Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0170

    2009/170/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 16 ta’ Frar 2009 li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Prim′Istanza tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward tas-sistema lingwistika applikabbli għall-appelli kontra d-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea

    ĠU L 60, 4.3.2009, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/07/2015; Impliċitament imħassar minn 32015Q0423(01)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/170/oj

    4.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 60/3


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-16 ta’ Frar 2009

    li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Prim′Istanza tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward tas-sistema lingwistika applikabbli għall-appelli kontra d-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea

    (2009/170/KE, Euratom)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra l-Artikolu 64 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja,

    Konformement mal-proċedura prevista fl-Artikolu 245, it-tieni paragrafu, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u fl-Artikolu 160, it-tieni paragrafu, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,

    Wara li kkunsidra t-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Settembru 2008,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Jannar 2009,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Novembru 2008,

    Billi fir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim′Istanza għandha tiġi speċifikata l-lingwa tal-kawża fil-każ ta’ appell minn deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, kif previst fl-Artikoli 9 u 10 tal-Anness għall-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim′Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-2 ta’ Mejju 1991 (ĠU L 136, 30.05.1991, p. 1, b'rettifika fil-ĠU L 317, 19.11.1991, p. 34), kif emendati fil-15 ta’ Settembru 1994 (ĠU L 249, 24.09.1994, p. 17), fis-17 ta’ Frar 1995 (ĠU L 44, 28.02.1995, p. 64), fis-6 ta’ Lulju 1995 (ĠU L 172, 22.07.1995, p. 3), fit-12 ta’ Marzu 1997 (ĠU L 103, 19.04.1997, p. 6, b'rettifika fil-ĠU L 351, 23.12.1997, p. 72), fis-17 ta’ Mejju 1999 (ĠU L 135, 29.05.1999, p. 92), fis-6 ta’ Diċembru 2000 (ĠU L 322, 19.12.2000, p. 4), fil-21 ta’ Mejju 2003 (ĠU L 147, 14.06.2003, p. 22), fid-19 ta’ April 2004 (ĠU L 132, 29.04.2004, p. 3), fil-21 ta’ April 2004 (ĠU L 127, 29.04.2004, p. 108), fit-12 ta’ Ottubru 2005 (ĠU L 298, 15.11.2005, p. 1), fit-18 ta’ Diċembru 2006 (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 45) u fit-12 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 179, 08.07.2008, p. 12) qed jiġu emendati kif ġej:

    Fit-“TITOLU 5: APPELLI KONTRA D-DEĊIŻJONIJIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA”, qabel l-Artikolu 137, għandu jiddaħħal l-Artikolu 136a, li jaqra kif ġej:

    “Artikolu 136a

    Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 35(2)(b) u (c) u tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 35(3) ta’ dawn ir-Regoli, fil-każ ta’ appell mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku taħt l-Artikoli 9 u 10 tal-Anness mal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-lingwa tal-kawża għandha tkun dik tad-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li tkun qiegħda tiġi appellata.”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Frar 2009.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    O. LIŠKA


    Top