This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009B0212
2009/212/EC: Decision of the European Parliament of 22 April 2008 on the closure of the accounts of the European Agency for Reconstruction for the financial year 2006
2009/212/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2006
2009/212/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2006
ĠU L 88, 31.3.2009, p. 158–158
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006
31.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 88/158 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-22 ta' April 2008
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2006
(2009/212/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2006 (1),
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet finali annwali ta' Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (2),
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),
wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2667/2000 tal-5 ta' Diċembru 2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 8 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0112/2008),
1. |
Jinnota li l-kontijiet finali annwali tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri; |
2. |
Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2006; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Hans-Gert PÖTTERING
Is-Segretarju Ġenerali
Harald RØMER
(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 13.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 40.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 306, 7.12.2000, p. 7.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.