Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0086(01)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 86/2008 ta' l- 4 ta' Lulju 2008 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    ĠU L 280, 23.10.2008, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/86(2)/oj

    23.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 280/22


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 86/2008

    ta' l-4 ta' Lulju 2008

    li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2008 tas-6 ta' Ġunju 2008 (1).

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/163/KE ta' l-20 ta’ Diċembru 2007 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabbiltà relatata “mas-sigurtà fil-mini tal-ferroviji” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali u dik ta' veloċità għolja trans-Ewropea (2) għandha tiġi inkorporata mal-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 37da (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE) ta' l-Anness XIII mal-Ftehim:

    “37db.

    32008 D 0163: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/163/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabbiltà relatata ‘mas-sigurtà fil-mini tal-ferroviji’ tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali u dik ta' veloċità għolja trans-Ewropea (ĠU L 64, 7.3.2008, p. 1).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni 2008/163/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta' Lulju 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Lulju 2008.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    H. S. H. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


    (1)  ĠU L 257, 25.9.2008, p. 36.

    (2)  ĠU L 64, 7.3.2008, p. 1.

    (*)  M'huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


    Top