Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0010

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/10/KE tat- 13 ta’ Frar 2009 li temenda d-Direttiva 2008/84/KE li tistipula kriterji speċifiċi ta’ purità dwar l-addittivi tal-ikel għajr il-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 44, 14.2.2009, p. 62–78 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2012; Imħassar b' 32012R0231

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/10/oj

14.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/62


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/10/KE

tat-13 ta’ Frar 2009

li temenda d-Direttiva 2008/84/KE li tistipula kriterji speċifiċi ta’ purità dwar l-addittivi tal-ikel għajr il-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel awtorizzati għal użu fl-oġġetti tal-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3)(a) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel (SCF) u l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari (EFSA),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/84/KE (2) tas-27 ta' Awwissu 2008 li tistipula kriterji speċifiċi ta' purità fl-addittivi tal-ikel għjar il-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa, tistabbilixxi kriterji ta' purità għall-addittivi msemmija fid-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 1995 dwar l-addittivi tal-ikel, għajr il-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa (3).

(2)

L-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari (minn hawn ’il quddiem l-‘EFSA’) ikkonkludiet fl-Opinjoni tagħha tal-20 ta’ Ottubru 2006 (4) li n-nisin prodott permezz ta’ proċess ta’ produzzjoni modifikat bl-użu ta’ sustanza bbażata fuq iz-zokkor huwa ekwivalenti fir-rigward tal-ħarsien tas-saħħa għal dak prodott mill-proċess oriġinali li juża sustanza bbażata fuq il-ħalib. Fuq il-bażi ta’ din l-opinjoni, l-ispeċifikazzjonijiet eżistenti għal nisin E 234 għandhom jiġu emendati biex jadattaw id-definizzjoni u l-kriterji ta’ purità stabbiliti għal dan l-addittiv.

(3)

Il-formaldehyde jintuża bħala preservattiv matul il-manifattura ta’ aċidu alġiniku, mlieħ alġinati u ester ta’ aċidu alġiniku. Ġie rrappurtat li r-residwi tal-formaldehyde, sa 50 mg/kg, jistgħu jkunu preżenti fl-addittivi finali li jgħaqqdu. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-EFSA evalwat is-sikurezza fl-użu tal-formaldehyde bħala preservattiv matul il-manifattura u l-preparazzjoni ta’ addittivi tal-ikel (5). L-EFSA fl-Opinjoni tagħha tat-30 ta’ Novembru 2006 kkonkludiet li l-espożizzjoni stmata għal addittivi li jgħaqqdu li fihom residwi ta’ formaldehyde fil-livell ta’ 50 mg/kg ta’ addittiv ma toħloq l-ebda tħassib dwar is-sikurezza. Għaldaqstant il-kriterji ta’ purità eżistenti għall-aċidu alġiniku E 400, l-alġinat tas-sodju E 401, l-alġinat tal-potassju E 402, l-alġinat tal-ammonju E 403, l-alġinat tal-kalċju E 404, u l-alġinat tal-propan-1.2-diol E 405 għandhom jiġu emendati b’tali mod li l-livell massimu ta’ formaldehyde jkun iffissat għal 50 mg/kg.

(4)

Il-formaldehyde bħalissa ma jintużax fl-ipproċessar ta' alka tal-baħar għall-produzzjoni tal-carrageenan E 407 u tal-alka tal-baħar eucheuma proċessata E 407a. Madankollu, dan jista’ jeżisti b’mod naturali fl-alka tal-baħar u għalhekk ikun preżenti bħala impurità fil-prodott lest. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġi ffissat livell massimu ta’ preżenza aċċidentali tas-sustanza ta’ hawn fuq f’dawn l-addittivi tal-ikel.

(5)

Il-gomma tal-guar hi awtorizzata bħala addittiv tal-ikel għal użu fl-oġġetti tal-ikel mid-Direttiva 95/2/KE. B’mod partikolari, din tintuża bħala sustanza li tgħaqqad, emulsjonant u stabbilizzatur. Tressqet talba lill-Kummissjoni biex tintuża gomma tal-guar parzjalment depolimerizzata bħala addittiv tal-ikel, prodotta minn gomma tal-guar nattiva permezz ta’ wieħed mit-tliet proċessi ta’ manifattura li jikkonsistu fi trattament bis-sħana, idrolisi aċiduża jew ossidazzjoni alkalina. L-EFSA evalwat is-sikurezza fl-użu ta’ dan l-addittiv u, fl-opinjoni tagħha tal-4 ta’ Lulju 2007 (6), stmat li l-gomma tal-guar parzjalment depolimerizzata kienet tidher simili ħafna għal gomma tal-guar nattiva fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-prodott aħħari. Ġie konkluż ukoll li l-gomma tal-guar parzjalment depolimerizzata ma toħloq l-ebda tħassib dwar is-sikurezza għall-użu tagħha bħala sustanza li tgħaqqad, emulsjonant jew stabbilizzatur. Madankollu, fl-istess Opinjoni, l-EFSA rrakkomandat li l-ispeċifikazzjonijiet għal gomma tal-guar E 412 għandhom jiġu aġġustati biex iqisu l-livell ogħla ta' mluħa u l-preżenza possibbli ta' prodotti sekondarji mhux mixtieqa li jistgħu jirriżultaw mill-proċess ta' manifattura. Fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-EFSA, l-ispeċifikazzjonijiet tal-gomma tal-guar għandhom jiġu emendati.

(6)

Jeħtieġ li jiġu adottati speċifikazzjonijiet għal karbonat tal-manjesju E 504(i) awtorizzat bħala addittiv tal-ikel għal użu fl-oġġetti tal-ikel permezz tad-Direttiva 95/2/KE.

(7)

Fuq il-bażi ta’ dejta mogħtija mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Ġir, jidher li l-manifattura ta’ prodotti tal-ġir minn materja prima disponibbli ma tippermettix li dawn jikkonformaw mal-kriterji eżistenti ta’ purità ffissati għal idrossidu tal-kalċju E 526 u ossidu tal-kalċju E 529, fir-rigward tal-livell ta’ manjesju u mluħa alkalini. Filwaqt li jitqies li mluħa tal-manjesju ma joħolqu l-ebda tħassib dwar is-sikurezza u l-ispeċifikazzjonijiet kif stabbiliti fil-Codex Alimentarius kif abbozzat mill-Kumitat Konġunt FAO/WHO ta’ Esperti dwar l-Addittivi tal-Ikel (minn hawn 'il quddiem il-JECFA), huwa xieraq li jiġu aġġustati l-livelli ta’ manjesju u mlieħ alkalini għal idrossidu tal-kalċju E 526 u ossidu tal-kalċju E 529 għall-aktar valuri baxxi li jistgħu jintlaħqu, li għadhom inqas mil-livelli stabbiliti mill-JECFA jew daqshom.

(8)

Barra minn hekk, jeħtieġ li jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet kif stabbiliti fil-Codex Alimentarius abbozzat mill-JECFA fir-rigward tal-livell ta’ ċomb għal idrossidu tal-kalċju E 526 u ossidu tal-kalċju E 529. Madankollu, minħabba l-konċentrazzjoni naturalment għolja ta’ ċomb li tinsab fil-materja prima (karbonat tal-kalċju) miksuba f’xi Stati Membri, u li minnha ġejjin dawn l-addittivi, jidher li hu diffiċli li jiġi allinjat il-livell ta’ ċomb li jinsab f’dawn l-addittivi tal-ikel mal-limitu ogħla stabbilit mill-JECFA. Għaldaqstant il-livell attwali ta’ ċomb għandu jitnaqqas għall-aktar livell baxx li jista’ jintlaħaq.

(9)

Ix-xama’ tan-naħal E 901 hija awtorizzata bħala addittiv tal-ikel fid-Direttiva 95/2/KE. L-EFSA fl-Opinjoni tagħha tas-27 ta’ Novembru 2007 (7) ikkonfermat is-sikurezza fl-użu ta’ dan l-addittiv tal-ikel. Madankollu, din indikat ukoll li l-preżenza ta’ ċomb għandha tkun ristretta għall-aktar livell baxx possibbli. Filwaqt li jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet riveduti għax-xama’ tan-naħal kif stabbiliti fil-Codex Alimentarius kif abbozzat mill-JECFA, huwa xieraq li jiġu emendati l-kriterji eżistenti ta’ purità għal xama’ tan-naħal E 901 biex jitnaqqas il-livell massimu permess ta’ ċomb.

(10)

Ix-xama’ raffinata ħafna li ġejja minn idrokarbon sintetiku (xama’ sintetika) u minn materja prima bbażata fuq iż-żejt mhux raffinat ġiet ivvalutata mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel (minn hawn 'il quddiem is-‘SCF’) (8) u opinjoni dwar l-idrokarburi minerali u sintetiċi ġiet ippubblikata fit-22 ta’ Settembru 1995. Is-SCF qies li ngħatat dejta biżżejjed biex jiġi stabbilit grupp sħiħ ta’ ADI (doża aċċettabbli ta’ kuljum), li tkopri ż-żewġ tipi ta' xama', jiġifieri xama' li ġejja minn materja prima bbażata fuq iż-żejt mhux raffinat jew l-idrokarbon sintetiku. Meta ġew stabbiliti l-kriterji ta’ purità għal xama' mikrokristallina E 905, ix-xama’ sintetika tal-idrokarbon tneħħiet u ma kinitx inkluża fl-ispeċifikazzjonijiet. Il-Kummissjoni għaldaqstant tqis li hu meħtieġ li jiġu emendati l-kriterji ta’ purità għal xama’ mikrokristallina E 905 biex ikopru wkoll ix-xama’ li ġejja minn materja prima bbażata fuq idrokarburi sintetiċi.

(11)

L-E 230 (biphenyl) u E 233 (thiabendazole) m'għadx huma permessi bħala addittivi tal-ikel fil-leġislazzjoni tal-UE. Dawn is-sustanzi kienu tneħħew rispettivament bid-Direttiva 2003/114/KE u d-Direttiva 98/72/KE. Bħala konsegwenza, l-Anness I mad-Direttiva 2008/84/KE għandu jkun aġġornat skont dan u l-ispeċifikazzjonijiet għal E 230 u E 233 għandhom ikunu rtirati.

(12)

Jeħtieġ li jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet u t-tekniki analitiċi għal addittivi kif stabbiliti fil-Codex Alimentarius abbozzat mill-JECFA. B’mod partikolari fejn xieraq, jeħtieġ li l-kriterji speċifiċi ta’ purità jiġu adattati biex jirriflettu l-limiti ta’ metalli tqal individwali ta’ interess.

(13)

Id-Direttiva 2008/84/KE għalhekk għandha tiġi emendata kif jixraq.

(14)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness 1 tad-Direttiva 2008/84/KE qed jiġi emendat skont l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-13 ta’ Frar 2010. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27.

(2)  ĠU L 253, 20.9.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1.

(4)  http://www.efsa.europa.eu/en/science/afc/afc_opinions/ej314b_ånisin.html

(5)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi tal-Ikel, Hwawar, Għajnuna ta’ Proċessar u Materjali li jiġu f’Kuntatt mal-Ikel (AFC) fuq talba mill-Kummissjoni marbuta mal-użu ta’ formaldehyde bħala preservattiv matul il-manifattura u l-preparazzjoni ta' addittivi tal-ikel; Mistoqsija Nru EFSA Q-2005-032.

http://www.efsa.europa.eu/EFSA/efsa_locale-1178620753812_1178620766610.htm

(6)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi tal-Ikel, Ħwawar, Għajnuna ta’ Proċessar u Materjali li jiġu f’Kuntatt mal-Ikel fuq talba mill-Kummissjoni marbuta ma’ applikazzjoni dwar l-użu ta’ gomma tal-guar parzjalment depolimerizzata bħala addittiv tal-ikel; Mistoqsija Nru EFSA-Q-2006-122.

http://www.efsa.europa.eu/EFSA/efsa_locale-1178620753812_1178638739757.htm

(7)  Ix-xama’ tan-naħal (E 901) bħala kimika tal-kisi u li ġġorr il-ħwawar; Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi tal-ikel, Ħwawar, Għajnuna ta’ proċessar u Materjali li jiġu f’Kuntatt mal-Ikel (AFC); Mistoqsija Nru EFSA-Q-2006-021.

http://www.efsa.europa.eu/EFSA/efsa_locale-1178620753812_1178672652158.htm

(8)  http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/reports/scf_reports_37.pdf


ANNESS

L-Anness 1 tad-Direttiva 2008/84/KE huwa emendat kif ġej:

1.

It-test li jikkonċerna n-nisin E 234 qed jinbidel b’dan li ġej:

“NISIN E 234

Definizzjoni

In-nisin jikkonsisti f’diversi polipeptidi relatati mill-qrib li huma prodotti matul il-fermentazzjoni ta’ sustanza tal-ħalib jew taz-zokkor minn ċerti razez naturali ta’ Lactococcus lactis subsp.lactis.

Einecs

215-807-5

Formula kimika

C143H230N42O37S7

Piż molekulari

3 354,12

Analiżi kimika

Il-konċentrat ta’ nisin fih mhux inqas minn 900 unità għal kull mg f’taħlita ta’ proteini jew solidi ffermentati tal-ħalib bla xaħam u kontenut minimu ta’ klorur tas-sodju ta’ 50 %

Deskrizzjoni

Trab abjad

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 3 % waqt it-tnixxif għal piż kostanti f’102 °C sa 103 °C

Arseniku

Mhux iktar minn 1 mg/kg

Ċomb

Mhux iktar minn 1 mg/kg

Merkurju

Mhux aktar minn 1 mg/kg”

2.

It-test li jikkonċerna l-Aċidu Alġiniku E 400 qed jinbidel b’dan li ġej:

“AĊIDU ALĠINIKU E 400

Definizzjoni

Il-glycuronoglycan lineari jikkonsisti prinċipalment f’unitajiet ta’ aċidu ta’ D-mannuronic marbut ma’ β-(1-4) u L-guluronic marbut ma’ α-(1-4) f’forma ta’ ċirku pyranose. Il-karboidrat kollojdali idrofilu miksub permezz tal-użu ta’ alkali dilwit minn razez naturali ta’ diversi speċijiet ta’ alka tal-baħar kannella (Phaeophyceae)

Einecs

232-680-1

Formula kimika

(C6H8O6)n

Piż molekulari

10 000 -600 000 (medja tipika)

Analiżi kimika

L-aċidu alġiniku jipproduċi, fuq il-bażi anidra, mhux anqas minn 20 % u mhux aktar minn 23 % ta' dijossidu karboniku (CO2), ekwivalenti għal mhux anqas minn 91 % u mhux aktar minn 104,5 % ta’ aċidu alġiniku (C6H8O6)n (ikkalkolat fuq bażi ta’ piż ekwivalenti ta’ 200)

Deskrizzjoni

L-aċidu alġinku jippreżenta ruħu f’forom ta’ fibri, bil-vina tidher sewwa, granulari u ta’ trab. Huwa għandu kulur abjad għal kannella fl-isfar u hu kważi bla riħa

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Ma jinħallx fl-ilma u f’solventi organiċi, jinħall bil-mod f’taħlita ta' karbonat tas-sodju, idrossidu tas-sodju u fosfat tat-trisodju

B.

Test ta’ preċipitazzjoni bil-klorur tal-kalċju

Ma’ taħlita ta’ 0,5 % tal-kampjun f’taħlita 1 M ta’ idrossidu tas-sodju, żid 20 % tal-volum tagħha ta' taħlita ta' 2,5 % ta' klorur tal-kalċju. Materja solida voluminuża, ġelatinuża hija fformata. Dan it-test jiddistingwi l-aċidu alġiniku minn gomma tal-akaċja, ċelluloża carboxymethyl tas-sodju, lamtu carboxymethyl, carrageenan, ġelatina, gomma ghatti, gomma tal-karaya, gomma tal-ħarrub, metilċelluloża u l-gomma dragant

C.

Test ta’ preċipitazzjoni bis-sulfat tal-ammonju

Ma’ taħlita ta’ 0,5 % tal-kampjun f’taħlita 1 M ta’ idrossidu tas-sodju, żid nofs il-volum tagħha ta' taħlita saturata ta' sulfat tal-ammonju. Ma ġiet ifformata l-ebda materja solida. Dan it-test jiddistingwi l-aċidu alġiniku minn agar, ċelluloża carboxymethyl tas-sodju, carrageenan, pektin deesterifikat, ġelatina, gomma tal-ħarrub, metilċelluloża u lamtu

D.

Reazzjoni tal-lewn

Dewweb b’mod kemm jista’ jkun komplut 0,01 g tal-kampjun billi tħawwad ma’ 0,15 ml ta’ idrossidu tas-sodju 0,1 N u żid 1 ml ta’ taħlita aċiduża ta’ sulfat tal-ħadid. Fi żmien ħames minuti, jiżviluppa kulur aħmar lewn iċ-ċirasa li fl-aħħar isir vjola qawwi

Purità

pH ta’ sospensjoni ta’ 3 %

Bejn 2,0 u 3,5

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 15 % (105 °C, erba’ sigħat)

Irmied issulfat

Mhux aktar minn 8 % fuq il-bażi anidra

Idrossidu tas-sodju (taħlita 1 M)

Mhux aktar minn 2 % ta’ sustanza li ma tinħallx fuq il-bażi anidra

Formaldeide

Mhux aktar minn 50 mg/kg

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 5 mg/kg

Merkurju

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Kadmju

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Plate count totali

Mhux aktar minn 5 000 kolonja kull gramma

Ħmira u moffa

Mhux aktar minn 500 kolonja kull gramma

E. coli

Nieqsa f’5 g

Salmonella spp.

Nieqsa f’10 g”

3.

It-test li jikkonċerna l-Alġinat tas-Sodju E 401 qed jinbidel b’dan li ġej:

“ALĠINAT TAS-SODJU E 401

Definizzjoni

Isem kimiku

Melħ tas-sodju tal-aċidu alġiniku

Formula kimika

(C6H7NaO6)n

Piż molekulari

10 000 -600 000 (medja tipika)

Analiżi kimika

Jipproduċi, fuq il-bażi anidra, mhux anqas minn 18 % u mhux aktar minn 21 % ta' dijossidu karboniku li jikkorrispondi għal mhux anqas minn 90,8 % u mhux aktar minn 106,0 % ta’ alġinat tas-sodju (ikkalkolat fuq bażi ta’ piż ekwivalenti ta’ 222)

Deskrizzjoni

Trab fibruż jew granulari ta’ kulur abjad li jagħti fl-isfar, kważi bla riħa

Identifikazzjoni

Test pożittiv għal sodju u aċidu alġiniku

 

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 15 % (105 °C, erba’ sigħat)

Sustanza li ma tinħallx fl-ilma

Mhux aktar minn 2 % fuq il-bażi anidra

Formaldeide

Mhux aktar minn 50 mg/kg

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 5 mg/kg

Merkurju

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Kadmju

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Plate count totali

Mhux aktar minn 5 000 kolonja kull gramma

Ħmira u moffa

Mhux aktar minn 500 kolonja kull gramma

E. coli

Nieqsa f’5 g

Salmonella spp.

Nieqsa f’10 g”

4.

It-test li jikkonċerna l-Alġinat tal-Potassju E 402 qed jinbidel b’dan li ġej:

“It-test li jikkonċerna l-Alġinat tal-Potassju E 402 qed jinbidel b’dan li ġej:

Definizzjoni

Isem kimiku

Melħ tal-potassju tal-aċidu alġiniku

Formula kimika

(C6H7KO6)n

Piż molekulari

10 000 -600 000 (medja tipika)

Analiżi kimika

Jipproduċi, fuq il-bażi anidra, mhux anqas minn 16,5 % u mhux aktar minn 19,5 % ta' dijossidu karboniku li jikkorrispondi għal mhux anqas minn 89,2 % u mhux aktar minn 105,5 % ta’ alġinat tal-potassju (ikkalkolat fuq bażi ta’ piż ekwivalenti ta’ 238)

Deskrizzjoni

Trab fibruż jew granulari ta’ kulur abjad li jagħti fl-isfar, kważi bla riħa

Identifikazzjoni

Test pożittiv għal potassju u aċidu alġiniku

 

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 15 % (105 °C, erba’ sigħat)

Sustanza li ma tinħallx fl-ilma

Mhux aktar minn 2 % fuq il-bażi anidra

Formaldeide

Mhux aktar minn 50 mg/kg

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 5 mg/kg

Merkurju

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Kadmju

Kadmju

Plate count totali

Mhux aktar minn 5 000 kolonja kull gramma

Ħmira u moffa

Mhux aktar minn 500 kolonja kull gramma

E. coli

Nieqsa f’5 g

Salmonella spp.

Nieqsa f’10 g”

5.

It-test li jikkonċerna l-Alġinat tal-Ammonju E 403 qed jinbidel b’dan li ġej:

“ALĠINAT TAL-AMMONJU E 403

Definizzjoni

Isem kimiku

Melħ tal-ammonju tal-aċidu alġiniku

Formula kimika

(C6H11NO6)n

Piż molekulari

10 000 -600 000 (medja tipika)

Analiżi kimika

Jipproduċi, fuq il-bażi anidra, mhux anqas minn 18 % u mhux aktar minn 21 % ta' dijossidu karboniku li jikkorrispondi għal mhux anqas minn 88,7 % u mhux aktar minn 103,6 % ta’ alġinat tal-ammonju (ikkalkolat fuq bażi ta’ piż ekwivalenti ta’ 217)

Deskrizzjoni

Trab fibruż jew granulari ta’ kulur abjad li jagħti fl-isfar

Identifikazzjoni

Test pożittiv għal ammonju u aċidu alġiniku

 

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 15 % (105 °C, erba’ sigħat)

Irmied issulfat

Mhux aktar minn 7 % fuq il-bażi mnixxfa

Sustanza li ma tinħallx fl-ilma

Mhux aktar minn 2 % fuq il-bażi anidra

Formaldeide

Mhux aktar minn 50 mg/kg

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 5 mg/kg

Merkurju

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Kadmju

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Plate count totali

Mhux aktar minn 5 000 kolonja kull gramma

Ħmira u moffa

Mhux aktar minn 500 kolonja kull gramma

E. coli

Nieqsa f’5 g

Salmonella spp.

Nieqsa f’10 g”

6.

It-test li jikkonċerna l-Alġinat tal-Kalċju E 404 qed jinbidel b’dan li ġej:

“ALĠINAT TAL-KALĊJU E 404

Sinonimi

Melħ tal-kalċju tal-alġinat

Definizzjoni

Isem kimiku

Melħ tal-kalċju tal-aċidu alġiniku

Formula kimika

(C6H7Ca1/2O6)n

Piż molekulari

10 000 -600 000 (medja tipika)

Analiżi kimika

Jipproduċi, fuq il-bażi anidra, mhux anqas minn 18 % u mhux aktar minn 21 % ta' dijossidu karboniku li jikkorrispondi għal mhux anqas minn 89,6 % u mhux aktar minn 104,5 % ta’ alġinat tal-kalċju (ikkalkolat fuq bażi ta’ piż ekwivalenti ta’ 219)

Deskrizzjoni

Trab fibruż jew granulari ta’ kulur abjad li jagħti fl-isfar, kważi bla riħa

Identifikazzjoni

Test pożittiv għal kalċju u aċidu alġiniku

 

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 15,0 % (105 °C, erba’ sigħat)

Formaldeide

Mhux aktar minn 50 mg/kg

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 5 mg/kg

Merkurju

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Kadmju

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Plate count totali

Mhux aktar minn 5 000 kolonja kull gramma

Ħmira u moffa

Mhux aktar minn 500 kolonja kull gramma

E. coli

Nieqsa f’5 g

Salmonella spp.

Nieqsa f’10 g”

7.

It-test li jikkonċerna l-Alġinat tal-Propan-1.2-diol E 405 qed jinbidel b’dan li ġej:

“ALĠINAT TAL-PROPAN-1.2-DIOL E 405

Sinonimi

Alġinat idrossipropil

Ester tal-Propan-1,2-diol tal-aċidu alġiniku

Alġinat tal-glikol tal-propilin

Definizzjoni

Isem kimiku

Ester tal-Propan-1,2-diol tal-aċidu alġiniku; ivarja fil-kompożizzjoni skont il-grad tiegħu ta’ esterifikazzjoni u l-perċentwal ta’ gruppi carboxyl liberi u newtralizzati fil-molekula

Formula kimika

(C9H14O7)n (esterifikat)

Piż molekulari

10 000 -600 000 (medja tipika)

Analiżi kimika

Jipproduċi, fuq il-bażi anidra, mhux anqas minn 16 % u mhux aktar minn 20 % ta’ CO2 ta’ dijossidu karboniku

Deskrizzjoni

Trab fibruż jew granulari ta’ kulur abjad li jagħti fil-kannella safrani, kważi bla riħa

Identifikazzjoni

Test pożittiv għal Propan-1.2-diol u għal aċidu alġiniku wara idrolisi

 

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 20 % (105 °C, erba’ sigħat)

Kontenut totali ta’ propan-1.2-diol

Mhux inqas minn 15 % u mhux aktar minn 45 %.

Kontenut ta’ propan-1.2-diol liberu

Mhux aktar minn 15 %

Sustanza li ma tinħallx fl-ilma

Mhux aktar minn 2 % fuq il-bażi anidra

Formaldeide

Mhux aktar minn 50 mg/kg

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 5 mg/kg

Merkurju

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Kadmju

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Plate count totali

Mhux aktar minn 5 000 kolonja kull gramma

Ħmira u moffa

Mhux aktar minn 500 kolonja kull gramma

E. coli

Nieqsa f’5 g

Salmonella spp.

Nieqsa f’10 g”

8.

It-test li jikkonċerna l-Carrageenan E 407 qed jinbidel b’dan li ġej:

“CARRAGEENAN E 407

Sinonimi

Prodotti ta’ kummerċ jinbiegħu taħt ismijiet differenti bħal:

Ħażiż Irlandiż

Eucheuman (minn Eucheuma spp.)

Iridophycan (minn Iridaea spp.)

Hypnean (minn Hypnea spp.)

Furcellaran jew agar Daniż (minn Furcellaria fastigiata)

Carrageenan (minn Chondrus u Gigartina spp.)

Definizzjoni

Il-carrageenan jinkiseb permezz ta’ estrazzjoni kollha ilma ta’ razez naturali ta’ alka tal-baħar tal-familji Gigartinaceae, Solieriaceae, Hypneaeceae u Furcellariaceae tal-klassi Rhodophyceae (alka ħamra tal-baħar). Ma għandu jintuża l-ebda preċipitant organiku għajr il-metanol, l-etanol u l-propan-2-ol. Il-carrageenan jikkonsisti prinċipalment minn potassju, sodju, manjesju u mlieħ tal-kalċju ta' esteri sulfuriċi tal-polisakkarid li, fuq l-idrolisi, jipproduċu galattożju u 3,6-anidragalattożju. Il-carrageenan ma għandux jiġi idrolizzat jew inkella degradat b’mod kimiku. Il-formaldeide jista' jkun preżenti bħala impurità aċċidentali sa livell massimu ta’ 5 mg/kg.

Einecs

232-524-2

Deskrizzjoni

Trab minn oħxon għal fin, li jvarja minn safrani għal bla kulur u li huwa prattikament bla riħa

Identifikazzjoni

Testijiet pożittivi għal galattożju, anidragalattożju u sulfat

 

Purità

Kontenut ta’ metanol, etanol u propane-2-ol

Mhux aktar minn 0,1 % individwalment jew magħqudin flimkien

Viskożità ta’ taħlita ta’ 1.5 % f’75 °C

Mhux anqas minn 5 mPa.s

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 12 % (105 °C, erba’ sigħat)

Sulfat

Mhux anqas minn 15 % u mhux aktar minn 40 % fuq il-bażi mnixxfa (bħala SO4)

Irmied

Mhux anqas minn 15 % u mhux aktar minn 40 % iddeterminat fuq il-bażi mnixxfa f’550 °C

Irmied li ma jinħallx f’taħlita aċiduża

Mhux aktar minn 1 % fuq il-bażi mnixxfa (ma jinħallx f’10 % ta’ aċidu idrokloriku)

Sustanza li ma tinħallx fl-aċidu

Mhux aktar minn 2 % fuq il-bażi mnixxfa (ma jinħallx f’1 % v/v ta’ aċidu sulfuriku)

Carrageenan ta’ piż molekulari baxx

(Frazzjoni ta’ piż molekulari inqas minn 50 kDa)

Mhux aktar minn 5 %

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 5 mg/kg

Merkurju

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Kadmju

Mhux aktar minn 2 mg/kg

Plate count totali

Mhux aktar minn 5 000 kolonja kull gramma

Ħmira u moffa

Mhux aktar minn 300 kolonja kull gramma

E. coli

Nieqsa f’5 g

Salmonella spp.

Nieqsa f’10 g”

9.

It-test li jikkonċerna l-Alka tal-baħar Eucheuma Proċessata E 407 qed jinbidel b’dan li ġej:

“ALKA TAL-BAĦAR EUCHEUMA PROĊESSATA E 407a

Sinonimi

PES (acronimu għal alka tal-baħar eucheuma proċessata)

Definizzjoni

L-alka tal-baħar eucheuma proċessata tinkiseb bi trattament alkalin bl-ilma (KOH) tar-razez naturali tal-alki tal-baħar Eucheuma cottonii u Eucheuma spinosum, tal-klassi Rhodophyceae (alka ħamra tal-baħar) biex jitneħħew l-impuritajiet u permezz ta’ ħasil bl-ilma frisk u tnixxif biex jinkiseb il-prodott. Tista’ tinkiseb aktar purifikazzjoni permezz ta’ ħasil bil-metanol, l-etanol u l-propan-2-ol. u tnixxif. Il-prodott jikkonsisti prinċipalment minn melħ tal-potassju ta’ esteri sulfuriċi tal-polisakkarid li, fuq l-idrolisi, jipproduċu galattożju u 3,6-anidragalattożju. L-imlieħ tas-sodju, tal-kalċju u tal-manjesju ta’ esteri sulfuriċi tal-polisakkarid huma preżenti f’ammonti iżgħar. Sa 15 % ta’ ċelluloża tal-alki hi wkoll preżenti fil-prodott. Il-carrageenan fl-alka tal-baħar eucheuma proċessata mhuwiex se jkun idrolizzat jew inkella degradat b’mod kimiku. Il-formaldeide jista' jkun preżenti bħala impurità aċċidentali sa livell massimu ta’ 5 mg/kg.

Deskrizzjoni

Trab minn oħxon għal fin, li jvarja minn lewn kannella fl-isfar għal safrani u li huwa prattikament bla riħa

Identifikazzjoni

A.

Testijiet pożittivi għal galattożju, anidragalattożju u sulfat

 

B.

Solubilità

Jifforma materjal magħqud u mdardar fl-ilma. Ma jinħallx fl-etanol

Purità

Kontenut ta’ metanol, etanol u propane-2-ol

Mhux aktar minn 0,1 % individwalment jew magħqudin flimkien

Viskożità ta’ taħlita ta’ 1.5 % f’75 °C

Mhux anqas minn 5 mPa.s

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 12 % (105 °C, erba’ sigħat)

Sulfat

Mhux anqas minn 15 % u mhux aktar minn 40 % fuq il-bażi mnixxfa (bħala SO4)

Irmied

Mhux anqas minn 15 % u mhux aktar minn 40 % iddeterminat fuq il-bażi mnixxfa f’550 °C

Irmied li ma jinħallx f’taħlita aċiduża

Mhux aktar minn 1 % fuq il-bażi mnixxfa (ma jinħallx f’10 % ta’ aċidu idrokloriku)

Sustanza li ma tinħallx fl-aċidu

Mhux inqas minn 8 % u mhux aktar minn 15 % fuq il-bażi mnixxfa (ma jinħallx f’1 % v/v ta’ aċidu sulfuriku)

Carrageenan ta’ piż molekulari baxx

(Frazzjoni ta’ piż molekulari inqas minn 50 kDa)

Mhux aktar minn 5 %

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 5 mg/kg

Merkurju

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Kadmju

Mhux aktar minn 2 mg/kg

Plate count totali

Mhux aktar minn 5 000 kolonja kull gramma

Ħmira u moffa

Mhux aktar minn 300 kolonja kull gramma

E. coli

Nieqsa f’5 g

Salmonella spp.

Nieqsa f’10 g”

10.

It-test li jikkonċerna l-gomma tal-guar E 412 qed jinbidel b’dan li ġej:

“GOMMA TAL-GUAR E 412

Sinonimi

Cyamopsis tal-gomma

Dqiq tal-guar

Definizzjoni

Il-gomma tal-guar hija l-endosperma mitħuna taż-żerriegħa ta’ razez naturali tal-pjanta tal-guar, Cyamopsis tetragonolobur (L.) Taub. (il-familja Leguminosae). Tikkonsisti prinċipalment minn polisakkarid idrokollojdali ta’ piż molekulari għoli magħmul minn unitajiet ta’ galactopyranose u mannopyranose ikkombinati permezz ta’ tagħqid ta’ glikoside, li jista’ jiġi deskritt b'mod kimiku bħala galactomannan. Il-gomma tista' tkun parzjalment idrolizzata permezz ta’ trattament bis-sħana, aċidu ħafif jew trattament ta’ ossidazzjoni alkalina għal aġġustament ta’ viskożita.

Einecs

232-536-0

Piż molekulari

Jikkonsisti prinċipalment minn polisakkarid idrokollojdali ta’ piż molekulari għoli (50 000 -8 000 000 )

Analiżi kimika

Kontenut ta’ galactomannan ta’ mhux anqas minn 75 %

Deskrizzjoni

Trab ta’ lewn abjad għal abjad fl-isfar, kważi bla riħa

Identifikazzjoni

A.

Testijiet pożittivi għal galattożju u għal mannosju

 

B.

Solubilità

Jinħall fl-ilma kiesaħ

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 15 % (105 °C, ħames sigħat)

Irmied

Mhux aktar minn 5,5 % iddeterminat f’800 °C

Sustanza li ma tinħallx fl-aċidu

Mhux aktar minn 7 %

Proteina (N × 6,25)

Mhux aktar minn 10 %

Lamtu

Ma jistax jiġi osservat permezz tal-metodu li ġej: għal taħlita 1 għal 10 tal-kampjun żid ftit qtar ta' taħlita ta' jodju (Ma jiġi prodott l-ebda lewn ikħal)

Perossidi organiċi

Mhux aktar minn 0,7 meq ta’ ossiġnu attiv/kg ta’ kampjun

Furfural

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 2 mg/kg

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg

Merkurju

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Kadmju

Mhux iktar minn 1 mg/kg”

11.

Wara l-entrata E 503(ii), qed jiżdied it-test li ġej dwar E 504i:

“KARBONAT TAL-MANJESJU E 504(i)

Sinonimi

Hydromagnesite

Definizzjoni

Il-karbonat tal-manjesju huwa karbonat tal-manjesju idratat jew monoidratat jew taħlita tat-tnejn

Isem kimiku

Karbonat tal-manjesju

Formula kimika

MgCO3.nH2O

Einecs

208-915-9

Analiżi kimika

Mhux anqas minn 24 % u mhux aktar minn 26,4 % ta’ Mg

Deskrizzjoni

Mases bojod li jistgħu jitfarrku, ħfief, mingħajr riħa jew bħala trab abjad voluminuż

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Prattikament ma jinħallx kemm fl-ilma kif ukoll fl-etanol

B.

Testijiet pożittivi għal manjesju u għal karbonat

 

Purità

Sustanza li ma tinħallx fl-aċidu

Mhux aktar minn 0,05 %

Materjal li jinħall fl-ilma

Mhux aktar minn 1 %

Kalċju

Mhux aktar minn 0,4 %

Arseniku

Mhux aktar minn 4 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 2 mg/kg

Merkurju

Mhux iktar minn 1 mg/kg”

12.

It-test li jikkonċerna l-idrossidu tal-kalċju E 526 qed jinbidel b’dan li ġej:

“IDROSSIDU TAL-KALĊJU E 526

Sinonimi

Ġir imħallat mal-ilma, ġir idratat

Definizzjoni

Isem kimiku

Idrossidu tal-kalċju

Einecs

215-137-3

Formula kimika

Ca(OH)2

Piż molekulari

74,09

Analiżi kimika

Kontenut mhux anqas minn 92 %

Deskrizzjoni

Trab abjad

Identifikazzjoni

A.

Testijiet pożittivi għal alkali u għal kalċju

 

B.

Solubilità

Jinħall kemmxejn fl-ilma. Ma jinħallx fl-etanol. Jinħall fil-gliċerina

Purità

Irmied li ma jinħallx f’taħlita aċiduża

Mhux aktar minn 1,0 %

Imlieħ tal-manjesju u tal-alkali

Mhux aktar minn 2,7 %

Barju

Mhux aktar minn 300 mg/kg

Fluworidu

Mhux aktar minn 50 mg/kg

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg

Ċomb

Mhux iktar minn 6 mg/kg”

13.

It-test li jikkonċerna l-ossidu tal-kalċju E 529 qed jinbidel b’dan li ġej:

“OSSIDU TAL-KALĊJU E 529

Sinonimi

Ġir imsajjar

Definizzjoni

 

Isem kimiku

Ossidu tal-kalċju

Einecs

215-138-9

Formula kimika

CaO

Piż molekulari

56,08

Analiżi kimika

Kontenut mhux anqas minn 95 % fuq il-bażi mixgħula

Deskrizzjoni

Mases ta’ bċejjeċ bojod jew fil-griż, ibsin, bla riħa, jew trab ta' lewn abjad għal griż

Identifikazzjoni

A.

Identifikazzjoni

 

B.

Is-sħana hi ġġenerata billi l-kampjun jiġi mniddi fl-ilma

 

C.

Solubilità

Jinħall kemmxejn fl-ilma. Ma jinħallx fl-etanol. Jinħall fil-gliċerina

Purità

Telf meta jaqbad in-nar

Mhux aktar minn 10 % (madwar 800 oC għal piż kostanti)

Sustanza li ma tinħallx fl-aċidu

Mhux aktar minn 1 %

Barju

Mhux aktar minn 300 mg/kg

Imlieħ tal-manjesju u tal-alkali

Mhux aktar minn 3,6 %

Fluworidu

Mhux aktar minn 50 mg/kg

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg

Ċomb

Mhux iktar minn 7 mg/kg”

14.

It-test li ġej li jikkonċerna x-Xama’ tan-naħal E 901 qed jinbidel b’dan li ġej:

“XAMA’ TAN-NAĦAL E 901

Sinonimi

Xama’ bajda, xama’ safra

Definizzjoni

Ix-xama’ safra tan-naħal hija x-xama’ miksuba billi jinħallu, bl-ilma sħun, il-ħitan tax-xehda tal-għasel li saret min-naħla tal-għasel, Apis mellifera L., u billi titneħħa l-materja barranija

Ix-xama’ bajda tan-naħal tinkiseb billi titbajjad ix-xama’ safra tan-naħal

Einecs

232-383-7 (beeswax)

Deskrizzjoni

Biċċiet jew folji bojod fl-isfar (forma bajda) jew minn lewn safrani għal kannella fil-griż (forma safra) bi ksur ta’ frak irqiq u mhux kristallin, li jkollhom riħa pjaċevoli, qisha tal-għasel

Identifikazzjoni

A.

Medda ta’ tidwib

Bejn 62 °C u 65 °C

B.

Gravità speċifika

Madwar 0,96

C.

Solubilità

Ma jinħallx fl-ilma

Jinħall ftit li xejn fl-alkoħol

Jinħall ftit li xejn fl-alkoħol

Purità

Valur tal-aċidu

Valur tal-aċidu

Valur ta' saponifikazzjoni

87-104

Valur tal-perossidu

Mhux aktar minn 5

Gliċerina u polijoli oħra

Mhux aktar minn 0,5 % (bħala gliċerina)

Ċeresin, paraffin u ċerta xama’ oħra

Nieqsa

Xaħmijiet, xama’ tal-Ġappun, raża u sapun

Nieqsa

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 2 mg/kg

Merkurju

Mhux iktar minn 1 mg/kg”

15.

It-test li ġej li jikkonċerna x-xama’ mikrokristallina E 905 qed jinbidel b’dan li ġej:

“XAMA’ MIKROKRISTALLINA E 905

Sinonimi

Xama’ taż-żejt mhux raffinat, xama’ tal-idrokarburi, xama’ Fischer-Tropsch, xama’ sintetika, paraffin sintetiku

Definizzjoni

Taħlit mhux raffinat ta’ irdokarburi solidi u saturati, miksuba miż-żejt mhux raffinat u mill-materja prima sintetika

Deskrizzjoni

Xama’ mingħajr riħa, minn bajda għal ambra

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Ma tinħallx fl-ilma, tinħall ftit li xejn fl-etanol

B.

Indiċi rifrattiv

nD 100 1,434-1,448

Alternattiva: nD 120 1,426-1,440

Purità

Piż molekulari

Medja mhux anqas minn 500

Viskożità

Mhux anqas minn 1,1 × 10–5 m2 s–1 f’100 °C

Alternattiva: Mhux anqas minn 0,8 × 10–5 m2 s–1 f’120 °C, jekk solidu f’100 °C

Residwi wara li jaqbad in-nar

Mhux aktar minn 0,1 wt %

Numru tal-karbonju f’punt ta’ distillazzjoni ta’ 5 %

Mhux aktar minn 5 % ta’ molekuli bin-numru tal-karbonju anqas minn 25

Kulur

Jgħaddi mit-test

Kubrit

Mhux aktar minn 0,4 wt %

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 3 mg/kg

Kompożizzjonijiet aromatiċi poliċikliċi

L-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi, miksuba permezz ta’ estrazzjoni ta’ dimethyl sulfoxide, għandhom jissodisfaw il-limiti ta’ assorbiment ultravjola

Nm

Assorbiment massimu għal kull ċm tal-passaġġ

280-289

0,15

290-299

0,12

300-359

0,08

360-400

0,02

Alternattiva, jekk solidu f'100 °C

Metodu PAC skont 21 CFR& 175.250;

Assorbiment f’290 nm f’decahydronaphthalene fi 88°C : Li ma jaqbiżx 0,01”

16.

It-test li jikkonċerna lil E 230 u E 233 huwa mħassar.


Top