This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0998
Commission Regulation (EC) No 998/2008 of 14 October 2008 fixing the depreciation coefficients to be applied when agricultural products are bought in, for the 2009 accounting year
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 998/2008 ta’ l- 14 ta’ Ottubru 2008 li jiffissa, għas-sena tal-kontijiet 2009, il-koeffiċjenti tad-deprezzament li għandhom japplikaw għax-xiri tal-prodotti agrikoli ta’ intervent
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 998/2008 ta’ l- 14 ta’ Ottubru 2008 li jiffissa, għas-sena tal-kontijiet 2009, il-koeffiċjenti tad-deprezzament li għandhom japplikaw għax-xiri tal-prodotti agrikoli ta’ intervent
ĠU L 273, 15.10.2008, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010
15.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 273/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 998/2008
ta’ l-14 ta’ Ottubru 2008
li jiffissa, għas-sena tal-kontijiet 2009, il-koeffiċjenti tad-deprezzament li għandhom japplikaw għax-xiri tal-prodotti agrikoli ta’ intervent
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1) [titlu mhux uffiċjali], u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 884/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 f’dak li jirrigwarda l-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew tal-Garanzija (FAEG) ta’ miżuri ta’ intervent fil-forma ta’ ħżin pubbliku u l-kontabbiltà tal-operazzjonijiet ta’ ħżin pubbliku min-naħa tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri (2) [titlu mhux uffiċjali], jipprovdi għall-finanzjament tad-deprezzament tal-prodotti li jinsabu maħżuna b’intervent pubbliku fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ ħżin pubbliku. |
(2) |
L-Anness VIII, il-punti 1, 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 884/2006 jiddetermina l-metodi ta’ kalkolu tad-deprezzament. Il-perċentwal tad-deprezzament fil-waqt tax-xiri tal-prodotti agrikoli jikkorrispondi għall-massimu tad-differenza bejn il-prezz tax-xiri u bejn il-prezz prevedibbli tal-bejgħ għal kull prodott partikulari. Dan il-perċentwal għandu jkun definit għal kull prodott qabel il-bidu tas-sena tal-kontijiet Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tillimita d-deprezzament fil-waqt tax-xiri għal frazzjoni ta’ dan il-perċentwal ta’ deprezzament, li ma tistax tkun anqas minn 70 % tad-deprezzament totali. |
(3) |
Għaldaqstant jidher f’loku li, għal ċerti prodotti, jiġu definiti l-koeffiċjenti li, matul is-sena tal-kontijiet 2009, għandhom ikunu applikati mill-aġenziji ta’ intervent għall-valuri tax-xiri ta’ kull xahar ta’ dawn il-prodotti, sabiex l-aġenziji msemmija jkunu jistgħu jistabbilixxu l-ammonti tad-deprezzament. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-prodotti li jidhru fl-Anness u li, wara xiri b’intervent pubbliku, jinħażnu jew jittieħdu f’idejn l-aġenziji ta’ intervent bejn l-1 ta’ Ottubru 2008 u t-30 ta’ Settembru 2009, l-aġenziji ta’ intervent għandhom japplikaw għall-valuri tal-prodotti mixtrija kull xahar il-koeffiċjenti ta’ deprezzament li jidhru fl-Anness imsemmi.
Artikolu 2
L-ammonti tal-infiq, ikkalkolati bil-qies tad-deprezzament imsemmi fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni fil-kuntest tad-dikjarazzjonijiet stabbiliti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (3).
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(2) ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35.
(3) ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.
ANNESS
Koeffiċjenti ta’ deprezzament li għandhom japplikaw għall-valuri tax-xiri ta’ kull xahar
Prodotti |
Koeffiċjenti |
Qamħ komuni tajjeb għall-ħobż |
— |
Xgħir |
— |
Qamħirrum |
— |
Alkoħol |
0,45 |