni (il-paragrafu 3.1, COM(2007) 274) li għalkemm ma sarx progress fin-negozjati wara l-pubblikazzjoni tal-abbozz, tniedew mill-ġdid diskussjonijiet dwar sustanza fil-Kunsill fi tmiem l-2006; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jsir iktar progress lejn l-adozzjoni;

    31.

    Jilqa” b'sodisfazzjon għaldaqstant, l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq Komunikazzjoni dwar il-ġejjieni tal-aġenziji regolatorji matul l-2008;

    Aġenziji ffinanzjati minnhom infushom

    32.

    Ifakkar li għaż-żewġ aġenziji li jiffinanzjaw lilhom infushom, id-direttur jingħata l-kwittanza mill-bord amministrattiv; jinnota li t-tnejn li huma għandhom eċċessi akkumulati sinifikanti minn dħul minn tariffi li jkunu ġew trasferiti minn ċifri tas-snin preċedenti:

    Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 281 miljun (9),

    Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetajiet ta' Pjanti: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 18-il miljun (10);

    Punti speċifiċi

    33.

    Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-Kulleġġ, ikkwalifikat id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi minħabba li s-sistema tal-akkwisti ma kienitx konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, ma kien hemm ebda dokumentazzjoni li kienet disponibbli biex tiġġustifika l-bżonn li jinxtraw oġġetti partikolari jew biex tispjega għalfejn intuża fornitur partikolari, u li kien hemm kwistjoni simili b'rabta mal-ispejjeż ta' ġarr għall-istaff, li ma ġewx ittrattati skont proċeduri standard ta' akkwist fir-rigward ta' xiri ta' oġġetti u servizzi;

    34.

    Jisgħobbih dwar il-konklużjoni l-oħra tal-Qorti li fl-2006 l-Kulleġġ ma stabbilixxiex is-sistemi u l-proċeduri meħtieġa li jagħmluha possibbli li jkun jista' jipprepara rapport finanzjarju f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju ta' qafas applikabbli għall-Aġenziji;

    35.

    Jistieden lill-Kulleġġ biex jadotta regoli implimentattivi dettaljati, inklużi dawk li jiżguraw it-trasparenza tal-proċeduri tal-akkwist tiegħu, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju;

    36.

    Jenfasizza r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-introduzzjoni tal-approprjazzjonijiet għall-impenji ttejjeb il-kontroll fuq l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ u tiżgura li kwalunkwe approprjazzjonijet li ma jkunux intużaw f'għeluq is-sena finanzjarja jkunu jistgħu jiġu ttrasferiti taħt kundizzjonijiet definiti strettament f'konformità mar-Regolament Finanzjarju;

    37.

    Jesprimi tħassib dwar il-konklużjoni tal-Qorti li fir-rigward tal-korsijiet u s-seminars (EUR 1 296 636 fl-2006), ma kien hemm ebda preżentazzjoni u approvazzjoni formali tal-istimi tal-ispejjeż qabel ma dawn seħħew, u b'hekk l-approprjazzjonijiet baġitarji ma intużawx f'konformità mal-prinċipju tal-amministrazzjoni finanzjarja tajba;

    38.

    Ifakkar li għalkemm il-Kulleġġ twaqqaf fl-2001, kien biss fl-2006 li beda jopera bħala aġenzija tal-UE;

    39.

    Jieħu nota ta' kummenti fit-test li jakkumpanja r-rendikontijiet finanzjarji tal-Kulleġġ li

    ma kienx possibbli li jiġu osservati ċerti rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju tal-Kulleġġ, minħabba li s-sistemi qegħdin jiġu stabbiliti bħalissa,

    fl-ewwel sena tiegħu bħala aġenzija tal-UE, il-Kulleġġ esperjenza xi dewmien fir-reklutaġġ li rriżulta f'under-run ta' EUR 600 000 kontra approprjazzjonijiet ta' EUR 2.1 miljun (30 %);

    40.

    Jinnota, mir-rapport annwali tal-Kulleġġ, li għalkemm issa huwa aġenzija tal-UE, xorta għad għandu karatteristiċi ta' korp intergovernattiv (pereżempju l-presidenza fuq bażi ta' rotazzjoni tal-bord ta' tmexxija);

    41.

    Jistieden lill-Kulleġġ sabiex jiżgura mingħajr dewmien, u mhux aktar tard minn Ġunju 2008, li l-ġestjoni finanzjarja tiegħu tosserva b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju;

    42.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ.


    (1)  ĠU C 261, 31.10.2007, p. 52.

    (2)  ĠU C 309, 19.12.2007, p. 105.

    (3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (4)  ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.

    (5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

    (6)  Ir-riżoluzzjonijiet kollha dwar l-Aġenziji kienu ppubblikati fil-ĠU L 196, 27.7.2005.

    (7)  ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.

    (8)  Dokument tal-Kunsill DS 605/1/07 Rev1.

    (9)  Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 141).

    (10)  Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 135).


    Top