This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document JOL_2009_088_R_0234_01
2009/231/EC: Decision of the European Parliament of 22 April 2008 on discharge in respect of the implementation of the budget of Eurojust for the financial year 2006#Resolution of the European Parliament of 22 April 2008 with observations forming an integral part of the decision on discharge in respect of the implementation of the budget for Eurojust for the financial year 2006
2009/231/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2006
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 22 ta' April 2008 b'osservazzjonijiet li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja
2009/231/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2006
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 22 ta' April 2008 b'osservazzjonijiet li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja
ĠU L 88, 31.3.2009, p. 234–241
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 88/234 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-22 ta' April 2008
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2006
(2009/231/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2006 (1),
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet finali annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust (2),
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),
wara li kkunsidra t-Trattat KE u, b'mod partikulari, l-Artikolu 276 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari, l-Artikolu 185 tiegħu,
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li waqqfet il-Eurojust bil-għan li tissaħħaħ il-ġlieda kontra r-reati serji (4), u b'mod partikulari, l-Artikolu 36 tagħha,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar il-qafas tar-Regolament Finanzjarju għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0129/2008),
1. |
Jagħti l-kwittanza tiegħu lid-direttur amministrattiv tal-Eurojust fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2006; |
2. |
Jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li ġejja; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali minnha lid-Direttur amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u sabiex jagħmel arranġamenti biex jiġu ppublikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L). |
Il-President
Hans-Gert PÖTTERING
Is-Segretarju Ġenerali
Harald RØMER
(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 57.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 111.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-22 ta' April 2008
b'osservazzjonijiet li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2006 (1),
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet finali annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust (2),
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),
wara li kkunsidra t-Trattat KE u, b'mod partikulari, l-Artikolu 276 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari, l-Artikolu 185 tiegħu,
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li waqqfet il-Eurojust bil-għan li tissaħħaħ il-ġlieda kontra r-reati serji (4), u b'mod partikulari, l-Artikolu 36 tagħha,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar il-qafas tar-Regolament Finanzjarju għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0129/2008),
A. |
billi l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2006 huma affidabbli, u li t-transazzjonijiet huma legali u regolari, |
B. |
billi fl-24 ta' April 2007 il-Parlament tal-kwittanza amministrattiv lid-Direttur tal-Eurojust rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2005 (6), u fir-riżoluzzjoni tiegħu flimkien mad-deċiżjoni ta' kwittanza, inter alia
|
Punti ġenerali li jirrelataw ma' kwistjonijiet orizzontali li jaffetwaw l-aġenziji tal-UE u li għalhekk jinfluwenzaw il-proċedura ta' kwittanza ta' kull aġenzija individwali.
1. |
Jinnota li l-baġits tal-24 aġenzija u korpi oħra anċiallari li l-verifika tagħhom issir mill-Qorti tal-Awdituri ammontaw għal EUR 1,080,5 miljuni fl-2006 (l-akbar wieħed kien dak tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni li laħaq il-EUR 271 miljun u l-iżgħar dak tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li laħaq EUR 5 miljuni); |
2. |
Jinnota li l-medda ta' korpi esterni tal-UE lu huma suġġetti għall-verifika u l-kwittanza issa jinkludu mhux biss l-aġenziji regolatorji tradizzjonali, imma wkoll l-aġenziji eżekuttivi mwaqqfa biex jimplimentaw programmi speċifiċi, u fil-futur se jkunu suġġett wkoll intrapriżi konġunti mwaqqfa bħala sħubijiet pubbliċi-privati (inizjattivi konġunti fit-teknoloġija); |
3. |
Josserva li, f'dak li jirrigwarda l-Parlament, in-numru ta' aġenziji suġġetti għall-proċedura ta' kwittanza evolva kif ġej: sena finanzjarja 2000: 8; 2001: 10; 2002: 11; 2003: 14; 2004: 14; 2005: 16; 2006: 20 aġenzija regolatorja u 2 aġenziji eżekuttivi (mhux inklużi 2 aġenziji li jiġu verifikati mill-Qorti tal-Awdituri imma mhumiex suġġetti għall-proċess intern ta' kwittanza); |
4. |
Għalhekk jikkonkludi li l-proċess ta' verifika/kwittanza sar wieħed kumplikat u sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs relattiv tal-baġit tal-aġenziji/korpi anċillari; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu biex jagħmel reviżjoni wiesgħa tal-proċess ta' kwittanza f'dak li jirrigwarda l-aġenziji u l-korpi anċillari, bil-għan li jinstab metodu aktar faċli u aktar razzjonali, billi jitqies in-numru li dejjem qed jikber ta' korpi, li fis-snin li ġejjin, se jeħtieġu individwalment rapport separat ta' kwittanza; |
Kunsiderazzjonijiet fundamentali
5. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi spjegazzjonijiet ċari rigward l-elementi li ġejjin, qabel ma tinħoloq aġenzija ġdida jew issir riforma ta' aġenzija eżistenti: it-tip ta' aġenzija, l-objettivi tal-aġenzija, l-istruttura interna ta' tmexxija, il-prodotti, is-servizzi, il-proċeduri prinċipali, il-gruppi fil-mira, il-klijenti u l-partijiet interessati tal-aġenzija, ir-relazzjoni formali mal-partijiet interessati esterni, ir-responsabbilità tal-baġit, l-ippjanar finanzjarju, l-istaff u l-politika ta' impjegar; |
6. |
Jitlob sabiex kull aġenzija tkun immexxija minn ftehim annwali ta' prestazjoni mħejji mill-aġenzija u d-DĠ responsabbli u li għandu jkun fih l-objettivi prinċipali għas-sena li ġejja, qafas finanzjarju u indikaturi ċari għat-tkejjil tal-prestazjoni; |
7. |
Jitlob li l-prestazjoni tal-aġenziji tkun ivverifikata regolarment (u mhux fuq bażi ad hoc) mill-Qorti tal-Awdituri jew minn awdituri indipendenti ieħor; iqis li dan m'għandux ikun limitat għal elementi tradizzjonali ta' mmaniġġjar finanzjarju u l-użu tajjeb ta' fondi pubbliċi, imma għandu jkopri wkoll l-effiċjenza u l-effettività tal-amministrazzjoni u għandu jinkludi klassifikazzjoni tal-immaniġġjar finanzjarju ta' kull aġenzija; |
8. |
Huwa tal-opinjoni li fil-każ ta' aġenziji li kontinwament jagħmlu stima għall-baġit tagħhom li taqbeż il-ħtiġijiet rispettivi tagħhom, għandu jkun hemm tnaqqis tekniku fuq il-bażi ta' postijiet vakanti; huwa tal-opinjoni li, fuq tul ta' żmien, dan se jwassal għal anqas fondi assenjati għall-aġenziji u għalhekk għal anqas spejjeż amministrattivi; |
9. |
Jinnota li din hija problema serja u li numru ta' aġenziji huma kritikati għax ma jsegwux ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament tal-Istaff, eċċ.; iqis li r-raġuni prinċipali għal dan huwa li l-parti l-kbir tar-regolamenti u r-Regolament Finanzjarju huma mfassal għal istituzzjonijiet ta' daqs akbar u li ħafna mill-aġenziji żgħar m'għandhomx il-massa kritika biex ikunu jistgħu jiffaċċjaw ir-rekwiżiti regolatorji; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni sabiex tfittex soluzzjoni ta' malajr biex ittejjeb l-effettività billi tiġbor flimkien il-funzjonijiet amministrattivi varji tal-aġenziji, bil-għan li tikseb din il-massa kritika (billi tqis it-tibdil meħtieġ fir-regolamenti bażiċi li jmexxu l-aġenziji u l-indipendenza tagħhom tal-baġit), jew biex tħejji b'urġenza abbozz ta' regoli speċifiċi għall-aġenziji (partikularment regoli ta' implimentazzjoni għall-aġenziji) li jippermettulhom li jkunu konformi bis-sħiħ; |
10. |
Jinsisti li l-Kummissjoni, meta tħejji l-Abbozz ta' Baġit Preliminari, tqis ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-baġit minn aġenziji individwali fis-snin ta' qabel, partikularment fis-sena n-1, u tirrevedi kif xieraq il-baġit mitlub minn aġenzija partikulari; jistieden lill-kumitat kompetenti sabiex jirrispetta din ir-reviżjoni u, jekk il-Kummissjoni ma twettaqiex, jirrevedi huwa stess il-baġit partikulari biex jirrifletti livell reali ta' kapaċità ta' assorbiment u implimentazzjoni tal-aġenzija taħt eżami; |
11. |
Ifakkar id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2005, fejn stieden lill-Kummissjoni biex, kull sena, tippreżetna studju dwar il-valur miżjud ta' kull aġenżija eżisteni; jistieden lil kull istituzzjoni rilevanti biex fil-każ ta' evalwazzjoni negattiva ta' valur miżjud ta' aġenzija, jieħdu l-passi meħtieġa biex jirriformulaw il-mandat ta' dik l-aġenzija jew biex jagħlquha; jinnota li l-Kummissjoni ma wettqitx evalwazzjoni waħda matul is-sena 2007; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta mill-anqas 5 evalwazzjonijiet bħal dawn qabel id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2007, billi tibda bl-aġenziji l-aktar qodma; |
12. |
Huwa tal-opinjoni li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri għandhom ikunu implimentati mill-ewwel u l-livell tas-sussidji mogħti lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-ħtiġijiet veri fi flus; barra minn hekk iqis li l-emendi tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandhom ikunu inkorporati fir-Regolament ta' Qafas Finanzjarju tal-aġenziji u fir-regolamenti finanzjarji speċifiċi u varji tagħhom; |
13. |
Jinsab imħasseb dwar in-numru sinifikanti ta' staff impjegat fuq bażi temporanja, b'tali mod li dan jista' jxekkel il-kwalità tax-xogħol taghom; għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb is-superviżjoni tal-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Istaff min-naħa tal-aġenziji; |
Il-preżentazzjoni tad-data ta' rappurtaġġ
14. |
Jinnota li fost l-aġenzija ma jeżistix metodu standard ta' preżentazzjoni tal-attivitajiet tagħhom waqt is-sena finanzjarja taħt eżami u tal-kontijiet u r-rapporti tagħhom dwar l-immaniġġjar tal-baġit u dak finanzjarju, u lanqas dwar il-kwistjoni ta' jekk għandiex titħejja dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni mid-direttur tal-aġenzija; jinnota li mhux l-aġenziji kollha jiddistingwu b'mod ċar bejn (a) il-preżentazzjoni tal-ħidma tal-aġenzija lill-pubbliku u (b) ir-rapporti tekniċi dwar l-immaniġġjar tal-baġit u dak finanzjarju; |
15. |
Jinnota li filwaqt li l-istruzzjonijiet permanenti tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni ta' rapporti ta' attività ma jitolbux, b'mod dirett, li l-aġenzija tħejji dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni, ħafna diretturi xorta ħejjew tali dikjarazzjoni fl-2006, u f'każ wieħed din kienet tinkludi żamma importanti ta' dritt; |
16. |
Ifakkar il-paragrafu 25 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2005 (7), u jistieden lid-Diretturi tal-Aġenziji biex min issa “l quddiem flimkien mar-rapport annwali tagħhom dwar l-attivitajiet li jitressaq flimkien ma' informazzjoni finanzjarja u ta' mmaniġġjar, jippreżentaw dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni li tirrigwardsal-legalità u r-regolarità tal-operat tagħhom, simili għad-dikjarazzjonijiet iffirmati mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni; |
17. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex temenda l-istruzzjonijiet permanenti tagħha kif xieraq; |
18. |
Barra minn hekk jissuġerrixxi li l-Kummissjoni għandha taħdem mal-aġenziji favur il-produzzjoni ta' mudell armonizzat applikabbli għall-aġenziji u l-korpi anċillari kollha billi tagħmel distinzjoni ċara bejn
|
Osservazzjonijiet ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri
19. |
Jinnota li l-Qorti sabet (Rapport Annwali, paragrafu 10.29 (8) li l-infiq ta' sussidji mħallsa mill-Kummissjoni mill-baġit Komunitarju mhux ibbażati fuq stimi ġustifikati biżżejjed tal-ħtiġijiet fi flus tal-aġenziji u dan, flimkien mal-fondi trasferiti, jwassal li jkollhom bilanċi kbar fi flus; barra minn hekk jinnota r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-livell ta' sussidji mħallsa lill-aġenziji għandhom ikunu konformi mal-ħtiġijiet veri fi flus; |
20. |
Jinnota li fl-aħħar tas-sena 2006, 14-il aġenzija kienu għad iridu jimplimentaw is-sistema ta' kontabilità ABAC (Rapport Annwali, nota ta' qiegħ il-paġna tal-paragrafu 10.31); |
21. |
Jinnota r-rimarka tal-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 1.25) rigward tariffi b'lura konnessi ma vaganzi annwali mhux meħuda u li jiġi kkunsidrati minn xi aġenziji; jenfasizza li l-Qorti tal-Awdituri ddistingwiet id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha fil-każ ta' tliet aġenziji (Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), CEPOL u l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea) għas-sena finanzjarja 2006 (2005: Cedefop, l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għar-rikostruzzjoni); |
Verifika interna
22. |
Ifakkar li skont l-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern tal-aġenziji regolatorji li jirċievu għotjiet mill-baġit tal-UE; jenfasizza li l-Awditur Intern jirraporta lil bord ta' tmexxija u lid-direttur ta' kull aġenzija; |
23. |
Jiġbed l-attenzjoni lejn ir-riserva mdaħħla fir-Rapport tal-Awditur dwar l-Attivitajiet Annwali għall-2006 kif ġej: “L-Awditur Intern tal-Kummissjoni mhux f'pożizzjoni li jwettaq bis-sħiħ l-obbligu tiegħu taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju bħala awditur intern tal-korpi Komunitarji minħabba nuqqas ta' riżorsi tal-istaff.”; |
24. |
Madankollu, jinnota r-rimarka tal-Awditur Intern fir-rapport tiegħu ta' attività għall-2006, li mill-2007, b'aktar staff allokat mill-Kummissjoni lis-Servizz tal-Awdituri Intern (IAS), kull aġenzija regolatorja li topera se tkun suġġetta għal verifika interna fuq bażi annwali; |
25. |
Jinnota n-numru li dejjem qed jiżdied ta' aġenziji regolatorji u eżekuttivi u intrapriżi konġunti li jeħtieġ li kunu vverifikati mill-IAS skont l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni biex tinforma lill-kumitat kompetenti tagħha dwar jekk l-istaff disponibbli għall-IAS hux se jkun biżżejjed biex titwettaq verifika annwali ta' korpi kollha bħal dawn fis-snin li ġejjin; |
26. |
Josserva li l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jitlob li kull aġenzija tibgħat lill-awtorità li tagħti l-kwittanza u lill-Kummissjoni, kull sena, rapport imħejji mid-direttu tagħha li jissintetizza n-numru u t-tip ta' verifiki interni li jkunu saru mill-awditur interni, ir-rakkommandazzjonijiet magħmula u l-azzjoni li ttieħdet fuq dawk ir-rakkommandazzjonijiet; jitlob lill-aġenziji biex jindikaw jekk dan hux isir, u jekk iva, il-mod ta' kif isir; |
27. |
F'dak li jirrigwarda l-kapaċità ta' verifika interna, speċjalment f'dak li rigward l-aġenziji ż-żgħar, jieħu nota ta' proposta magħmula mill-Awditur Intern lill-kumitat kompetenti tal-Parlament fl-14 ta' Settembru 2006, li l-aġenziji ż-żgħar għandu jkunu awtorizzati li jixtru servizzi ta' verifika mis-settur privat; |
L-evalwazzjoni tal-aġenziji
28. |
Ifakkar id-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (9) nnegozjata waqt il-konċiljazzjoni qabel il-Kunsill tal-Baġit tal-ECOFIN tat-13 ta' Lulju 2007 li sejjaħ għal (i) lista ta' aġenziji li l-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tevalwa, u (ii) lista ta' aġenziji diġà evalwati, flimkien ma' sintesi tas-sejbiet prinċipali; |
Proċeduri dixxiplinari
29. |
Jinnota li, minħabba d-daqs tagħhom, huwa diffiċili għall-aġenziji individwali li jwaqqfu bords dixxiplinari ad hoc magħmula minn staff ta' grad xieraq fil-karriera u li l-IDOC tal-Kummissjoni (Uffiċju għall-Investigazzjoni u d-Dixxipplina) mhux kompetenti għall-aġenziji; jistieden lill-aġenziji biex jikkunsidraw board dixxiplinari ta' bejn l-aġenziji; |
Abbozz ta' Ftehim Inter-Istituzzjonali
30. |
Iffakkar l-abbozz ta' ftehima interistituzzjonali dwar il-qafas ta' ħidma għall-aġenziji regolatorji Ewropej ippreżentat mill-Kummissjoni (COM(2005) 59), li l-għan tagħha kien li toħloq qafas orizzontali għall-ħolqien, għall-istruttura, għall-operat, u għall-evalwazzjoni u kontroll tal-aġenziji regolatorji Ewropej; jinnota li l-abbozz jirrappreżenta inizjattiva utli bil-għan li l-ħolqien u t-tmexxija tal-aġenziji jiġu razzjonalizzati; jinnota d-dikjarazzjoni fir-rapport ta' sintesi tal-Kummissjoni tal-2006 (paragrafu 3.1 COM(2007) 274) li għalkemm il-progress fin-negozjati waqaf wara l-pubblikazzjoni tal-abbozz, id-diskussjonijiet reġgħu nbdew fil-Kunsill fl-aħħar tal-2006; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jsir aktar progress favur l-adozzjoni; |
31. |
Għalhekk jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq Komunikazzjoni dwar il-futur tal-aġenziji regolatorji waqt is-sena 2008; |
Agenziji awto-finanzjati
32. |
Ifakkar li fil-każ taż-żewġ aġenziji awot-finanzjati, il-bord amministrattiv jagħti l-kwittanza lid-direttur; jinnota li it-tnejn għandhom surplus akkumulat sinifikanti minn dħul trasferit mis-snin ta' qabel;
|
Punti speċifiċi
33. |
Jinnota li l-osservazzjoni tal-Qorti fir-rapport tagħha tas-sena 2006, li r-rata tal-fondi trasferiti kienet ta' 33 % għal spiża amministrattiva ta' 30 % għal spiża għat-tħaddim, fejn kien hemm numru kbir ta' trasferimenti ta' approprazzjonijiet bejn il-linji tal-baġit u f'ħafna każijiet, id-dokumentazzjoni supplimentari ma kienetx dettalljata biżżejjed u b'hekk il-prinċipju baġitarju tal-ispeċifikazzjoni ma kienx osservat kif xieraq; |
34. |
Barra minn hekk jinnota s-sejbien tal-Qorti li r-regoli dwar l-akkwist ma kienux osservati kif xieraq, u li ma ġiex stabbilit reġistru tal-assi fissi, li jinkludi l-assi u l-valur tagħhom, u lanqas ġie użat fis-sorveljanza tal-propjeta tal-Eurojust; jistieden lill-Eurojust biex jimplimenta regoli stretti dwar l-akkwist, b'mod partikulari f'dak li jirrigwarda l-kuntratti ta' qafas; |
35. |
Jinnota, mill-kontijiet u r-rapport dwar il-baġit u l-immaniġġjar finanzjarju:
|
36. |
Madankollu, jinsab imħasseb dwar ir-referenza fil-kontijiet li transazzjonijiet anqas minn EUR 1000, jiġu vverifikati minn uffiċċjal li jawtorizza, u dan kontra l-prinċipju tas-separazzjoni tad-dmirijiet; |
37. |
Jesprimi tħassib dwar ċertu dikjarazzjonijiet fir-rapport annwali tal-Eurojust li għandhom influwenza sinifikanti fuq il-ġlieda kontra l-frodi:
|
38. |
Jinnota li kien hemm ftehim dwar ir-regolament finanzjarju tal-Eurojust mal-Kummissjoni f'Marzu 2006 u adottat mill-Kulleġġ fl-20 ta' April 2006; |
39. |
Jinnota li huwa mistenni li l-Eurojust jimla' l-pożizzjoni ta' awditur intern fl-ewwel nofs tas-sena 2008. |
(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 57.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 111.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 187, 15.7.2008, p. 135.
(7) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li fiha l-kummenti ppreżentati mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust rigward l-implipentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2003 (ĠU L 196, 27.7.2005, p. 108).
(8) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(9) Dokument tal-Kunsill DS 605/1/07 Rev. 1
(10) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 141).
(11) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 135).