Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0994

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 994/2008 tat- 8 ta’ Ottubru 2008 għal sistema standardizzata u sigura ta’ reġistri skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 271, 11.10.2008, p. 3–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011; Imħassar b' 32010R0920

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/994/oj

    11.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 271/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 994/2008

    tat-8 ta’ Ottubru 2008

    għal sistema standardizzata u sigura ta’ reġistri skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Komunità u biex ikun implimentat il-Protokoll ta’ Kjoto (2), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza, l-Artikolu 6(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Sistema ta’ reġistri integrata tal-Komunità, li tikkonsisti fir-reġistri tal-Komunità u tal-Istati Membri stabbiliti skond l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 280/2004/KE li tinkorpora r-reġistri stabbiliti skond l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/87/KE u r-reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-Komunità (minn hawn iżjed 'il quddiem imsejjaħ “CITL”) stabbilit skond l-Artikolu 20 ta’ dik id-Direttiva, hija meħtieġa biex tiżgura li l-ħruġ, it-trasferiment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti ma jkunx fihom irregolaritajiet u li t-tranżazzjonijiet ikunu kompatibbli mal-obbligi li jirriżultaw mill-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla tal-Klima (hawn taħt imsejħa “UNFCCC”) u l-Protokoll ta’ Kjoto.

    (2)

    Skond id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (3) u d-Deċiżjoni 13/CMP.1 tal-Partijiet għall-Protokoll ta’ Kjoto (minn hawn iżjed 'il quddiem “Deċiżjoni 13/CMP.1”), rapporti speċifiċi għandhom ikunu ppubblikati fuq bażi regolari biex ikun żgurat li l-pubbliku jkollu aċċess għat-tagħrif miżmum fis-sistema integrata ta’ reġistri, soġġett għal ċerti rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità.

    (3)

    Leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, b’mod partikolari d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data  (4), id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (5) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ tali data  (6), għandha tkun irrispettata meta din tkun applikabbli għat-tagħrif miżmum u pproċessat skond dan ir-Regolament.

    (4)

    Kull reġistru għandu jkun fih mill-inqas kont wieħed ta’ depożitu ta’ Parti, kont wieħed ta’ irtirar, u kontijiet ta’ kanċellazzjoni u sostituzzjoni rekwiżiti skond id-Deċiżjoni 13/CMP.1, u kull reġistru stabbilit skond l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/87/KE għandu jkun fih kontijiet nazzjonali u kontijiet ta’ depożitu għall-operaturi u għal persuni oħra obbligati jimplimentaw ir-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva. Kull tali kont għandu jinħoloq skond il-proċeduri standardizzati biex tkun żgurata l-integrità tas-sistema tar-reġistri u l-aċċess pubbliku għat-tagħrif miżmum f’din is-sistema.

    (5)

    L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 280/2004/KE jirrikjedi lill-Komunità u lill-Istati Membri tagħha biex japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi rigward l-istandards tal-iskambju tad-data għas-sistemi ta’ reġistri skond il-Protokoll ta’ Kjoto, adottati mid-Deċiżjoni 12/CMP.1 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta’ Kjoto (minn hawn iżjed 'il quddiem imsejħa “Deċiżjoni 12/CMP.1”), għat-twaqqif u l-operat tar-reġistri u s-CITL. L-applikazzjoni u l-elaborazzjoni ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tas-sistema Komunitarja integrata ta’ reġistri tippermetti l-inkorporazzjoni tar-reġistri stabbiliti skond l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/87/KE fir-reġistri stabbiliti skond l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 280/2004/KE.

    (6)

    Is-CITL għandha twettaq kontrolli awtomatizzati fuq il-proċessi kollha fis-sistema tar-reġistri Komunitarja li jikkonċernaw il-kwoti, l-emissjonijiet ivverifikati, il-kontijiet u l-unitajiet ta’ Kjoto, u r-reġistru internazzjonali tat-tranżazzjonijiet tal-UNFCCC (minn hawn iżjed 'il quddiem imsejjaħ “ITL”) għandu jwettaq kontrolli awtomatizzati fuq il-proċessi li jikkonċernaw l-unitajiet ta’ Kjoto biex ikun żgurat li ma jkunx hemm irregolaritajiet. Il-proċessi li jfallu f’dawn il-kontrolli għandhom jitwaqqfu biex ikun żgurat li t-tranżazzjonijiet fis-sistema tar-reġistri Komunitarja jkunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE u r-rekwiżiti elaborati skond l-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kjoto.

    (7)

    It-tranżazzjonijiet kollha fis-sistema tar-reġistri Komunitarja għandhom jitwettqu skond il-proċeduri standardizzati u, fejn ikun meħtieġ, bi skadenzi armonizzati, biex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE u mar-rekwiżiti elaborati skond l-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kjoto, u biex tkun protetta l-integrità ta’ dik is-sistema.

    (8)

    Rekwiżiti adegwati u armonizzati dwar l-awtentikazzjoni u d-drittijiet tal-aċċess għandhom ikunu applikati biex tkun protetta s-sigurtà tat-tagħrif miżmum fis-sistema tar-reġistri integrata tal-Komunità.

    (9)

    L-Amministratur Ċentrali u kull amministratur ta’ reġistru għandhom jiżguraw li interruzzjonijiet fl-operat tas-sistema tar-reġistri integrata tal-Komunità jkunu mill-inqas, billi jittieħdu l-passi raġonevoli kollha biex tkun żgurata d-disponibbiltà tar-reġistri u s-CITL u billi jkunu previsti sistemi u proċeduri sodi għas-salvagwardja tat-tagħrif kollu.

    (10)

    Ir-rekords li jikkonċernaw il-proċessi, l-operaturi u l-persuni kollha fis-sistema tar-reġistri Komunitarja għandhom jinħażnu skond l-istandards tar-reġistrazzjoni tad-data stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards tal-iskambju tad-data għal sistemi tar-reġistrazzjoni skond il-Protokoll ta’ Kjoto elaborati skond id-Deċiżjoni 12/CMP.1.

    (11)

    Il-Komunità għandha twettaq l-isforzi kollha meħtieġa biex tiżgura li r-reġistru ta’ kull Stat Membru, is-CITL u r-reġistru tat-tranżazzjonijiet internazzjonali tal-UNFCCC ikunu kkonnettjati ma’ xulxin mhux aktar tard mill-1 ta’ Diċembru 2008.

    (12)

    Kull reġistru għandu joħroġ unitajiet tal-ammont assenjat (minn hawn 'il quddiem, AAUs) skond id-Deċiżjoni 13/CMP.1 u joħroġ kwoti kif meħtieġ mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE. Ir-reġistri għandhom jiżguraw li jżommu riżerva ta’ AAUs li hija daqs l-ammont ta’ kwoti maħruġa minnhom biex jiżguraw li kwalunkwe tranżazzjoni bil-kwoti tkun tista’ tiġi segwita bi trasferimenti korrispondenti ta’ AAUs permezz ta’ mekkaniżmu ta’ approvazzjoni annwali. Tranżazzjonijiet bi kwoti bejn żewġ reġistri għandhom jitwettqu permezz ta’ konnessjoni tal-komunikazzjoni li tinvolvi s-CITL, waqt li tranżazzjonijiet bl-unitajiet ta’ Kjoto għandhom jitwettqu permezz ta’ konnessjoni ta’ komunikazzjoni li tinvolvi kemm is-CITL kif ukoll l-ITL. Għandhom ikunu adottati dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-Istati Membri li ma jistgħux joħorġu l-AAUs skond il-Protokoll ta’ Kjoto, għax ma għandhomx impenn vinkolanti ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet, ikunu jistgħu jkomplu l-parteċipazzjoni ugwali tagħhom fis-sistema Komunitarja ta’ skambju tal-emissjonijiet. Tali parteċipazzjoni mhux se tkun possibbli fil-perjodu 2008-2012 għax, b’differenza minn Stati Membri oħra, dawn l-Istati Membri mhux se jkunu jistgħu joħorġu kwoti li huma marbutin ma’ AAUs rikonoxxuti skond il-Protokoll ta’ Kjoto. Tali parteċipazzjoni ugwali għandha tkun permessa permezz ta’ mekkaniżmu speċifiku fir-reġistru Komunitarju.

    (13)

    Dan ir-Regolament jirrifletti l-fatt li l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi attwalment validi għall-istandards tal-iskambju tad-data għal sistemi tar-reġistrazzjoni skond il-Protokoll ta’ Kjoto żviluppati mis-Segretarjat tal-UNFCCC għadhom ma jipprovdux modalitajiet għar-reġistri biex jikkonnetjaw mar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet Internazzjonali permezz tar-reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-Komunità. L-eżistenza ta’ tali modalitajiet tippermetti lill-Komunità li tistabbilixxi l-infrastruttura tar-reġistri rekwiżita b’mod aktar sempliċi; b’mod partikolari, ma jkunx hemm ħtieġa għal żewġ konnessjonijiet bejn ir-reġistri u r-reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-Komunità. Għaldaqstant, jekk, skond it-talba tal-Komunità f’dak is-sens li saret fl-2007, il-modalitajiet imsemmija fuq ikunu inklużi u regolati b’mod adegwat mis-Segretarjat tal-UNFCCC fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards tal-iskambju tad-data fi żmien sitt xhur mid-data tal-konnessjoni mal-ITL, il-Kummissjoni mill-ewwel tipproponi emenda għar-Regolament bil-għan li tissimplifika l-infrastruttura tas-sistema tar-reġistri qabel isiru xi spejjeż mill-Istati Membri u l-Komunità fl-iżvilupp tas-softwer meħtieġ għar-Regolament.

    (14)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004 tal-21 ta’ Diċembru 2004 dwar sistema standardizzata u sigura ta’ reġistri skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) stabbilixxew dispożizzjonijiet ġenerali, speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi u rekwiżiti operattivi u tal-manutenzjoni rigward is-sistema tar-reġistri standardizzata u sigura li tikkonsisti f’reġistri f’forma ta’ databases standardizzati li jkun fihom elementi tad-data komuni. Fl-interess taċ-ċarezza ġuridika, ir-Regolament Nru 2216/2004 għandu jinbidel fl-intier tiegħu.

    (15)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Bidla fil-Klima.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    IL-MATERJA TAS-SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

    Artikolu 1

    Il-materja tas-suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti ġenerali kif ukoll operattivi u tal-manutenzjoni rigward is-sistema tar-reġistri standardizzata u sigura li tikkonsisti f’reġistri, u r-reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-Komunità previst fl-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, hawn taħt imsejjaħ “CITL” Jipprevedi wkoll sistema ta’ komunikazzjoni bejn is-CITL u r-reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet stabbilit, imħaddem u miżmum mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCCC), hawn taħt imsejjaħ “ITL”.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/87/KE. Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

    (a)

    “il-perjodu 2005-2007” tfisser il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2007 kif imsemmi fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE;

    (b)

    “il-perjodu 2008-2012” u “l-perjodi sussegwenti” ifissru l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2012 u l-perjodi konsekuttivi kif imsemmija fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, rispettivament;

    (c)

    “detentur ta’ kont” tfisser persuna li jkollha kont fis-sistema tar-reġistri;

    (d)

    “unità tal-ammont assenjat” (AAU) tfisser unità maħruġa skond l-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE jew minn Parti għall-Protokoll ta’ Kjoto;

    (e)

    “ammont assenjat” tfisser l-ammont tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra f’tunnellati metriċi ta’ dijossidu tal-karbonju ekwivalenti kkalkulat skond il-livelli tal-emissjonijiet iddeterminati skond l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 280/2004/KE;

    (f)

    “reġistru tas-CDM” tfisser ir-reġistru tal-mekkaniżmu ta’ żvilupp nadif stabbilit, operat u miżmum mill-bord eżekuttiv tal-mekkaniżmu ta’ żvilupp nadif skond l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-Deċiżjoni 3/CMP.1 tal-Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta’ Kjoto;

    (g)

    “Amministratur Ċentrali” tfisser il-persuna maħtura mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE;

    (h)

    “Kwoti tal-Kapitolu VI” tfisser kwoti maħruġa mir-reġistri tal-Kapitolu VI;

    (i)

    “Reġistru tal-Kapitolu VI” tfisser reġistru operat minn Stat Membru li ma jistax joħroġ AAUs minħabba raġunijiet għajr dik li huwa meqjus bħala li mhuwiex eliġibbli biex jittrasferixxi ERUs, AAUs u CERs skond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 11/CMP.1 tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta’ Kjoto;

    (j)

    “awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità jew l-awtoritajiet maħtura minn Stat Membru skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/87/KE;

    (k)

    “unità ta’ Kjoto” tfisser AAU, RMU, ERU jew CER;

    (l)

    “CER fuq medda twila ta’ żmien” (lCER) huwa CER maħruġ għal ħidma ta’ proġett ta’ afforestazzjoni jew tkabbir mill-ġdid tal-imsaġar skond is-CDM li, soġġett għad-Deċiżjoni 5/CMP.1 tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta’ Kjoto, jintemm fl-aħħar tal-perjodu tal-krediti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ħidma ta’ proġett ta’ afforestazzjoni jew tkabbir mill-ġdid tal-imsaġar skond is-CDM li għalih inħareġ;

    (m)

    “reġistru” jfisser reġistru stabbilit, operat u miżmum skond l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 280/2004/KE u l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/87/KE;

    (n)

    “unità ta’ tneħħija” (RMU) tfisser unità maħruġa skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll ta’ Kjoto;

    (o)

    “kwoti standard” tfisser kwoti maħruġa minn reġistri li mhumiex reġistri tal-Kapitolu VI;

    (p)

    “CER temporanju” (tCER) huwa CER maħruġ għal ħidma ta’ proġett ta’ afforestazzjoni jew tkabbir mill-ġdid tal-imsaġar skond is-CDM li, soġġett għad-Deċiżjoni 5/CMP.1, jintemm fl-aħħar tal-perjodu tal-impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto li jsegwi dik li fiha jkun inħareġ;

    (q)

    “reġistru ta’ pajjiż terz” tfisser reġistru stabbilit, operat u miżmum minn entità ta’ gvern lil hinn miż-Żona Ekonomika Ewropea;

    (r)

    “tranżazzjoni” tfisser proċess li jikkonċerna l-ħruġ, il-konverżjoni, it-trasferiment, il-kanċellazzjoni, il-bdil, l-irtirar, it-tressiq jew il-bidla fid-data tal-iskadenza ta’ unità ta’ Kjoto, jew proċess deskritt fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 31(1) rigward kwota;

    (s)

    “verifikatur” tfisser verifikatur kif iddefinit fl-Anness I, 5, (m) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE (8).

    KAPITOLU II

    REĠISTRI U REĠISTRI TAT-TRANŻAZZJONIJIET

    Artikolu 3

    Reġistri

    1.   Għandu jkun stabbilit reġistru minn kull Stat Membru u l-Kummissjoni fil-forma ta’ database elettronika standardizzata.

    2.   Stati Membri li ma jistgħux joħorġu AAUs minħabba xi raġuni għajr dik li jitqiesu bħala li mhumiex eliġibbli biex jittrasferixxu ERUs, AAUs u CERs skond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 11/CMP.1 għandhom jistabbilixxu reġistri li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet speċjali stipulati fil-Kapitolu VI.

    3.   Kull reġistru għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tat-tagħmir, in-netwerk u s-softwer stipulati fil-Format tal-Iskambju tad-Data msemmi fl-Artikolu 9.

    Artikolu 4

    Reġistri kkonsolidati

    Stat Membru jew il-Kummissjoni jista’ jistabbilixxi, jopera jew iżomm ir-reġistru tiegħu b’mod ikkonsolidat flimkien ma’ Stat Membru ieħor jew aktar Stati Membri jew mal-Komunità, sakemm ir-reġistru tiegħu jibqa’ distint.

    Artikolu 5

    CITL

    1.   Is-CITL għandu jkun stabbilit mill-Kummissjoni fil-forma ta’ database elettronika standardizzata.

    2.   Is-CITL għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tat-tagħmir, in-netwerk u s-softwer stipulati fil-Format tal-Iskambju tad-Data msemmi fl-Artikolu 9.

    3.   L-Amministratur Ċentrali għandu jopera u jżomm is-CITL f’konformità mad-dispożizzjoniet ta’ dan ir-Regolament.

    4.   Is-CITL għandu jkun kapaċi jwettaq b’mod korrett il-proċessi kollha msemmija fl-Artikolu 31 (1).

    Artikolu 6

    Konnessjoni tal-komunikazzjoni diretta bejn ir-reġistri u s-CITL

    1.   Għandha tkun stabbilita konnessjoni tal-komunikazzjoni diretta bejn kull reġistru u s-CITL.

    2.   L-Amministratur Ċentrali għandu jattiva l-konnessjoni tal-komunikazzjoni wara li jitlestew b’suċċess il-proċeduri ta’ ttestjar stipulati fil-Format tal-Iskambju tad-Data msemmi fl-Artikolu 9 u l-Amministratur Ċentrali għandu jinnotifika lill-amministratur tar-reġistru rilevanti dwar dik l-attivazzjoni.

    3.   Il-proċessi kollha barra dawk li jikkonċernaw l-unitajiet ta’ Kjoto għandhom jitlestew bl-iskambju tad-data permezz ta’ din il-konessjoni tal-komunikazzjoni diretta.

    Artikolu 7

    Konnessjoni tal-komunikazzjoni indiretta bejn ir-reġistri u s-CITL permezz tal-ITL

    1.   Konnessjoni ta’ komunikazzjoni indiretta bejn ir-reġistri u s-CITL permezz tal-ITL għandha titqies bħala stabbilita meta r-reġistri ta’ tranżazzjoni jkunu kkonnettjati fuq il-bażi ta’ deċiżjoni meħuda mill-Amministratur Ċentrali wara li jikkonsulta mal-Kumitat tal-Bidla fil-Klima. L-Amministratur Ċentrali għandu jistabbilixxi u jżomm tali konnessjoni meta:

    (a)

    ir-reġistri kollha jkunu lestew il-proċedura ta’ inizjalizzazzjoni tal-UNFCCC; u

    (b)

    is-CITL u l-ITL ikunu jistgħu jipprovdu l-funzjonalità meħtieġa u jikkonnettjaw ma’ xulxin.

    2.   Jekk il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ma jkunux issodisfati, il-Kummissjoni tista’, soġġett għall-appoġġ tal-maġġoranza tal-Kumitat tal-Bidla fil-Klima, tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali biex jistabbilixxi u jżomm tali konnessjoni.

    3.   Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom, fejn ikun possibbli, jiġu adottati mill-inqas tliet xhur qabel l-implimentazzjoni tagħhom.

    4.   Il-proċessi kollha li jikkonċernaw l-unitajiet ta’ Kjoto għandhom jitlestew permezz ta’ skambju tad-data permezz tal-ITL.

    Artikolu 8

    Amministraturi tar-reġistri

    1.   Kull Stat Membru, u l-Kummissjoni, għandhom jaħtru amministratur tar-reġistru biex jopera u jżomm ir-reġistri tagħhom skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. L-amministratur tar-reġistru tal-Komunità għandu jkun l-Amministratur Ċentrali.

    2.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li ma jkunx hemm kunflitt ta’ interess bejn l-amministratur tar-reġistru u d-detenturi tal-kontijiet jew bejn l-amministratur tar-reġistru u l-Amministratur Ċentrali.

    3.   Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-identità u d-dettalji tal-kuntatt tal-amministratur tar-reġistru tiegħu.

    4.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iżommu r-responsabbiltà u l-awtorità aħħarija rigward l-operat u ż-żamma tar-reġistri tagħhom.

    5.   Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament mal-amministraturi tar-reġistri ta’ kull Stat Membru u l-Amministratur Ċentrali. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tlaqqa’ regolarment il-grupp ta’ ħidma tal-amministraturi tar-reġistri biex tikkonsultahom dwar il-kwistjonijiet u l-proċeduri relatati mal-operat tar-reġistri u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-grupp ta’ ħidma tal-amministraturi tar-reġistri għandu jasal għal qbil dwar il-proċeduri tal-operat komuni għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-regoli tal-proċedura tal-grupp ta’ ħidma tal-amministraturi tar-reġistri għandhom jiġu adottati mill-Kumitat tal-Bidla fil-Klima.

    Artikolu 9

    Format tal-Iskambju tad-Data

    L-Amministratur Ċentrali għandu jara li l-Format għall-Iskambju tad-Data jkun disponibbli għall-amministraturi tar-reġistri minħabba li huwa meħtieġ għall-iskambju tad-data bejn ir-reġistri u r-reġistri tat-tranżazzjonijiet, inklużi l-kodiċi tal-identifikazzjoni, il-kontrolli awtomatizzati u l-kodiċi ta’ rispons, kif ukoll il-proċeduri tal-ittestjar u r-rekwiżiti tas-sigurtà meħtieġa għat-tnedija tal-iskambju tad-data. Il-Format għall-Iskambju tad-Data u r-reviżjonijiet tiegħu għandhom jiġu adottati bl-appoġġ tal-maġġoranza tal-Kumitat tal-Bidla fil-Klima wara konsultazzjoni mal-grupp ta’ ħidma tal-amministraturi tar-reġistri. Il-Format tal-Iskambju tad-Data għandu jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards tal-iskambju tad-data għal sistemi ta’ reġistri skond il-Protokoll ta’ Kjoto elaborati skond id-Deċiżjoni 12/CMP.1.

    KAPITOLU III

    IL-KONTENUT TAR-REĠISTRI

    SEZZJONI 1

    Il-Kontijiet

    Artikolu 10

    Kontijiet ta’ Partijiet u kontijiet nazzjonali

    1.   Kull reġistru għandu jkun fih il-kontijiet ta’ Parti li ġejjin:

    (a)

    mill-inqas kont wieħed ta’ depożitu ta’ Parti;

    (b)

    kont wieħed ta’ kanċellazzjoni għall-perjodu 2008-2012 u wieħed għal kull perjodu sussegwenti;

    (c)

    kont wieħed ta’ irtirar għall-perjodu 2008-2012 u wieħed għal kull perjodu sussegwenti;

    (d)

    kont wieħed ta’ depożitu ETS AAU għall-perjodu 2008-2012 u wieħed għal kull perjodu sussegwenti.

    2.   Kull reġistru għandu jkun fih il-kontijiet nazzjonali li ġejjin:

    (a)

    mill-inqas kont nazzjonali wieħed ta’ depożitu ta’ kwota;

    (b)

    mill-inqas kont nazzjonali wieħed ta’ tneħħija ta’ kwota għall-perjodu 2008-2012 u wieħed għal kull perjodu sussegwenti.

    3.   Il-kontijiet ta’ Parti għandu jkun fihom unitajiet ta’ Kjoto biss, waqt li l-kontijiet nazzjonali għandu jkun fihom kwoti biss. L-unitajiet ta’ Kjoto miżmuma fil-kontijiet ta’ kanċellazzjoni u irtirar ma jistgħux jiġu ttrasferiti f’xi kont ieħor fir-reġistru jew f’reġistri oħra. Bl-eċċezzjoni tal-proċess ta’ inverżjoni, il-kwoti miżmuma fil-kontijiet ta’ tneħħija tal-kwoti nazzjonali ma jistgħux ikunu ttrasferiti ġo xi kont ieħor fir-reġistru jew f’reġistri oħra.

    4.   Il-kont ta’ depożitu ETS AAU se jkun indikat bħala kont ta’ depożitu ta’ Parti għall-għanijiet tal-ITL, imma se jkun jista’ jżomm fih AAUs biss. L-AAUs miżmuma fil-kont ta’ depożitu ETS AAU ma jistgħux ikunu ttrasferiti ġo xi kont ta’ depożitu ta’ operatur jew kont ta’ depożitu personali fir-reġistru jew f’reġistri oħra. Bl-eċċezzjoni tal-inverżjoni ta’ tranżazzjoni, l-approvazzjoni tal-proċessi ta’ trasferimenti tal-kwoti bl-AAUs u tal-AAUs li jżiedu mal-kwoti bbankjati, l-AAUs miżmuma fil-kont ta’ depożitu ETS AAU ma jistgħux ikunu ttrasferiti ġo xi kont ta’ depożitu ta’ Parti fir-reġistru jew f’reġistri oħra qabel it-tlestija tal-aħħar approvazzjoni tal-perjodu ta’ skambju assenjat.

    5.   Kontijiet nazzjonali għandhom jinħolqu skond l-Artikolu 12.

    6.   Kontijiet nazzjonali għandhom ikunu konformi mal-Format tal-Iskambju tad-Data msemmi fl-Artikolu 9.

    Artikolu 11

    Kontijiet speċjali fir-Reġistru Komunitarju

    1.   Ir-reġistru Komunitarju għandu jkun fih il-kontijiet li ġejjin flimkien mal-kontijiet li jridu jinħolqu skond l-Artikolu 10:

    (a)

    kont ETS wieħed ta’ approvazzjoni ċentrali għall-perjodu 2008-2012 u wieħed għal kull perjodu sussegwenti;

    (b)

    kont wieħed ta’ depożitu AAU ETS tar-reġistri tal-Kapitolu VI, għar-reġistri kollha tal-Kapitolu VI, għall-perjodu 2008-2012 u wieħed għal kull perjodu sussegwenti.

    2.   Il-kontijiet speċjali msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 irid ikollhom AAUs biss.

    3.   L-amministraturi tar-reġistri għandhom ikunu jistgħu jaraw il-bilanċ attwali u t-tranżazzjonijiet tal-kont ETS ta’ approvazzjoni ċentrali.

    Artikolu 12

    Ħolqien ta’ kontijiet ta’ Parti u kontijiet nazzjonali

    1.   Il-korp rilevanti ta’ Stat Membru u l-Kummissjoni għandom jissottomettu applikazzjoni lill-amministratur tar-reġistru rispettiv tagħhom għall-ħolqien ta’ kontijiet ta’ Parti u kontijiet nazzjonali fir-reġistri tagħhom.

    2.   L-applikant għandu jagħti t-tagħrif stipulat fl-Anness I lill-amministratur tar-reġistru.

    L-amministratur tar-reġistru jista’ jitlob aktar tagħrif mingħand l-applikant, sakemm tali talbiet ikunu raġonevoli.

    3.   Fi żmien 10 ijiem xogħol mill-wasla ta’ applikazzjoni skond il-paragrafu 1 jew l-attivazzjoni tal-konnessjoni tal-komunikazzjoni bejn ir-reġistru u s-CITL, skond liema waħda hija l-aħħar, l-amministratur tar-reġistru għandu joħloq il-kont fir-reġistru billi juża l-proċess ta’ ħolqien ta’ kont.

    4.   L-applikant għandu jinnotifika lill-amministratur tar-reġistru tiegħu fi żmien 10 ijiem xogħol rigward kwalunkwe bidla fit-tagħrif fornut lill-amministratur tar-reġistru tiegħu skond il-paragrafu 1. Fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mill-wasla ta’ tali notifika l-amministratur tar-reġistru għandu jaġġorna dak it-tagħrif billi juża l-proċess ta’ aġġornar ta’ kont.

    5.   L-amministratur tar-reġistru jista’ jirrikjedi lill-applikanti li jaqblu li jkunu konformi ma’ termini u kundizzjonijiet raġonevoli li jindirizzaw il-kwistjonijiet stipulati fl-Anness II.

    Artikolu 13

    Għeluq ta’ kontijiet ta’ Parti u kontijiet nazzjonali

    Fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mill-wasla ta’ applikazzjoni mill-korp rilevanti ta’ Stat Membru biex jingħalaq kont ta’ depożitu ta’ Parti jew kont nazzjonali fir-reġistru tiegħu, l-amministratur tar-reġistru għandu jagħlaq il-kont billi juża l-proċess ta’ għeluq ta’ kont. Fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mill-wasla ta’ applikazzjoni mill-korp rilevanti tal-Kummissjoni biex jingħalaq kont ta’ depożitu ta’ Parti jew kont ta’ depożitu nazzjonali fir-reġistru Komunitarju, l-Amministratur Ċentrali għandu jagħlaq il-kont billi juża l-proċess ta’ għeluq ta’ kont.

    Artikolu 14

    Kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur u kontijiet ta’ depożiti ta’ persuna

    1.   Ir-reġistru ta’ kull Stat Membru għandu jkun fih kont wieħed ta’ depożitu ta’ operatur maħluq skond l-Artikolu 15 għal kull installazzjoni u mill-inqas kont wieħed ta’ depożitu ta’ persuna għal kull persuna li titlob kont ta’ depożitu ta’ persuna maħluq skond l-Artikolu 17.

    2.   Kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur u ta’ persuna għandhom ikunu jistgħu jżommu kwoti standard u, fejn ikun awtorizzat mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, unitajiet ta’ Kjoto. L-amministraturi tar-reġistri għandhom jinfurmaw lill-Amministratur Ċentrali dwar it-tip ta’ unitajiet ta’ Kjoto li jistgħu jinżammu fil-kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur jew ta’ persuna fir-reġistru tagħhom.

    Artikolu 15

    Ħolqien ta’ kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur

    1.   Fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ ta’ kull permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra maħruġ lill-operatur ta’ installazzjoni li qabel ma kinitx koperta minn tali permess jew l-attivazzjoni tal-konnessjoni tal-komunikazzjoni bejn ir-reġistru u s-CITL, skond liema waħda hija l-aħħar, l-awtorità kompetenti, jew l-operatur jekk tirrikjedi hekk l-awtorità kompetenti, għandu jagħti t-tagħrif stipulat fl-Anness III lill-amministratur tar-reġistru tal-Istat Membru.

    2.   Fi żmien 10 ijiem xogħol mill-wasla tat-tagħrif tal-paragrafu 1 jew l-attivazzjoni tal-konnessjoni tal-komunikazzjoni bejn ir-reġistru u s-CITL, skond liema waħda hija l-aħħar, l-amministratur tar-reġistru għandu joħloq kont ta’ depożitu ta’ operatur għal kull installazzjoni fir-reġistru tiegħu billi juża l-proċess ta’ ħolqien ta’ kont.

    3.   L-awtorità kompetenti, jew l-operatur jekk tirrikjedi hekk l-awtorità kompetenti, għandu jinnotifika lill-amministratur tar-reġistru fi żmien 10 ijiem xogħol rigward kwalunkwe bidla fit-tagħrif fornut lill-amministratur tar-reġistru skond il-paragrafu 1. Fi żmien 10 ijiem xogħol mill-wasla ta’ tali notifika l-amministratur tar-reġistru għandu jaġġorna d-dettalji tal-operatur billi juża l-proċess ta’ aġġornar ta’ kont.

    4.   L-amministratur tar-reġistru jista’ jirrikjedi lill-operaturi biex jaqblu li jkunu konformi ma’ termini u kundizzjonijiet raġonevoli li jindirizzaw il-kwistjonijiet stipulati fl-Anness II qabel joħloq jew jagħti aċċess għall-kont.

    Artikolu 16

    Għeluq ta’ kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur

    1.   L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-amministratur tar-reġistru fi żmien 10 ijiem xogħol mir-revoka jew ċediment ta’ permess tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ installazzjoni li, minħabba f’hekk, mhijiex koperta minn xi tali permess. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-amministratur tar-reġistru għandu jagħlaq il-kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur kollha li jirrelataw ma’ dik ir-revoka jew ċediment billi juża l-proċess ta’ għeluq ta’ kont bejn l-1 ta’ Mejju u t-30 ta’ Ġunju fis-sena ta’ wara li sseħħ ir-revoka jew iċ-ċediment jekk iċ-ċifra rilevanti tal-istatus ta’ konformità tal-installazzjoni għall-aktar sena riċenti tkun ikbar minn, jew daqs, żero. Jekk iċ-ċifra rilevanti tal-istatus ta’ konformità tal-installazzjoni tkun inqas minn żero, l-amministratur tar-reġistru għandu jagħlaq il-kont tagħha fil-jum tax-xogħol wara li l-awtorità kompetenti tagħti struzzjonijiet lill-amministratur tar-reġistru biex jagħlaq il-kont għax m’hemmx prospett raġonevoli li aktar kwoti jkunu ċeduti mill-operatur tal-installazzjoni.

    2.   Jekk ikun hemm bilanċ pożittiv ta’ kwoti jew unitajiet ta’ Kjoto fil-kont ta’ depożitu ta’ operatur li l-amministratur tar-reġistru se jagħlaq skond il-paragrafu 1, l-amministratur tar-reġistru għandu l-ewwel jitlob lill-operatur jispeċifika kont ieħor fis-sistema tar-reġistri fejn imbagħad ikunu ttrasferiti tali kwoti jew unitajiet ta’ Kjoto. Jekk l-operatur ma jkunx wieġeb it-talba tal-amministratur tar-reġistru fi żmien 60 jum kalendarji, l-amministratur tar-reġistru għandu jittrasferixxi l-kwoti fil-kont ta’ depożitu tal-kwota nazzjonali u l-unitajiet ta’ Kjoto fil-kont ta’ depożitu ta’ Parti.

    3.   Fejn l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-amministratur tar-reġistru bir-revoka jew ċediment ta’ permess fir-rigward tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li kien ta’ installazzjoni relatata ma’ kont li huwa rreġistrat fit-tabella tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet rilevanti sottomessa f’konformità mal-Artikolu 38, l-amministratur tar-reġistru għandu, qabel jagħlaq il-kont, jipproponi lill-Amministratur Ċentrali it-tibdil li ġej fit-tabella tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet:

    (a)

    tneħħija mit-tabella tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet ta’ kwalunkwe kwota allokata lill-installazzjoni fit-tabella tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet li għadhom ma ġewx ittrasferiti fil-kont ta’ depożitu tal-operatur tal-installazzjoni;

    (b)

    żieda ta’ għadd ekwivalenti ta’ kwoti mal-parti tat-tabella tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet li tirrappreżenta l-kwantità ta’ kwoti li mhumiex allokati għal installazzjonijiet eżistenti.

    4.   Il-proposta għandha tkun sottomessa lil, u ċċekkjata u implimentata awtomatikament mis-CITL li juża l-proċess ta’ aġġornament tat-tabella tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet minħabba għeluq.

    Artikolu 17

    Ħolqien ta’ kontijiet ta’ depożitu ta’ persuna

    1.   Applikazzjoni għall-ħolqien ta’ kont ta’ depożitu ta’ persuna għandha tkun sottomessa lill-amministratur tar-reġistru tal-Istat Membru kkonċernat. L-applikant għandu jipprovdi lill-amministratur tar-reġistru dak it-tagħrif li b’mod raġonevoli jkun meħtieġ mill-amministratur tar-reġistru. Dak it-tagħrif għandu jinkludi t-tagħrif stipulat fl-Anness I.

    2.   Fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mill-wasla ta’ applikazzjoni skond il-paragrafu 1 jew l-attivazzjoni tal-konnessjoni tal-komunikazzjoni bejn ir-reġistru u s-CITL, skond liema waħda hija l-aħħar, l-amministratur tar-reġistru għandu joħloq kont ta’ depożitu ta’ persuna fir-reġistru tiegħu billi juża l-proċess ta’ ħolqien ta’ kont.

    3.   L-amministratur tar-reġistru ma għandux jistabbilixxi aktar minn 99 kont ta’ depożitu ta’ persuna f’isem kwalunkwe persuna waħdanija fir-reġistru tiegħu.

    4.   L-applikant għandu jinnotifika lill-amministratur tar-reġistru fi żmien 10 ijiem xogħol rigward kwalunkwe bidla fit-tagħrif fornut lill-amministratur tar-reġistru skond il-paragrafu 1. Fi żmien 10 ijiem xogħol mill-wasla ta’ tali notifika l-amministratur tar-reġistru għandu jaġġorna d-dettalji tal-persuna billi juża l-proċess ta’ aġġornar ta’ kont.

    5.   L-amministratur tar-reġistru jista’ jeħtieġ lill-applikanti msemmija fil-paragrafu 1 li jaqblu li jkunu konformi ma’ termini u kundizzjonijiet raġonevoli li jindirizzaw il-kwistjonijiet stipulati fl-Anness II qabel joħloq jew jagħti aċċess għall-kont.

    Artikolu 18

    Għeluq ta’ kont ta’ depożitu ta’ persuna

    1.   Fi żmien 10 ijiem xogħol mill-wasla ta’ applikazzjoni minn detentur ta’ kont biex jingħalaq il-kont tiegħu ta’ depożitu ta’ persuna, l-amministratur tar-reġistru għandu jagħlaq il-kont billi juża l-proċedura ta’ għeluq ta’ kont.

    2.   Jekk ikun hemm bilanċ ta’ żero fil-kont ta’ depożitu ta’ persuna u ma kinux irreġistrati tranżazzjonijiet matul sena, l-amministratur tar-reġistru jista’ jinnotifika lid-detentur tal-kont li l-kont ta’ depożitu ta’ persuna se jingħalaq fi żmien 60 jum kalendarji sakemm l-amministratur tar-reġistru ma jirċivix f’dak il-perjodu talba mid-detentur tal-kont li l-kont ta’ depożitu ta’ persuna għandu jinżamm. Jekk l-amministratur tar-reġistru ma jirċivix tali talba mid-detentur tal-kont, huwa għandu jagħlaq il-kont billi juża l-proċess ta’ għeluq ta’ kont.

    Artikolu 19

    Rappreżentanti awtorizzati

    1.   Kull detentur ta’ kont għandu jaħtar mill-inqas rappreżentant awtorizzat wieħed għal kull kont ta’ Parti, kont nazzjonali u kont ta’ depożitu ta’ persuna u mill-inqas żewġ rappreżentanti awtorizzati għal kull kont ta’ depożitu ta’ operatur. Talbiet lill-amministratur tar-reġistru biex jitwettqu l-proċessi għandhom jiġu sottomessi minn rappreżentant awtorizzat f’isem id-detentur tal-kont.

    2.   Kull Stat Membru u l-Kummissjoni jistgħu jippermettu lid-detenturi tal-kontijiet fir-reġistri tagħhom li jinnominaw rappreżentanti awtorizzati addizzjonali li l-qbil tagħhom huwa meħtieġ flimkien mal-qbil ta’ rappreżentant awtorizzat biex issir sottomissjoni ta’ talba lill-amministratur tar-reġistri tagħhom ħalli jwettaq kwalunkwe wieħed mill-proċessi li jikkonċernaw it-tranżazzjonijiet bil-kwoti jew l-unitajiet ta’ Kjoto.

    3.   Kull verifikatur għandu jaħtar mill-inqas rappreżentant awtorizzat wieħed biex idaħħal jew japprova d-dħul tal-emissjonijiet annwali vverifikati għal installazzjoni fir-rekords ta’ reġistru.

    4.   Kull amministratur ta’ reġistru u l-Amministratur Ċentrali għandhom jaħtru mill-inqas rappreżentant awtorizzat wieħed biex iħaddem u jżomm ir-reġistru tagħhom u s-CITL f’isem dak l-amministratur.

    5.   Persuni naturali biss jistgħu jinħatru bħala rappreżentanti awtorizzati.

    Artikolu 20

    Notifika

    L-amministratur tar-reġistru għandu jinnotifika minnufih lil kull detentur ta’ kont dwar il-ħolqien, l-aġġornar jew l-għeluq tal-kontijiet tiegħu.

    SEZZJONI 2

    Irrappurtar u Kunfidenzjalità

    Artikolu 21

    Irrapurtar

    1.   Kull amministratur tar-reġistru għandu jagħmel it-tagħrif elenkat fl-Anness IV disponibbli fil-frekwenzi u lir-riċevituri stipulati fl-Anness IV b’mod trasparenti u organizzat permezz tal-websajt tar-reġistru tiegħu. L-amministraturi tar-reġistri ma għandhomx joħorġu tagħrif addizzjonali miżmum fir-reġistru.

    2.   L-Amministratur Ċentrali għandu jagħmel it-tagħrif elenkat fl-Anness IV disponibbli fil-frekwenzi u lir-riċevituri stipulati fl-Anness IV b’mod trasparenti u organizzat permezz tal-websajt tas-CITL. L-Amministratur Ċentrali ma għandux joħroġ tagħrif addizzjonali miżmum fis-CITL.

    3.   Kull websajt għandha tippermetti lir-riċevituri tar-rapporti elenkati fl-Anness IV li jikkonsultaw dawk ir-rapporti billi jużaw faċilitajiet ta’ tiftix.

    4.   Kull amministratur tar-reġistru huwa responsabbli għall-preċiżjoni tat-tagħrif li joriġina mir-reġistru tiegħu.

    La s-CITL u lanqas ir-reġistri ma għandhom jirrikjedu lid-detenturi tal-kontijiet li jissottomettu tagħrif dwar il-prezz fir-rigward tal-kwoti jew l-unitajiet ta’ Kjoto.

    Artikolu 22

    Kunfidenzjalità

    1.   It-tagħrif kollu miżmum fir-reġistri u s-CITL, b’mod partikolari l-kontijiet ta’ depożiti kollha u t-tranżazzjonijiet kollha, għandu jitqies bħala kunfidenzjali għal kwalunkwe għan barra mill-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, id-Direttiva 2003/87/KE jew id-dritt nazzjonali.

    2.   It-tagħrif miżmum fir-reġistri ma jistax jintuża mingħajr il-kunsens minn qabel tad-detentur tal-kont rilevanti ħlief għall-operat u ż-żamma ta’ dawk ir-reġistri skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

    3.   L-Amministratur Ċentrali, kull awtorità kompetenti u kull amministratur tar-reġistru għandhom iwettqu l-proċessi biss meta jkun meħtieġ biex iwettqu l-funzjonijiet rispettivi tagħhom bħala Amministratur Ċentrali, awtorità kompetenti jew amministratur ta’ reġistru.

    SEZZJONI 3

    Tabelli, Kodiċi u Identifikaturi

    Artikolu 23

    Tabelli tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet

    Is-CITL għandu jkun fih tabella tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet waħda għal kull Stat Membru għall-perjodu 2008-2012 u għal kull perjodu sussegwenti. Tabelli tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet għandhom jindikaw it-tagħrif li ġej:

    (a)

    l-għadd totali tal-kwoti maħruġa: f’ċellola waħda, l-għadd totali tal-kwoti li se jinħarġu għall-perjodu kopert mill-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet;

    (b)

    l-għadd totali tal-kwoti mhux allokati lill-parteċipanti (ir-riżerva): f’ċellola waħda, l-għadd totali tal-kwoti (maħruġa jew mixtrija) li twarrbu għal detenturi ġodda u bejgħ bl-irkant għall-perjodu kopert mill-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet;

    (c)

    snin: f’ċelloli individwali għal kull waħda mis-snin koperti mill-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet, wara xulxin, miż-żgħira għall-kbira;

    (d)

    kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ installazzjoni: f’ċelloli individwali miż-żgħira għall-kbira. L-installazzjonijiet elenkati għandhom jinkludu l-installazzjonijiet inklużi b’mod unilaterali skond l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE u ma għandhomx jinkludu l-installazzjonijiet esklużi b’mod temporanju skond l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE;

    (e)

    kwoti allokati: il-kwoti li se jkunu allokati għal sena speċifika għal installazzjoni speċifika għandhom jiddaħħlu fiċ-ċellola li tikkonnettja dik is-sena mal-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ dik l-installazzjoni.

    Artikolu 24

    Kodiċi

    Kull reġistru għandu jkun fih kodiċi ta’ tidħil u kodiċi ta’ rispons biex tkun żgurata l-interpretazzjoni korretta tat-tagħrif skambjat matul kull proċess. Il-kodiċi ta’ tidħil u l-kodiċi ta’ rispons għandhom jikkorrispondu ma’ dawk li hemm fil-Format tal-Iskambju tad-Data msemmi fl-Artikolu 9.

    Artikolu 25

    Kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ kont u identifikaturi alfanumeriċi

    Qabel joħloq kont, l-amministratur tar-reġistru għandu jassenja lil kull kont il-kodiċi waħdanija ta’ identifikazzjoni ta’ kont u l-identifikatur alfanumeriku speċifikat mid-detentur tal-kont bħala parti mit-tagħrif mogħti skond l-Annessi I u III rispettivament. Qabel joħloq kont, l-amministratur tar-reġistru għandu jassenja wkoll kodiċi waħdieni ta’ identifikazzjoni ta’ detentur ta’ kont lid-detentur tal-kont.

    KAPITOLU IV

    KONTROLLI U PROĊESSI

    SEZZJONI 1

    Imblukkar ta’ kontijiet

    Artikolu 26

    Imblukkar ta’ kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur

    1.   Jekk, fl-1 ta’ April ta’ kull sena mill-2006 'l quddiem, l-emissjonijiet annwali vverifikati ta’ installazzjoni għas-sena ta’ qabel ma jkunux ġew irrekordjati fir-reġistru, l-amministratur tar-reġistru għandu jimblokka t-trasferiment tal-kwoti u l-unitajiet ta’ Kjoto mill-kont ta’ depożitu tal-operatur ta’ dik l-installazzjoni.

    2.   Meta l-emissjonijiet annwali vverifikati tal-installazzjoni għas-sena msemmija fil-paragrafu 1 ikunu ġew irrekordjati fir-reġistru, l-amministratur tar-reġistru għandu jneħħi l-blokk minn fuq il-kont.

    3.   L-amministratur tar-reġistru għandu jinnotifika minnufih lid-detentur tal-kont rilevanti u l-awtorità kompetenti bl-imblukkar ta’, u t-tneħħija tal-blokk minn, kull kont ta’ depożitu ta’ operatur.

    4.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-proċess ta’ ċediment tal-kwoti, il-proċess taċ-ċediment tas-CERs u ERUs u l-proċess tal-ibbankjar tal-kwoti.

    SEZZJONI 2

    Kontrolli awtomatizzati u l-proċess ta’ rikonċiljazzjoni tad-data

    Artikolu 27

    Individwazzjoni ta’ diskrepanzi mis-CITL

    1.   L-Amministratur Ċentrali għandu jiżgura li s-CITL iwettaq kontrolli awtomatizzati rigward il-proċessi kollha biex jidentifika l-irregolaritajiet, hawn taħt imsejħa “diskrepanzi”, li minħabba fihom il-proċess propost ma jkunx konformi mar-rekwiżiti speċifikati skond id-Direttiva 2003/87/KE u dan ir-Regolament.

    2.   Jekk il-kontrolli awtomatizzati msemmija fil-paragrafu 1 jidentifikaw diskrepanza fi proċess, l-Amministratur Ċentrali għandu jinforma minnufih lill-amministratur jew lill-amministaturi tar-reġistru kkonċernati billi jibgħat kodiċi ta’ rispons awtomatizzata.

    3.   Meta jirċievi kodiċi ta’ rispons rigward proċess imsemmi fil-paragrafu 2, l-amministratur tar-reġistru tal-bidu għandu jtemm dak il-proċess u jinforma lis-CITL b’dan. L-amministratur jew l-amministraturi tar-reġistru kkonċernati għandhom jinformaw minnufih lid-detenturi tal-kont rilevanti li l-proċess ġie tterminat.

    Artikolu 28

    Individwazzjoni ta’ inkonsistenzi mis-CITL

    1.   L-Amministratur Ċentrali għandu jiżgura li proċess ta’ rikonċiljazzjoni tad-data jinbeda perjodikament mis-CITL biex ikun żgurat li r-rekords tas-CITL rigward id-depożiti tal-kwoti u l-unitajiet ta’ Kjoto jaqblu mar-rekords ta’ kull reġistru rigward id-depożiti tal-kwoti u l-unitajiet ta’ Kjoto. Għal dak il-għan is-CITL għandu jirrekordja l-proċessi kollha.

    2.   Jekk waqt il-proċess ta’ rikonċiljazzjoni tad-data tkun identifikata irregolarità, hawn taħt imsejħa “inkonsistenza”, fejn it-tagħrif rigward il-kwoti, il-kontijiet jew l-unitajiet ta’ Kjoto fornut mir-reġistru bħala parti mill-proċess ta’ rikonċiljazzjoni perjodiku ikun differenti mit-tagħrif li hemm f’xi wieħed mir-reġistri tat-tranżazzjonijiet, l-Amministratur Ċentrali għandu jinforma minnufih lill-amministratur jew l-amministraturi tar-reġistru kkonċernati. Jekk l-inkonsistenza ma tkunx riżolta, l-Amministratur Ċentrali għandu jiżgura li s-CITL ma jippermettix li jipproċedi xi proċess ieħor rigward xi kwota, kont jew unità ta’ Kjoto li huma s-suġġett tal-inkonsistenza ta’ aktar qabel.

    Artikolu 29

    Individwazzjoni ta’ diskrepanzi mis-ITL

    Jekk l-ITL, wara kontroll awtomatizzat, jinforma lill-amministratur jew lill-amministraturi tar-reġistru b’diskrepanza fi proċess mibdi minnhom, l-amministratur tar-reġistru li beda l-proċess għandu jtemm il-proċess u jinforma b’dan lill-ITL. L-amministratur jew l-amministraturi tar-reġistru kkonċernati għandhom jinformaw minnufih lid-detenturi tal-kont rilevanti li l-proċess ġie tterminat.

    Artikolu 30

    Kontrolli awtomatizzati tar-reġistru

    Qabel u matul it-twettiq tal-proċessi kollha, l-amministratur tar-reġistru għandu jiżgura li jitwettqu kontrolli awtomatizzati adatti fir-reġistru, biex ikunu individwalizzati d-diskrepanzi u b’hekk jiġu tterminati l-proċessi qabel jitwettqu l-kontrolli awtomatizzati mis-CITL jew l-ITL.

    SEZZJONI 3

    Twettiq u finalizzazzjoni ta’ proċessi

    Artikolu 31

    Proċessi

    1.   Ir-reġistri għandhom ikunu kapaċi jtemmu t-tipi ta’ proċessi li ġejjin:

    (a)

    Proċessi rigward il-ġestjoni tal-kont:

    (i)

    il-proċess ta’ ħolqien ta’ kont

    (ii)

    il-proċess ta’ aġġornar ta’ kont

    (iii)

    il-proċess ta’ għeluq ta’ kont

    (b)

    Proċessi rigward emissjonijiet ivverifikati:

    (i)

    il-proċess ta’ dħul ta’ emissjonijiet ivverifikati

    (ii)

    il-proċess ta’ aġġornar ta’ emissjonijiet ivverifikati

    (c)

    il-proċess ta’ rikonċiljazzjoni tad-data

    (d)

    Proċessi rigward tranżazzjonijiet għall-ġenerazzjoni ta’ kwoti jew unitajiet ta’ Kjoto:

    (i)

    il-proċess ta’ ħruġ ta’ unitajiet ta’ Kjoto

    (ii)

    il-proċess ta’ ħruġ ta’ kwoti

    (iii)

    il-proċess ta’ korrezzjoni ta’ kwoti

    (e)

    Proċessi oħrajn rigward kwoti:

    (i)

    il-proċess ta’ allokazzjoni ta’ kwoti

    (ii)

    il-proċess ta’ tneħħija ta’ kwoti

    (iii)

    il-proċess ta’ ċediment ta’ kwoti

    (iv)

    il-proċess ta’ trasferiment intern ta’ kwoti

    (v)

    il-proċess ta’ trasferiment estern ta’ kwoti

    (vi)

    il-proċess ta’ bbankjar ta’ kwoti

    (vii)

    il-proċess ta’ żieda ta’ AAUs ma’ kwoti bbankjati

    (f)

    Proċessi oħrajn li jikkonċernaw unitajiet ta’ Kjoto:

    (i)

    il-proċess ta’ kanċellazzjoni ta’ unitajiet ta’ Kjoto

    (ii)

    il-proċess ta’ ċediment ta’ CERs u ERUs

    (iii)

    il-proċess ta’ trasferiment intern ta’ unitajiet ta’ Kjoto

    (iv)

    il-proċess ta’ trasferiment estern ta’ unitajiet ta’ Kjoto

    (v)

    il-proċess ta’ approvazzjoni ta’ trasferiment ta’ kwoti b’AAUs

    (vi)

    il-proċess ta’ trasferiment ta’ AAUs qabel irtirar jew kanċellazzjoni

    (vii)

    il-proċess ta’ irtirar ta’ unitajiet ta’ Kjoto

    (g)

    Proċessi li jikkonċernaw id-dħul u l-aġġornar ta’ tabelli tal-pjan nazzjonali dwar allokazzjonijiet:

    (i)

    il-proċess ta’ dħul ta’ tabella tal-pjan nazzjonali dwar allokazzjonijiet

    (ii)

    il-proċess ta’ aġġornar għall-għeluq ta’ tabella tal-pjan nazzjonali dwar allokazzjonijiet

    (iii)

    proċess ta’ aġġornar għal tabella tal-pjan nazzjonali dwar allokazzjonijiet ġdida

    (iv)

    proċess ta’ aġġornar għal reviżjoni ta’ tabella tal-pjan nazzjonali dwar allokazzjonijiet

    (v)

    proċess ta’ riforniment tar-riżerva ta’ tabella tal-pjan nazzjonali dwar allokazzjonijiet

    (h)

    Proċess ta’ inverżjoni ta’ tranżazzjoni

    (i)

    Proċess ta’ ttestjar tal-funzjonijiet tar-reġistru.

    2.   Kull reġistru għandu jkun kapaċi jtemm il-proċessi skond is-sekwenza sħiħa tal-iskambju ta’ messaġġi u r-rekwiżiti rigward il-format u t-tagħrif deskritti permezz tal-lingwaġġ tad-deskrizzjoni tas-servizz tal-Internet deskritt għal dak il-proċess partikolari fil-Format tal-Iskambju tad-Data msemmi fl-Artikolu 9.

    Kull reġistru għandu jkun kapaċi jwettaq b’mod sħiħ in-notifiki mibgħuta mis-CITL skond il-Format tal-Iskambju tad-Data msemmi fl-Artikolu 9.

    3.   L-amministratur tar-reġistru għandu jassenja kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-proċess waħdieni għal kull proċess.

    Artikolu 32

    Finalizzazzjoni ta’ proċessi li jikkonċernaw kontijiet, emissjonijiet ivverifikati u tabelli tal-pjan nazzjonali dwar allokazzjonijiet

    Il-proċessi kollha li jikkonċernaw kontijiet, emissjonijiet ivverifikati u tabelli tal-pjan nazzjonali dwar allokazzjonijiet għandhom ikunu finali meta s-CITL jinforma lir-reġistru tal-bidu, jew lir-reġistru Komunitarju jekk ir-reġistru tal-bidu huwa reġistru tal-Kapitolu VI, li ma individwalizzax diskrepanzi fil-proposta mibgħuta lilu.

    Artikolu 33

    Finalizzazzjoni ta’ proċessi li jikkonċernaw kwoti u unitajiet ta’ Kjoto fir-reġistri

    1.   Il-proċessi kollha li jikkonċernaw il-kwoti barra l-proċess ta’ trasferiment estern ta’ kwoti għandhom ikunu finali meta s-CITL jinforma lir-reġistru tal-bidu li ma individwalizzax diskrepanzi fil-proposta mibgħuta lilu u s-CITL ikun irċieva konferma mir-reġistru tal-bidu li r-rekords kienu aġġornati skond il-proposta.

    2.   Il-proċessi kollha li jikkonċernaw l-unitajiet ta’ Kjoto barra l-proċess ta’ trasferiment estern ta’ unitajiet ta’ Kjoto u l-proċess ta’ approvazzjoni ta’ trasferiment ta’ kwoti bl-AAUs għandhom ikunu finali meta kemm l-ITL kif ukoll is-CITL ikunu kkonkludew li mhemmx diskrepanzi fil-proposta mibgħuta lilhom u kemm l-ITL kif ukoll is-CITL ikunu rċevew konferma mir-reġistru tal-bidu li r-rekords kienu aġġornati skond il-proposta.

    Artikolu 34

    Finalizzazzjoni ta’ proċessi li jinvolvu trasferimenti bejn ir-reġistri

    1.   Proċess ta’ trasferiment estern ta’ kwoti għandu jkun finali meta s-CITL jinforma lir-reġistru tal-akkwist li ma individwalizzax diskrepanzi fil-proposta mibgħuta mir-reġistru tal-bidu u s-CITL ikun irċieva konferma mir-reġistru tal-akkwist li r-rekords tiegħu kienu aġġornati skond il-proposta tar-reġistru tal-bidu.

    2.   Proċess ta’ trasferiment estern ta’ unitajiet ta’ Kjoto u l-proċess ta’ approvazzjoni ta’ trasferiment ta’ kwoti bl-AAUs għandu jkun finali meta kemm l-ITL kif ukoll is-CITL ikunu kkonkludew li m’hemmx diskrepanzi fil-proposta mibgħuta mir-reġistru tal-bidu u kemm l-ITL kif ukoll is-CITL ikunu rċevew konferma mir-reġistru tal-akkwist li r-rekords tiegħu kienu aġġornati skond il-proposta tar-reġistru tal-bidu.

    Artikolu 35

    Finalizzazzjoni ta’ proċess ta’ rikonċiljazzjoni tad-data

    Il-proċess ta’ rikonċiljazzjoni tad-data għandu jkun finali meta jkunu riżolti l-inkonsistenzi kollha bejn it-tagħrif li hemm fir-reġistru u t-tagħrif li hemm fis-CITL għal ħin u data speċifiċi, u l-proċess ta’ rikonċiljazzjoni tad-data jkun inbeda mill-ġdid u tlesta b’suċċess għal dak ir-reġistru.

    Artikolu 36

    Inverżjoni ta’ tranżazzjonijiet iffinalizzati li nbdew bi żball

    1.   Jekk detentur ta’ kont jew amministratur tar-reġistru li jaġixxi f’isem detentur ta’ kont mingħajr intenzjoni jew bi żball jagħti bidu għal kwalunkwe tranżazzjoni li tikkonċerna l-kwoti, jew il-proċess ta’ ċediment ta’ CERs u ERUs, huwa jista’ jipproponi lill-amministratur tar-reġistru tiegħu biex iwettaq inverżjoni tat-tranżazzjoni b’talba bil-miktub iffirmata kif jixraq mir-rappreżentant jew mir-rappreżentanti awtorizzati tad-detentur tal-kont li għandhom il-kapaċità li jibdew tranżazzjoni u mibgħuta fi żmien ħamest ijiem xogħol mill-finalizzazzjoni tat-tranżazzjoni. It-talba jrid ikun fiha dikjarazzjoni li tindika li t-tranżazzjoni nbdiet bi żball jew mingħajr intenzjoni.

    2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-proċess ta’ trasferiment estern ta’ kwoti u l-proċess ta’ trasferiment intern ta’ kwoti.

    3.   Fi żmien 40 jum kalendarju mill-finalizzazzjoni tat-tranżazzjoni, l-amministratur tar-reġistru jista’ jinforma bil-miktub lill-Amministratur Ċentrali bit-talba u d-deċiżjoni tiegħu biex issir inverżjoni tat-tranżazzjoni.

    4.   L-Amministratur Ċentrali għandu, fi żmien 40 jum kalendarju mill-wasla tat-tagħrif mingħand l-amministratur tar-reġistru msemmi fil-paragrafu 3, jippermetti l-inverżjoni tat-tranżazzjoni rilevanti bl-użu tal-proċess ta’ inverżjoni ta’ tranżazzjoni, sakemm

    (a)

    it-talba u n-notifika kienu ntbagħtu fil-limiti taż-żmien stipulati fil-paragrafi 1 u 3;

    (b)

    l-inverżjoni proposta treġġa’ lura biss l-effetti tat-tranżazzjoni li jitqiesu li nbdew bi żball jew mingħajr intenzjoni u ma tkunx tinvolvi l-inverżjoni tal-effetti ta’ tranżazzjonijiet li jkunu saru wara, li jinvolvu l-istess kwoti;

    (c)

    l-ebda operatur ma jsir mhux konformi għal xi sena preċedenti bħala riżultat tal-inverżjoni;

    (d)

    fil-każ ta’ proċessi ta’ ċediment ta’ kwoti, proċessi ta’ ċediment ta’ CERs u ERUs u proċessi ta’ tneħħija ta’ kwoti, kwantità ta’ AAUs, ERUs jew CERs daqs il-kwantitajiet ċeduti jew imneħħija bil-proċess ma kinux diġà rtirati skond l-Artikolu 56 jew ikkanċellati skond l-Artikolu 58.

    5.   L-amministratur tar-reġistru għandu jreġġa’ lura t-tranżazzjoni rilevanti billi juża l-proċess ta’ inverżjoni ta’ tranżazzjoni fi żmien ħamest ijiem xogħol mill-wasla tal-avviż tal-Amministratur Ċentrali li tindika li l-inverżjoni kienet approvata skond il-paragrafu 3.

    Artikolu 37

    Sospensjoni ta’ proċessi

    1.   Skond l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 280/2004/KE, jekk is-Segretarjat tal-UNFCCC jinforma Stat Membru li ma jissodisfax ir-rekwiżiti li jippermettulu li jittrasferixxi l-unitajiet ta’ Kjoto, l-Amministratur Ċentrali għandu jissospendi l-kapaċità tar-reġistru tal-Istat Membru milli jwettaq il-proċess ta’ trasferiment estern ta’ kwoti, u l-korp rilevanti tal-Istat Membru għandu jagħti struzzjonijiet lill-amministratur tar-reġistru biex ma jibdiex tranżazzjonijiet li jinvolvu unitajiet ta’ Kjoto.

    2.   Il-Kummissjoni tista’ tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali biex temporanjament jissospendi proċess msemmi fl-Artikolu 31(1) mibdi minn reġistru jekk dak il-proċess ma jkunx qed jitwettaq skond l-Artikoli 31 sa 35 u għandha tinnotifika minnufih lill-amministratur tar-reġistru b’dan.

    3.   Il-Kummissjoni tista’ tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali biex temporanjament jissospendi l-konnessjoni tal-komunikazzjoni bejn reġistru u s-CITL jew jissospendi l-proċessi kollha, jew uħud minnhom, imsemmija fl-Artikolu 31(1), jekk dak ir-reġistru ma jkunx imħaddem u miżmum skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandha tinnotifika minnufih lill-amministratur tar-reġistru b’dan.

    4.   L-amministraturi tar-reġistri jistgħu jitolbu lill-Amministratur Ċentrali biex temporanjament jissospendi l-konnessjoni tal-komunikazzjoni bejn reġistru u s-CITL jew jissospendi l-proċessi kollha, jew uħud minnhom, imsemmija fl-Artikolu 31(1), bil-għan li jwettqu manutenzjoni skedata fir-reġistru tagħhom.

    5.   Amministratur tar-reġistru jista’ jitlob lill-Amministratur Ċentrali biex jimplimenta l-konnessjoni tal-komunikazzjoni bejn ir-reġistru tiegħu u s-CITL jew biex jerġa’ jimplimenta l-proċessi sospiżi jekk l-amministratur tar-reġistru jistma li kienu riżolti l-kwistjonijiet pendenti li kkawżaw is-sospensjoni. L-Amministratur Ċentrali għandu jinforma lill-amministratur tar-reġistru bid-deċiżjoni tiegħu malajr kemm jista’ jkun. Stat Membru jista’ jitlob li din tkun inkluża fl-aġenda tal-Kumitat għall-Bidla fil-Klima, biex jingħataw il-fehmiet lill-Amministratur Ċentrali dwar din il-materja.

    KAPITOLU V

    TRANŻAZZJONIJIET

    SEZZJONI 1

    Allokazzjoni u ħruġ ta’ kwoti

    Artikolu 38

    Dħul fis-CITL u korrezzjoni ta’ tabelli tal-pjan nazzjonali dwar allokazzjonijiet

    1.   Mill-inqas 12-il xahar qabel il-bidu ta’ kull perjodu sussegwenti, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni t-tabella tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet, li tikkorrispondi mad-deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE.

    2.   Jekk it-tabella tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet tkun ibbażata fuq il-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet innotifikat lill-Kummissjoni li ma kienx twarrab skond Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87/KE jew li fuqu l-Kummissjoni aċċettat emendi proposti, il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali biex idaħħal it-tabella tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet fis-CITL billi juża l-proċess ta’ dħul tat-tabella tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet.

    3.   Stat Membru għandu jinnotifika kull korrezzjoni fil-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet tiegħu flimkien ma’ kull korrezzjoni korrispondenti fit-tabella tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet lill-Kummissjoni. Jekk il-korrezzjoni fit-tabella tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet tkun ibbażata fuq il-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet innotifikat lill-Kummissjoni li ma kienx twarrab skond l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87/KE jew li fuqu l-Kummissjoni aċċettat emendi u dik il-korrezzjoni tirriżulta minn titjib fid-data, il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali biex idaħħal il-korrezzjoni korrispondenti fit-tabella tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet miżmum fis-CITL.

    4.   Korrezzjonijiet relatati mal-allokazzjoni tal-kwoti għal parteċipanti ġodda għandhom isiru billi jintuża l-proċess ta’ aġġornar ta’ parteċipanti ġodda tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet. Korrezzjonijiet relatati maż-żieda fir-riżerva għal parteċipanti ġodda permezz tax-xiri ta’ kwoti għandhom isiru billi jintuża l-proċess ta’ riforniment tar-riżerva tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet. Korrezzjonijiet oħra għandhom isiru billi jintuża l-proċess tal-aġġornar tar-reviżjoni tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet.

    5.   Fil-każijiet l-oħra kollha, l-Istat Membru għandu jinnotifika l-korrezzjoni tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet tiegħu lill-Kummissjoni u jekk il-Kummissjoni ma twarrabx din il-korrezzjoni skond il-proċedura fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali biex idaħħal il-korrezzjoni korrispondenti fit-tabella tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet miżmuma fis-CITL billi jintuża l-proċess tal-aġġornar tar-reviżjoni tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet.

    6.   L-amministratur tar-reġistru għandu, wara kwalunkwe korrezzjoni magħmula skond il-paragrafu 2 li sseħħ wara li jinħarġu l-kwoti skond l-Artikolu 39 u li tnaqqas il-kwantità totali ta’ kwoti maħruġa skond l-Artikolu 39 għall-perjodu 2008-2012 jew perjodi sussegwenti, u bl-użu tal-proċess ta’ korrezzjoni ta’ kwoti:

    (a)

    jittrasferixxi l-għadd tal-kwoti speċifikati mill-awtorità kompetenti fil-kont nazzjonali ta’ tneħħija ta’ kwoti għall-perjodu rilevanti; u

    (b)

    jittrasferixxi ammont ugwali ta’ AAUs mill-kont ta’ depożitu ETS AAU għall-kont ta’ depożitu ta’ Parti.

    Artikolu 39

    Ħruġ ta’ kwoti

    Wara li t-tabella tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet tkun iddaħħlet fis-CITL u, suġġett għall-Artikolu 38(2) sat-28 ta’ Frar tal-ewwel sena tal-perjodu 2008-2012 ta’ kull perjodu sussegwenti, l-amministratur tar-reġistru għandu, bl-użu tal-proċess ta’ ħruġ ta’ kwoti:

    (a)

    joħroġ il-kwantità totali ta’ kwoti stipulata fit-tabella tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet fil-kont ta’ depożitu tal-kwota nazzjonali; u

    (b)

    jassenja kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ unità waħdanija lil kull kwota; u

    (c)

    jittrasferixxi ammont ugwali ta’ AAUs mill-kont ta’ depożitu ta’ Parti għall-kont ta’ depożitu ETS AAU.

    Artikolu 40

    Allokazzjoni ta’ kwoti lil operaturi

    1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 38(2) u 41, sat-28 ta’ Frar 2008 ta’ kull sena, l-amministratur tar-reġistru għandu jittrasferixxi mill-kont ta’ depożitu tal-kwota nazzjonali għall-kont ta’ depożitu ta’ operatur rilevanti, il-proporzjon tal-kwantità totali ta’ kwoti maħruġa li kien allokat lill-installazzjoni korrispondenti għal dik is-sena skond is-sezzjoni rilevanti tat-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni.

    2.   L-allokazzjoni għandha titwettaq bl-użu tal-proċess ta’ allokazzjoni ta’ kwoti.

    3.   Fejn previst għal installazzjoni fil-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni tal-Istat Membru, l-amministratur tar-reġistru jista’ jittrasferixxi dak il-proporzjon f’data aktar tard ta’ kull sena.

    Artikolu 41

    Ċediment ta’ kwoti fuq struzzjonijiet mill-awtorità kompetenti

    1.   Jekk ikollu struzzjonijiet mill-awtorità kompetenti biex jagħmel dan, skond l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-amministratur tar-reġistru għandu jċedi parti mill-proporzjon, jew il-propozjon kollu, tal-kwantità totali ta’ kwoti maħruġa li kien allokat lil installazzjoni għal sena speċifika, billi jirrekordja l-għadd tal-kwoti ċeduti għal dik l-installazzjoni għall-perjodu attwali. Dawn il-kwoti ċeduti għandhom jiġu ttrasferiti għall-kont nazzjonali ta’ tneħħija ta’ kwoti.

    2.   Kwoti ċeduti wara struzzjonijiet mill-awtorità kompetenti għandhom jiġu ċeduti bl-użu tal-proċess ta’ ċediment ta’ kwoti.

    Artikolu 42

    Allokazzjoni ta’ kwoti lil parteċipanti ġodda

    Jekk ikollu struzzjonijiet mill-awtorità kompetenti biex jagħmel dan, l-amministratur tar-reġistru għandu jittrasferixxi proporzjon tal-kwoti maħruġa minn kwalunkwe amministratur ta’ reġistru li jinsabu fil-kont ta’ depożitu tal-kwota nazzjonali għall-kont ta’ depożitu ta’ operatur ta’ parteċipant ġdid skond is-sezzjoni rilevanti tat-tabella tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet għal dak il-parteċipant ġdid għas-sena msemmija. Il-kwoti għandhom jiġu ttrasferiti bl-użu tal-proċess ta’ allokazzjoni ta’ kwoti.

    Artikolu 43

    Allokazzjoni ta’ kwoti wara l-bejgħ tagħhom minn Stat Membru

    Jekk ikollu struzzjonijiet mill-awtorità kompetenti biex jagħmel dan, wara l-bejgħ ta’ kwoti minn Stat Membru, l-amministratur tar-reġistru għandu jittrasferixxi kwantità ta’ kwoti mill-kont ta’ depożitu tal-kwota nazzjonali għall-kont ta’ depożitu indikat mix-xerrej. Kwoti ttrasferiti fl-istess reġistru għandhom jiġu ttrasferiti bl-użu tal-proċess ta’ trasferiment intern ta’ kwoti. Kwoti ttrasferiti minn reġistru għal ieħor għandhom ikunu ttrasferiti bl-użu tal-proċess ta’ trasferiment estern ta’ kwoti.

    SEZZJONI 2

    Trasferimenti u eliġibilità

    Artikolu 44

    Transferimenti ta’ kwoti minn detenturi tal-kontijiet

    1.   Wara talba minn detentur ta’ kont, l-amministratur tar-reġistru għandu jwettaq kwalunkwe trasferiment ta’ kwoti miżmuma fil-kont tad-detentur ta’ kont bejn il-kontijiet ta’ depożitu ta’ kwoti nazzjonali, kontijiet ta’ depożiti ta’ operaturi u kontijiet ta’ depożiti ta’ persuna fir-reġistru tiegħu bl-użu tal-proċess ta’ trasferiment intern ta’ kwoti.

    2.   Wara talba minn detentur ta’ kont, l-amministratur tar-reġistru għandu jwettaq kwalunkwe trasferiment ta’ kwoti miżmuma fil-kont tad-detentur ta’ kont bejn il-kontijiet ta’ depożitu ta’ kwota nazzjonali, kontijiet ta’ depożiti ta’ operatur u kontijiet ta’ depożiti ta’ persuna fir-reġistru tiegħu u tali kontijiet f’reġistru ieħor bl-użu tal-proċess ta’ trasferiment estern ta’ kwoti.

    3.   Kwoti jistgħu jiġu ttrasferiti biss minn kont f’reġistru għal kont f’reġistru ta’ pajjiż terz jew ir-Reġistru tas-CDM, jew akkwistati minn kont f’reġistru ta’ pajjiż terz jew ir-Reġistru tas-CDM, jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    ikun intlaħaq qbil skond l-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 2003/87/KE; u

    (b)

    dawk it-trasferimenti jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet li jirrelataw mar-rikonoxximent bejn iż-żewġ naħat tal-kwoti skond dik il-ftehim imfassal mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2003/87/KE.

    Artikolu 45

    Transferimenti ta’ unitajiet ta’ Kjoto mid-detenturi tal-kontijiet

    1.   Wara talba minn detentur ta’ kont, l-amministratur tar-reġistru għandu jwettaq kwalunkwe trasferiment ta’ unitajiet ta’ Kjoto miżmuma fil-kont tad-detentur ta’ kont bejn il-kontijiet ta’ depożitu ta’ Parti, kontijiet ta’ depożiti ta’ operatur u kontijiet ta’ depożiti ta’ persuna fir-reġistru tiegħu bl-użu tal-proċess ta’ trasferiment intern ta’ unitajiet ta’ Kjoto, sakemm tali unitajiet ta’ Kjoto jistgħu jinżammu fil-kont tal-akkwist skond l-Artikolu 14.

    2.   Wara talba minn detentur ta’ kont, l-amministratur tar-reġistru għandu jwettaq kwalunkwe trasferiment ta’ unitajiet ta’ Kjoto miżmuma fil-kont tad-detentur ta’ kont bejn il-kontijiet ta’ depożitu ta’ Parti, kontijiet ta’ depożiti ta’ operatur u kontijiet ta’ depożiti ta’ persuna fir-reġistru tiegħu u tali kontijiet f’reġistru ieħor bl-użu tal-proċess ta’ trasferiment estern ta’ unitajiet ta’ Kjoto, sakemm tali unitajiet ta’ Kjoto jistgħu jinżammu fil-kont tal-akkwist skond l-Artikolu 14.

    Artikolu 46

    Depożiti minimi ta’ kwoti fir-reġistri

    1.   Jekk bħala riżultat ta’ proposta ta’ proċess ta’ trasferiment estern ta’ kwoti jew proċess ta’ tneħħija ta’ kwota, l-ammont totali tal-kwoti miżmuma f’reġistru jsir inqas mill-kwantità ta’ unitajiet ta’ Kjoto li jridu jinżammu f’dak ir-reġistru skond id-Deċiżjoni 11/CMP.1 bħala r-riżerva tal-perjodu ta’ impenn, bl-ammont tal-unitajiet ta’ Kjoto attwalment miżmuma fir-reġistru barra mill-kont ta’ depożitu ETS AAU u l-kont tal-kanċellazzjoni mnaqqsa minnhom, is-CITL għandu jwarrab it-trasferiment propost.

    2.   Jekk bħala riżultat ta’ proposta ta’ proċess ta’ trasferiment estern ta’ kwoti jew proċess ta’ tneħħija ta’ kwota, l-ammont totali ikkombinat tal-kwoti miżmuma fir-reġistri tal-Istati Membri li daħlu fl-Unjoni Ewropea qabel is-sena 2000 isir inqas mill-kwantità ta’ unitajiet ta’ Kjoto li jridu jinżammu f’dawk ir-reġistri skond id-Deċiżjoni 11/CMP.1 bħala r-riżerva tal-perjodu ta’ impenn tal-Komunità Ewropea, bl-ammont tal-unitajiet ta’ Kjoto attwalment miżmuma f’dawk ir-reġistri barra mill-kontijiet ta’ depożitu ETS AAU u l-kontijiet tal-kanċellazzjoni mnaqqsa minnhom, is-CITL għandu jwarrab it-trasferiment propost.

    SEZZJONI 3

    Emissjonijiet ivverifikati

    Artikolu 47

    Emissjonijiet ivverifikati ta’ installazzjoni

    1.   Meta l-verifika ta’ rapport ta’ operatur tkun sodisfaċenti skond l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/87/KE dwar l-emissjonijiet minn installazzjoni tul is-sena ta’ qabel, il-verifikatur, inklużi dawk l-awtoritajiet kompetenti li jaġixxu bħala verifikaturi, għandu jdaħħal jew japprova d-dħul tal-emissjonijiet annwali vverifikati għal dik l-installazzjoni għal dik is-sena fir-rekords tar-reġistru bl-użu tal-proċess ta’ dħul ta’ emissjonijiet ivverifikati.

    2.   L-amministratur tar-reġistru jista’ jipprojbixxi d-dħul tal-emissjonijiet annwali vverifikati ta’ installazzjoni sakemm l-awtorità kompetenti tkun irċeviet ir-rapport dwar l-emissjonijiet ivverifikati sottomess mill-operaturi skond l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2003/87/KE għal dik l-installazzjoni, u tippermetti lir-reġistru sabiex jirċievi l-emissjonijiet annwali vverifikati.

    3.   L-awtorità kompetenti tista’ tagħti struzzjonijiet lill-amministratur tar-reġistru biex jikkoreġi l-emissjonijiet annwali vverifikati ta’ installazzjoni għas-sena ta’ qabel biex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ddettaljati stabbiliti mill-Istat Membru skond l-Anness V tad-Direttiva 2003/87/KE, billi ddaħħal l-emissjonijiet annwali vverifikati kkoreġuti ta’ dik l-installazzjoni għal dik is-sena fir-rekords tar-reġistru bl-użu tal-proċess ta’ aġġornar ta’ emissjonijiet ivverifikati.

    4.   Jekk l-awtorità kompetenti tagħti struzzjonijiet lil amministratur tar-reġistru biex jikkoreġi l-emissjonijiet annwali vverifikati ta’ installazzjoni għas-sena ta’ qabel wara l-iskadenza speċifikata fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2003/87/KE għaċ-ċediment ta’ kwoti ugwali għall-emissjonijiet ta’ dik is-sena ta’ qabel, l-Ammistratur Ċentrali għandu jaċċetta biss tali korrezzjoni jekk ikun ġie informat bid-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti dwar l-istatus ta’ konformità ġdid applikabbli għall-installazzjoni bħala riżultat tal-korrezzjoni tal-emissjonijiet ivverifikati.

    SEZZJONI 4

    Ċediment ta’ Kwoti, ERUs u CERs

    Artikolu 48

    Ċediment ta’ kwoti

    1.   Operatur għandu jċedi kwoti ta’ installazzjoni billi jitlob jew, fejn previst fil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, jitqies bħala li talab, lill-amministratur tar-reġistru biex:

    (a)

    jittrasferixxi għadd speċifiku ta’ kwoti għal perjodu speċifiku mill-kont ta’ depożitu ta’ operatur rilevanti għall-kont nazzjonali ta’ tneħħija ta’ kwoti ta’ dak ir-reġistru;

    (b)

    jirrekordja l-għadd tal-kwoti ttrasferiti ta’ dik l-installazzjoni kif ċeduti għall-perjodu attwali.

    2.   It-trasferiment u l-irrekordjar għandhom iseħħu permezz tal-użu tal-proċess ta’ ċediment ta’ kwoti.

    Artikolu 49

    Ċediment ta’ CERs u ERUs

    1.   Iċ-ċediment ta’ ERUs u CERs minn operatur skond l-Artikolu 11a tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward ta’ installazzjoni għandu jseħħ permezz ta’ operatur li jitlob lill-amministratur tar-reġistru biex:

    (a)

    jittrasferixxi għadd speċifiku ta’ CERs jew ERUs għal sena speċifika mill-kont ta’ depożitu ta’ operatur rilevanti għal kont ta’ depożitu ta’ Parti fir-reġistru fejn l-operatur iżomm il-kont ta’ depożitu ta’ operatur tiegħu;

    (b)

    jirrekordja l-għadd ta’ CERs u ERUs ittrasferiti ta’ dik l-installazzjoni kif ċeduti għall-perjodu attwali.

    2.   L-amministratur tar-reġistru għandu jaċċetta biss talbiet għaċ-ċediment ta’ CERs u ERUs sal-perċentwal ta’ allokazzjoni għal kull installazzjoni speċifikat mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru. Is-CITL għandu jwarrab kwalunkwe talba għal ċediment ta’ CERs u ERUs li taqbeż l-ammont massimu ta’ CERs u ERUs permess li jkun ċedut fl-Istat Membru.

    3.   It-trasferiment u l-irrekordjar għandhom iseħħu permezz tal-użu tal-proċess ta’ ċediment ta’ CERs u ERUs.

    Artikolu 50

    Kalkolu taċ-ċifri tal-istatus tal-konformità

    1.   Fl-1 ta’ Mejju ta’ kull sena, l-amministratur tar-reġistru għandu jiddetermina ċ-ċifra tal-istatus tal-konformità għal kull installazzjoni billi jikkalkula s-somma tal-kwoti, CERs u ERUs kollha ċeduti għall-perjodu attwali li minnha titnaqqas is-somma tal-emissjonijiet ivverifikati kollha fil-perjodu attwali sa, u inkluża, is-sena attwali, biż-żieda ta’ fattur ta’ korrezzjoni.

    2.   Il-fattur ta’ korrezzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun żero jekk iċ-ċifra tal-istatus tal-konformità tas-sena ta’ qabel kienet ikbar minn żero, iżda għandu jibqa’ bħaċ-ċifra tal-istatus tal-konformità tal-aħħar sena tal-perjodu ta’ qabel jekk din iċ-ċifra tkun żero jew inqas.

    Artikolu 51

    Irrekordjar u notifika taċ-ċifri tal-istatus tal-konformità

    1.   L-amministratur tar-reġistru għandu jirrekordja ċ-ċifra tal-istatus tal-konformità kkalkulata skond l-Artikolu 50 għal kull installazzjoni għal kull sena.

    2.   Fl-ewwel jum tax-xogħol wara l-1 ta’ Mejju ta’ kull sena, l-amministratur tar-reġistru għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti rigward iċ-ċifri tal-istatus tal-konformità kollha rrekordjati. Barra minn hekk, l-amministratur tar-reġistru għandu jinnotifika kwalunkwe tibdil fiċ-ċifri tal-istatus tal-konformità għas-snin ta’ qabel lill-awtorità kompetenti.

    Artikolu 52

    Irrekordjar tal-emissjonijiet ivverifikati

    Meta, fl-1 ta’ Mejju ta’ kull sena, ma tkun irrekordjata l-ebda ċifra ta’ emissjonijiet ivverifikati fir-reġistru għal installazzjoni għas-sena ta’ qabel, ma għandha tkun irrekordjata fir-reġistru ebda ċifra tal-emissjonijiet sostituta, iddeterminata skond l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/87/KE li ma tkunx ġiet ikkalkulata kemm jista’ jkun fi qbil mar-rekwiżiti dettaljati stabbiliti mill-Istat Membru skond l-Anness V tad-Direttiva 2003/87/KE.

    SEZZJONI 5

    Tneħħija ta’ kwoti u kanċellazzjoni ta’ unitajiet ta’ Kjoto

    Artikolu 53

    Tneħħija ta’ kwoti

    L-amministratur tar-reġistru għandu jwettaq kwalunkwe talba minn detentur ta’ kont skond l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE biex jitneħħew kwoti miżmuma fil-kontijiet tad-detentur tal-kont permezz tal-użu tal-proċess ta’ tneħħija ta’ kwoti billi:

    (a)

    jittrasferixxi għadd speċifiku ta’ kwoti mill-kont rilevanti għall-kont nazzjonali ta’ tneħħija ta’ kwoti ta’ dak ir-reġistru; u

    (b)

    jirrekordja l-għadd tal-kwoti ttrasferiti bħala mneħħija għas-sena attwali.

    Artikolu 54

    Kanċellazzjoni ta’ unitajiet ta’ Kjoto

    L-amministratur tar-reġistru għandu jwettaq kwalunkwe talba minn detentur ta’ kont skond l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE biex jikkanċella unitajiet ta’ Kjoto miżmuma fil-kontijiet tad-detentur tal-kont permezz tal-użu tal-proċess ta’ kanċellazzjoni ta’ unitajiet ta’ Kjoto billi jittrasferixxi għadd speċifiku ta’ unitajiet ta’ Kjoto mill-kont rilevanti għall-kont ta’ kanċellazzjoni ta’ dak ir-reġistru.

    SEZZJONI 6

    Approvazzjoni ta’ trasferimenti ta’ kwoti bi trasferimenti ta’ unitajiet ta’ Kjoto

    Artikolu 55

    Approvazzjoni ta’ trasferimenti ta’ kwoti

    1.   Biex ikun żgurat li l-ammont ta’ AAUs fil-kont ta’ depożitu ETS AAU ta’ reġistru huwa ugwali għall-ammont ta’ kwoti miżmuma f’dak ir-reġistru fl-ewwel jum tax-xogħol wara l-1 ta’ Mejju għandhom jittieħdu l-passi li ġejjin:

    (a)

    fl-ewwel jum tax-xogħol wara l-1 ta’ Mejju, l-Amministratur Ċentrali għandu jagħmel ritratt għal kull reġistru tal-kwoti kollha miżmuma f’dak ir-reġistru u l-AAUs miżmuma fil-kont ta’ depożitu ETS AAU tar-reġistru;

    (b)

    sal-10 ta’ Mejju, l-amministratur tar-reġistru għandu, wara notifika mill-Amministratur Ċentrali, jittrasferixxi kwalunkwe kwantità ta’ AAUs fil-kont ta’ depożitu ETS AAU li qabeż il-kwantità ta’ kwoti miżmuma fir-reġistru skond ir-ritratt għall-kont ta’ approvazzjoni ċentrali tal-ETS fir-reġistru Komunitarju bl-użu tal-proċess ta’ approvazzjoni ta’ trasferimenti ta’ kwoti bl-AAUs;

    (c)

    sal-15 ta’ Mejju, l-amministratur tar-reġistru Komunitarju għandu, wara notifika mill-Amministratur Ċentrali, jittrasferixxi kwantità ta’ AAUs ugwali għall-kwantità ta’ kwoti miżmuma fir-reġistru li qabeż il-kwantità ta’ AAUs fil-kont ta’ depożitu ETS AAU ta’ dak ir-reġistru skond ir-ritratt, għall-kont ta’ depożitu ETS AAU ta’ dak ir-reġistru permezz tal-użu tal-proċess ta’ approvazzjoni ta’ trasferimenti ta’ kwoti bl-AAUs.

    2.   Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, kwoti fil-kont nazzjonali ta’ tneħħija ta’ kwoti li għalihom għadu ma sar l-ebda irtirar jew kanċellazzjoni skond l-Artikoli 56 u 58, għandhom jitqiesu bħala kwoti miżmuma fir-reġistru.

    3.   Jekk amministratur tar-reġistru ma jkunx wettaq il-kompiti deskritti fil-paragrafu 1 fi żmien l-iskadenzi, l-Amministratur Ċentrali għandu jimblokka l-proċessi kollha msemmija fil-punti (d) sa (h) tal-Artikolu 31(1), barra l-proċess ta’ approvazzjoni ta’ trasferimenti ta’ kwoti bl-AAUs sakemm jitlestew dawk il-kompiti.

    4.   L-Amministratur Ċentrali jista’ jibda proċessi ta’ approvazzjoni addizzjonali fi żminijiet differenti minn dawk speċifikati fil-paragrafu 1, wara li jagħti avviż adattat bil-quddiem lill-amministraturi tar-reġistri.

    SEZZJONI 7

    Irtirar ta’ unitajiet ta’ Kjoto

    Artikolu 56

    Irtirar ta’ AAUs, ERUs jew CERs wara ċediment ta’ kwoti, ERUs u CERs

    1.   Sat-30 ta’ Ġunju tas-sena li tiġi wara s-sena tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u kull sena minn dakinhar 'l hemm, l-amministraturi tar-reġistri għandhom jirtiraw ammont ta’ AAUs, ERUs jew CERs, imma mhux lCERs jew tCERs, ugwali għall-ammont ta’ kwoti, ERUs jew CERs ċeduti skond l-Artikoli 48 u 49, billi:

    (a)

    jittrasferixxu ammont ta’ AAUs ugwali għall-ammont ta’ kwoti ċeduti għall-perjodu attwali bejn l-1 ta’ Mejju tas-sena ta’ qabel u t-30 ta’ April tas-sena attwali mill-kont ta’ depożitu tal-AAU għal kont ta’ depożitu ta’ Parti permezz tal-użu tal-proċess ta’ trasferiment ta’ AAUs qabel irtirar jew kanċellazzjoni; u

    (b)

    jittrasferixxu ammont ta’ AAUs, ERUs jew CERs, imma mhux lCERs jew tCERs, ugwali għall-ammont ta’ kwoti, ERUs jew CERs ċeduti għall-perjodu attwali bejn l-1 ta’ Mejju tas-sena ta’ qabel u t-30 ta’ April tas-sena attwali mill-kont ta’ depożitu ta’ Parti għall-kont ta’ irtirar permezz tal-użu tal-proċess ta’ irtirar ta’ unitajiet ta’ Kjoto.

    2.   Jekk amministratur tar-reġistru ma jkunx wettaq il-kompiti stipulati fil-paragrafu 1 fi żmien l-iskadenza, l-Amministratur Ċentrali għandu jimblokka l-proċess ta’ ibbankjar ta’ kwoti sakemm jitlestew dawk il-kompiti.

    Artikolu 57

    Irtirar ta’ unitajiet ta’ Kjoto

    1.   Jekk ikollu struzzjonijiet mill-korp rilevanti tal-Istat Membru, l-amministratur tar-reġistru għandu jittrasferixxi kwalunkwe kwantità u tipi ta’ unitajiet ta’ Kjoto speċifikati minn dak il-korp miżmuma fi kwalunkwe kont ta’ depożitu ta’ Parti għall-kont adattat ta’ irtirar fir-reġistru tiegħu permezz tal-użu tal-proċess ta’ irtirar ta’ unitajiet ta’ Kjoto.

    2.   M’għandux ikun possibbli li kwoti jkunu ttrasferiti minn kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur jew persuna għall-kontijiet ta’ irtirar.

    SEZZJONI 8

    Kanċellazzjoni ta’ unitajiet ta’ Kjoto

    Artikolu 58

    Kanċellazzjoni ta’ unitajiet ta’ Kjoto wara tneħħija ta’ kwoti

    1.   Sat-30 ta’ Ġunju tas-sena li tiġi wara s-sena tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u kull sena minn dakinhar 'l hemm, l-amministraturi tar-reġistri għandhom jikkanċellaw ammont ta’ AAUs, ERUs jew CERs, imma mhux lCERs jew tCERs, ugwali għall-ammont ta’ kwoti mneħħija għall-perjodu attwali bejn l-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ qabel u l-1 ta’ Jannar tas-sena attwali, billi:

    (a)

    jittrasferixxi ammont ta’ AAUs ugwali għall-ammont ta’ kwoti mneħħija bejn l-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ qabel u l-1 ta’ Jannar tas-sena attwali mill-kont ta’ depożitu tal-AAU għal kont ta’ depożitu ta’ Parti permezz tal-użu tal-proċess ta’ trasferiment ta’ AAUs qabel irtirar jew kanċellazzjoni; u

    (b)

    jittrasferixxi ammont ta’ AAUs, ERUs jew CERs, imma mhux lCERs jew tCERs, ugwali għall-ammont ta’ kwoti mneħħija skond l-Artikolu 53 minn kont ta’ depożitu ta’ Parti għall-kont ta’ kanċellazzjoni permezz tal-użu tal-proċess ta’ kanċellazzjoni ta’ unitajiet ta’ Kjoto.

    2.   Jekk amministratur tar-reġistru ma jkunx wettaq il-kompiti deskritti fil-paragrafu 1 fi żmien l-iskadenza, l-Amministratur Ċentrali għandu jimblokka l-proċess ta’ ibbankjar ta’ kwoti sakemm jitlestew dawk il-kompiti.

    SEZZJONI 9

    Ibbankjar ta’ kwoti bejn il-perjodi

    Artikolu 59

    Ibbankjar bejn il-perjodi

    1.   Fl-1 ta’ Mejju 2013 u l-1 ta’ Mejju tas-sena wara t-tmiem ta’ kull perjodu sussegwenti, l-amministraturi tar-reġistri għandhom jikkonvertu l-kwoti miżmuma fir-reġistri tagħhom u li jkunu għadhom mhux ċeduti fi kwoti validi għall-perjodu attwali permezz tal-użu tal-proċess ta’ bbankjar ta’ kwoti.

    2.   L-amministraturi tar-reġistri fl-Istati Membri, li jistgħu joħorġu AAUs għall-perjodu li jibda fl-2013 għandhom, sat-30 ta’ Ġunju tal-istess sena, jittrasferixxu ammont ta’ AAUs validi għall-perjodu attwali ugwali għall-ammont ta’ kwoti kkonvertiti skond il-paragrafu 1 għall-kont ta’ depożitu ETS AAU tal-perjodu attwali, bl-użu tal-proċess taż-żieda ta’ AAUs mal-kwoti bbankjati. L-amministraturi tar-reġistri għandhom jittrasferixxu wkoll kwalunkwe AAUs li jibqa’ fil-kont ta’ depożitu ETS AAU għall-perjodu ta’ qabel għal kont ta’ depożitu ta’ Parti.

    KAPITOLU VI

    DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL REĠISTRI TAL-ISTATI MEMBRI LI MA JISTGĦUX JOĦORĠU AAUS

    Artikolu 60

    Operat tar-reġistri tal-Istati Membri li ma jistgħux joħorġu AAUs

    1.   L-Istati Membri li ma jistgħux joħorġu AAUs minħabba raġunijiet ħlief li jitqiesu li mhumiex eliġibbli għat-trasferiment ta’ CERs, ERUs u AAUs skond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 11/CMP.1 għandhom jistabbilixxu, joperaw u jżommu r-reġistri tagħhom b’mod ikkonsolidat mar-reġistru Komunitarju.

    2.   Reġistri tal-Kapitolu VI għandhom jikkomunikaw mas-CITL permezz ta’ konnessjoni tal-komunikazzjoni stabbilita mir-reġistru Komunitarju.

    3.   Ħlief għall-Artikoli 3, 8, 12, 13, 14 (1), 15 sa 28, 29(3), 30, 31(2) u (4), 32, 33, 34(1), 35 sa 37, 38 (1), (2) u (3), 40 sa 43, 44(1) u (3), 45(1), 47, 48, 50 sa 54, u 59 sa 90 id-dispożizzjonijiet applikabbli għar-reġistri ma għandhomx japplikaw għar-reġistri tal-Kapitolu VI.

    4.   L-obbligi previsti fl-Artikolu 85 u l-Artikolu 86(2) u (3) għandhom, fir-rigward tal-amministraturi tar-reġistri tal-Kapitolu VI, jitwettqu mill-amministratur tar-Reġistru Komunitarju.

    Artikolu 61

    Kontijiet Nazzjonali fir-reġistri tal-Kapitolu VI

    1.   Kull reġistru tal-Kapitolu VI għandu jkollu l-kontijiet nazzjonali li ġejjin:

    (a)

    mill-inqas kont nazzjonali wieħed ta’ depożitu ta’ kwota;

    (b)

    kont ta’ tneħħija ta’ kwoti nazzjonali wieħed għall-perjodu 2008-2012 u wieħed għal kull perjodu sussegwenti.

    2.   Kontijiet nazzjonali fir-reġistri tal-Kapitolu VI għandu jkollhom biss kwoti tal-Kapitolu VI.

    3.   Kontijiet nazzjonali fir-reġistri tal-Kapitolu VI għandhom ikunu konformi mal-Format tal-Iskambju tad-Data msemmi fl-Artikolu 9.

    Artikolu 62

    Depożiti ta’ kwoti fir-reġistri tal-Kapitolu VI

    Kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur u persuna fir-reġistri tal-Kapitoli VI għandhom iżommu kwoti tal-Kapitolu VI u, meta jkun awtorizzat mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membri jew tal-Komunità, unitajiet ta’ Kjoto. Kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur fir-reġistri tal-Kapitolu VI għandhom ikunu jistgħu jżommu wkoll kwoti standard.

    Artikolu 63

    Tabella tal-ħolqien ta’ kwoti tar-reġistri tal-Kapitolu VI

    Ir-reġistru Komunitarju għandu jkun fih tabella tal-ħolqien ta’ kwoti tar-reġistri tal-Kapitolu VI, li tkun kapaċi tindika t-tagħrif li ġej:

    (a)

    il-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ reġistru;

    (b)

    l-għadd ta’ kwoti standard ikkonvertiti fi kwoti tal-Kapitolu VI;

    (c)

    l-għadd ta’ kwoti tal-Kapitolu VI kkonvertiti fi kwoti standard;

    (d)

    il-bilanċ nett tal-konverżjonijiet minn kwoti standard għal kwoti tal-Kapitolu VI espress billi jitnaqqas il-valur f’ (c) mill-valur f’ (b). Dan il-bilanċ jista’ jkollu valur negattiv.

    Artikolu 64

    Kxif ta’ diskrepanzi u inkonsistenzi mill-ITL fir-Reġistri tal-Kapitolu VI

    L-ITL għandu jinforma reġistru tal-Kapitolu VI dwar kwalunkwe diskrepanza mikxufa wara kontroll awtomatizzat fi proċess li dak ir-reġistru jkun ta bidu permezz tal-amministratur tar-reġistru Komunitarju. L-amministratur tar-reġistru tal-Kapitolu VI għandu jtemm il-proċess u l-amministratur tar-reġistru Komunitarju għandu jinforma lill-ITL b’dan. L-amministratur tar-reġistru tal-Kapitolu VI, u kwalunkwe amministratur ta’ reġistru ieħor ikkonċernat għandu jinforma minnufih lid-detenturi tal-kontijiet rilevanti li l-proċess kien ġie tterminat.

    Artikolu 65

    Proċessi addizzjonali fir-reġistri tal-Kapitolu VI

    1.   Reġistri tal-Kapitolu VI għandhom ikunu kapaċi jlestu l-proċessi stipulati fl-Artikolu 31(1), barra l-proċessi stipulati fil-punt (d) tiegħu, u l-proċessi li ġejjin:

    (a)

    il-proċess ta’ ħruġ ta’ kwoti tal-Kapitolu VI;

    (b)

    il-proċess ta’ korrezzjoni ta’ kwoti tal-Kapitolu VI.

    2.   Reġistri tal-Kapitolu VI għandhom japplikaw il-proċessi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 minflok il-proċessi stipulati fil-punt (d) tal-Artikolu 31(1).

    Artikolu 66

    Finalizzazzjoni ta’ proċessi li jikkonċernaw kontijiet, emissjonijiet ivverifikati u tabelli tal-pjan nazzjonali dwar allokazzjonijiet

    Il-proċessi kollha mibdija minn reġistri tal-Kapitolu VI li jikkonċernaw kontijiet, emissjonijiet ivverifikati u tabelli tal-pjan nazzjonali dwar allokazzjonijiet għandhom ikunu finali meta s-CITL jinforma b’suċċess lir-reġistru Komunitarju li ma sab ebda diskrepanzi fil-proposta mibgħuta lilu.

    Artikolu 67

    Finalizzazzjoni ta’ proċessi li jikkonċernaw unitajiet ta’ Kjoto għar-reġistri tal-Kapitolu VI

    Il-proċessi kollha mibdija minn reġistri tal-Kapitolu VI li jikkonċernaw l-unitajiet ta’ Kjoto, barra l-proċess ta’ trasferiment estern ta’ unitajiet ta’ Kjoto, għandhom ikunu finali meta kemm l-ITL kif ukoll is-CITL jinformaw lir-reġistru Komunitarju li ma sabu ebda diskrepanza fil-proposta mibgħuta lilhom u r-reġistru Komunitarju jibgħat b’suċċess konferma liż-żewġ reġistri tat-tranżizzjonijiet li r-rekords kienu aġġornati skond il-proposta.

    Artikolu 68

    Finalizzazzjoni tal-proċess ta’ trasferiment estern ta’ unitajiet ta’ Kjoto li jinvolvi r-reġistri tal-Kapitolu VI

    Proċess li jinvolvi reġistru tal-Kapitolu VI li jikkonċerna t-trasferiment estern ta’ unità ta’ Kjoto għandu jkun finali jekk jiġu ssodisfati b’mod sħiħ il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    kemm l-ITL kif ukoll is-CITL jinformaw lir-reġistru tal-akkwist jew lir-reġistru Komunitarju jekk ir-reġistru tal-akkwist huwa reġistru tal-Kapitolu VI, li ma sabu ebda diskrepanza fil-proposta mibgħuta lilhom mir-reġistru tal-bidu, jew ir-reġistru Komunitarju jekk ir-reġistru tal-bidu huwa reġistru tal-Kapitolu VI; u

    (b)

    ir-reġistru tal-akkwist, jew ir-reġistru Komunitarju jekk ir-reġistru tal-akkwist huwa reġistru tal-Kapitolu VI, bagħat b’suċċess konferma liż-żewġ reġistri tat-tranżizzjonijiet li r-rekords tiegħu kienu aġġornati skond il-proposta tar-reġistru tal-bidu.

    Artikolu 69

    Korrezzjoni tal-kwoti fir-reġistri tal-Kapitolu VI

    L-amministratur ta’ reġistru tal-Kapitolu VI għandu, sussegwentement għal kwalunkwe korrezzjoni magħmula skond l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(2) li sseħħ wara li jinħarġu l-kwoti skond l-Artikolu 70 u li tnaqqas il-kwantità totali ta’ dawk il-kwoti għall-perjodu 2008-2012 jew perjodi sussegwenti, jittrasferixxi l-għadd tal-kwoti speċifikati mill-awtorità kompetenti fil-kont nazzjonali ta’ tneħħija ta’ kwoti għall-perjodu rilevanti bl-użu tal-proċess ta’ korrezzjoni ta’ kwoti tal-Kapitolu VI.

    Artikolu 70

    Ħruġ ta’ kwoti fir-reġistri tal-Kapitolu VI

    Wara li t-tabella tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet tiddaħħal fis-CITL u, suġġett għall-Artikolu 38(2) sat-28 ta’ Frar tal-ewwel sena tal-perjodu 2008-2012 u ta’ kull perjodu sussegwenti, l-amministratur tar-reġistru għandu, bl-użu tal-proċess ta’ ħruġ ta’ kwoti tal-Kapitolu VI:

    (a)

    joħroġ il-kwantità totali ta’ kwoti stipulata fit-tabella tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet fil-kont ta’ depożitu tal-kwota nazzjonali; u

    (b)

    jassenja kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ unità waħdanija lil kull kwota.

    Artikolu 71

    Trasferimenti ta’ kwoti minn detenturi ta’ kontijiet fir-reġistri tal-Kapitolu VI

    1.   Wara talba minn detentur ta’ kont, l-amministratur ta’ reġistru tal-Kapitolu VI għandu jwettaq kwalunkwe trasferiment ta’ kwoti tal-Kapitolu VI bejn il-kontijiet ta’ depożitu ta’ kwota nazzjonali, kontijiet ta’ depożiti ta’ operatur u kontijiet ta’ depożiti ta’ persuna fir-reġistru tiegħu u f’reġistru ieħor tal-Kapitolu VI bl-użu tal-proċess ta’ trasferiment intern ta’ kwoti.

    2.   Wara talba minn detentur ta’ kont, l-amministratur ta’ reġistru tal-Kapitolu VI għandu jwettaq kwalunkwe trasferiment ta’ kwoti tal-Kapitolu VI bejn il-kontijiet ta’ depożitu ta’ kwota nazzjonali, kontijiet ta’ depożiti ta’ operatur u kontijiet ta’ depożiti ta’ persuna fir-reġistru tiegħu u f’reġistru li mhuwiex reġistru tal-Kapitolu VI bl-użu tal-proċess ta’ trasferiment estern ta’ kwoti.

    3.   Bl-eċċezzjoni tal-konverżjoni tagħhom fi kwoti tal-Kapitolu VI, l-amministratur ta’ reġistru tal-Kapitolu VI ma għandux jippermetti kwalunkwe tranżizzjoni bi kwoti standard minn kwalunkwe kont fir-reġistru tiegħu għal kwalunkwe kont f’reġistru tal-Kapitolu VI.

    Artikolu 72

    Trasferimenti ta’ unitajiet ta’ Kjoto minn detenturi ta’ kontijiet fir-reġistri tal-Kapitolu VI

    1.   Wara talba minn detentur ta’ kont, l-amministratur ta’ reġistru tal-Kapitolu VI għandu jwettaq kwalunkwe trasferiment ta’ unitajiet ta’ Kjoto bejn il-kontijiet ta’ depożitu ta’ kwota nazzjonali, kontijiet ta’ depożiti ta’ operatur u kontijiet ta’ depożiti ta’ persuna fir-reġistru tiegħu u f’reġistru ieħor tal-Kapitolu VI bl-użu tal-proċess ta’ trasferiment intern ta’ unitajiet ta’ Kjoto.

    2.   L-amministratur ta’ reġistru tal-Kapitolu VI għandu jwettaq kwalunkwe trasferiment ta’ unitajiet ta’ Kjoto bejn il-kontijiet ta’ depożitu ta’ kwota nazzjonali, kontijiet ta’ depożiti ta’ operatur u kontijiet ta’ depożiti ta’ persuna fir-reġistru tiegħu u f’reġistru mhux tal-Kapitolu VI kif mitlub minn detentur ta’ kont bl-użu tal-proċess ta’ trasferiment estern ta’ unitajiet ta’ Kjoto.

    Artikolu 73

    Konverżjoni ta’ kwoti standard fi kwoti tal-Kapitolu VI

    1.   Meta amministratur ta’ reġistru tal-Kapitolu VI jirċievi talba mingħand detentur ta’ kont biex jikkonverti kwoti standard miżmuma fir-reġistru tiegħu fi kwoti tal-Kapitolu VI, l-amministratur tar-reġistru għandu, bl-użu tal-proċess ta’ konverżjoni ta’ kwoti ta’ reġistru standard fi kwoti tal-Kapitolu VI:

    (a)

    jikkonverti l-kwota standard fi kwota tal-Kapitolu VI; u

    (b)

    jitlob lir-reġistru Komunitarju biex jaġġorna t-tabella tal-ħolqien ta’ kwoti tar-reġistri tal-Kapitolu VI bil-kwantità ta’ kwoti kkonvertiti.

    2.   Amministraturi tar-reġistri tal-Kapitolu VI biss jistgħu jikkonvertu kwoti standard fi kwoti tal-Kapitolu VI.

    Artikolu 74

    Konverżjoni ta’ kwoti tal-Kapitolu VI fi kwoti ta’ reġistru standard

    1.   Meta l-amministratur ta’ reġistru tal-Kapitolu VI jirċievi talba mingħand detentur ta’ kont biex jikkonverti kwoti tal-Kapitolu VI fi kwoti standard, huwa għandu jivverifika jekk l-ammont mitlub biex ikun ikkonvertit huwiex inqas minn jew daqs is-somma ta’:

    (a)

    il-bilanċ tal-kont ta’ depożitu ETS AAU tar-reġistri tal-Kapitolu VI; u

    (b)

    il-bilanċ nett tal-konverżjonijiet minn kwoti standard għal kwoti tal-Kapitolu VI fit-tabella tal-ħolqien ta’ kwoti tar-reġistri tal-Kapitolu VI.

    2.   Jekk l-ammont mitlub biex ikun ikkonvertit huwa ogħla mis-somma kkalkulata skond il-paragrafu 1, l-amministratur tar-reġistru għandu jirrifjuta li jwettaq il-konverżjoni.

    3.   Jekk l-ammont mitlub biex ikun ikkonvertit huwa inqas jew daqs is-somma kkalkulata skond il-paragrafu 1, l-amministratur tar-reġistru għandu, biex iwettaq il-konverżjoni bl-użu tal-proċess ta’ konverżjoni ta’ kwoti tal-Kapitolu VI għal kwoti standard:

    (a)

    jikkonverti l-kwota tal-Kapitolu VI fi kwota standard; u

    (b)

    jitlob lir-reġistru Komunitarju biex jaġġorna t-tabella tal-ħolqien ta’ kwoti tar-reġistri tal-Kapitolu VI bil-kwantità ta’ kwoti kkonvertiti.

    4.   Amministraturi tar-reġistri tal-Kapitolu VI biss jistgħu jikkonvertu kwoti tal-Kapitolu VI fi kwoti standard.

    Artikolu 75

    Ċediment ta’ kwoti, ERUs u CERs fir-reġistri tal-Kapitolu VI

    1.   Operaturi f’reġistri tal-Kapitolu VI għandhom iċedu kwoti tal-Kapitolu VI biss.

    2.   Iċ-ċediment ta’ CERs u ERUs minn operatur skond l-Artikolu 11a tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward ta’ installazzjoni għandu jseħħ permezz ta’ operatur li jitlob lill-amministratur tar-reġistru ta’ reġistru tal-Kapitolu VI biex:

    (a)

    jittrasferixxi għadd speċifiku ta’ CERs jew ERUs għal sena speċifika mill-kont ta’ depożitu ta’ operatur rilevanti għall-kont ta’ depożitu ta’ Parti fir-reġistru Komunitarju;

    (b)

    jirrekordja l-għadd ta’ CERs u ERUs ittrasferiti ta’ dik l-installazzjoni kif ċeduti għall-perjodu attwali.

    3.   L-amministratur tar-reġistru għandu jaċċetta biss talbiet għaċ-ċediment ta’ CERs u ERUs sal-perċentwal ta’ allokazzjoni għal kull installazzjoni speċifikat mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru. Is-CITL għandu jwarrab kwalunkwe talba għal ċediment ta’ CERs u ERUs li taqbeż l-ammont massimu ta’ CERs u ERUs permess li jkun ċedut.

    4.   It-trasferiment u l-irrekordjar għandhom iseħħu permezz tal-użu tal-proċess ta’ ċediment ta’ CERs u ERUs.

    Artikolu 76

    Tneħħija ta’ kwoti, irtirar ta’ CERs u ERUs fir-reġistri tal-Kapitolu VI

    1.   Sat-30 ta’ Ġunju tas-sena li tiġi wara s-sena tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u kull sena minn dakinhar 'l hemm, l-amministraturi tar-reġistri tal-Kapitolu VI għandhom jew:

    (a)

    jittrasferixxi AAUs, ERUs jew CERs (imma mhux lCERs jew tCERs) għall-kont ta’ irtirar ta’ unitajiet; jew

    (b)

    jittrasferixxu kwoti għall-kont ta’ tneħħija ta’ kwota nazzjonali.

    2.   Is-somma tal-unitajiet ittrasferiti skond il-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu daqs l-ammont ta’ ERUs jew CERs ċeduti skond l-Artikolu 75 għall-perjodu attwali bejn l-1 ta’ Mejju tas-sena ta’ qabel u t-30 ta’ April tas-sena attwali.

    Artikolu 77

    Approvazzjoni ta’ trasferimenti ta’ kwoti fir-reġistri tal-Kapitolu VI

    1.   Biex ikun żgurat li l-ammont ta’ AAUs fil-kont ta’ depożitu ETS AAU ta’ reġistri li mhumiex reġistri tal-Kapitolu VI huwa ugwali għall-ammont ta’ kwoti miżmum f’dak ir-reġistru fl-ewwel jum tax-xogħol wara l-1 ta’ Mejju, għandhom jittieħdu l-passi li ġejjin fir-rigward ta’ reġistri tal-Kapitolu VI:

    (a)

    fl-1 ta’ Mejju, l-Amministratur Ċentrali jirrekordja l-bilanċ nett tal-konverżjonijiet minn kwoti standard għal kwoti tal-Kapitolu VI rrekordjati fit-tabella tal-ħolqien ta’ kwoti fir-reġistri tal-Kapitolu VI, u immedjatamant wara jissettja l-valuri kollha f’dik it-tabella għal żero.

    (b)

    jekk il-bilanċ irrekordjat skond il-punt (a) kien negattiv, l-amministratur tar-reġistru Komunitarju għandu, meta jkun innotifikat mill-Amministratur Ċentrali, jittasferixxi sal-5 ta’ Mejju kwantità ta’ AAUs daqs dan il-valur mill-kont ta’ depożitu ETS AAU tar-reġistri tal-Kapitolu VI għall-kont ta’ approvazzjoni ċentrali tal-ETS fir-reġistru Komunitarju bl-użu tal-proċess ta’ trasferiment intern tal-unitajiet ta’ Kjoto;

    (c)

    jekk il-bilanċ irrekordjat skond il-punt (a) kien pożittiv, l-amministratur tar-reġistru Komunitarju għandu, meta jkun innotifikat mill-Amministratur Ċentrali, jittasferixxi sal-5 ta’ Mejju kwantità ta’ AAUs daqs dan il-valur mill-kont ta’ approvazzjoni ċentrali tal-ETS fir-reġistru Komunitarju għall-kont ta’ depożitu ETS AAU tar-reġistri tal-Kapitolu VI bl-użu tal-proċess ta’ trasferiment intern tal-unitajiet ta’ Kjoto.

    2.   Ma jkunx possibbli li jsiru konverżjonijiet ta’ kwoti tal-Kapitolu VI għal kwoti standard sakemm ma jkunx tlesta l-proċess imsemmi fil-paragrafu 1.

    KAPITOLU VII

    REKWIŻITI TAS-SIGURTÀ, AWTENTIKAZZJONI U DRITTIJIET TA’ AĊĊESS

    Artikolu 78

    Rekwiżiti tas-sigurtà

    Kull reġistru u s-CITL għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tas-sigurtà stipulati fil-Format tal-Iskambju tad-Data msemmi fl-Artikolu 9.

    Artikolu 79

    Verifika

    1.   L-identità ta’ kull reġistru u s-CITL għandha tiġi vverifikata bl-użu ta’ ċertifikati diġitali u usernames u passwords kif indikat fil-Format tal-Iskambju tad-Data msemmi fl-Artikolu 9.

    2.   Reġistri tal-Kapitolu VI għandhom jiġu vverifikati għas-CITL permezz tar-reġistru Komunitarju bl-użu ta’ ċertifikati diġitali u usernames u passwords kif speċifikat fil-Format tal-Iskambju tad-Data msemmi fl-Artikolu 9.

    3.   Il-Kummissjoni, jew entità maħtura minnha, għandha taġixxi bħala l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni għaċ-ċertifikati diġitali kollha skond il-paragrafu 1 użati bil-għan li jistabbilixxu l-konnessjoni tal-komunikazzjoni diretta msemmija fl-Artikolu 6 u għandha tqassam il-usernames u l-passwords.

    4.   L-Istati Membri u l-Komunità għandhom jużaw iċ-ċertifikati diġitali maħruġa mis-Segretarjat tal-UNFCCC, jew entità maħtura minnha, biex jivverifikaw ir-reġistri tagħhom lill-ITL bil-għan li jistabbilixxu l-konnessjoni tal-komunikazzjoni indiretta msemmija fl-Artikolu 7.

    5.   Ir-reġistri tal-Kapitolu VI għandhom jiġu vverifikati għall-ITL permezz tar-reġistru Komunitarju biċ-ċertifikati diġitali maħruġa mis-Segretarjat tal-UNFCCC, jew entità maħtura minnha.

    Artikolu 80

    Aċċess għar-reġistri

    1.   Rappreżentant awtorizzat jista’ jkollu aċċess biss għall-kontijiet f’reġistru li huwa awtorizzat li jaċċessa u jkun jista’ jitlob biss il-bidu tal-proċessi li huwa awtorizzat jitlob skond l-Artikolu 19.

    2.   Dak l-aċċess jew talba għandu jseħħ permezz ta’ żona sigura fil-websajt ta’ dak ir-reġistru.

    3.   L-amministratur tar-reġistru għandu joħroġ username u password lil kull rappreżentant awtorizzat biex jippermetti l-livell ta’ aċċess għall-kontijiet jew il-proċessi li huwa jkun awtorizzat għalihom. L-amministraturi tar-reġistri jistgħu japplikaw rekwiżiti tas-sigurtà addizzjonali jew aktar stretti jekk dawn ikunu kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

    4.   L-amministratur tar-reġistru jista’ jassumi li l-utent li jdaħħal username u password li jaqblu huwa r-rappreżentant awtorizzat irreġistrat b’dawk il-username u password, sakemm ir-rappreżentant awtorizzat ma jinformax lill-amministratur tar-reġistru li s-sigurtà tal-password tiegħu ġiet kompromessa u jitlob li tinbidel.

    5.   L-amministratur tar-reġistru għandu joħroġ tali passwords bħala sostituti mingħajr dewmien bla bżonn.

    6.   L-amministratur tar-reġistru għandu jiżgura li ż-żona sigura tal-websajt tar-reġistru tkun aċċessibbli għal kwalunkwe kompjuter li juża brawżer tal-Internet li huwa disponibbli b’mod mifrux. Il-komunikazzjonijiet bejn ir-rappreżentanti awtorizzati u ż-żona sigura tal-websajt tar-reġistru għandha tkun bil-kowd f’konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà deskritti fil-Format tal-Iskambju tad-Data msemmi fl-Artikolu 9.

    7.   L-amministratur tar-reġistru għandu jwettaq il-passi kollha meħtieġa biex jiżgura li ma jseħħx aċċess mhux awtorizzat fiż-żona sigura tal-websajt tar-reġistru.

    Artikolu 81

    Sospensjoni tal-aċċess għall-kontijiet

    1.   L-Amministratur Ċentrali u kull amministratur tar-reġistru jistgħu jissospendu l-password ta’ rappreżentant awtorizzat għall-kontijiet u l-proċessi li għalihom dak ir-rappreżentant awtorizzat kieku kien ikollu aċċess għalihom, fil-każ biss jekk ir-rappreżentant awtorizzat kien, jew dak l-amministratur għandu bażi raġonevoli biex jemmen li r-rappreżentant awtorizzat kien:

    (a)

    ipprova jidħol fil-kontijiet jew il-proċessi li mhuwiex awtorizzat jidħol fihom;

    (b)

    ipprova ripetutament jidħol f’kont jew proċess billi juża username u password li ma jaqblux; jew

    (c)

    ipprova, jew qed jipprova, jimmina s-sigurtà tar-reġistru jew tas-sistema tar-reġistri.

    2.   Fejn l-aċċċess għal kont ta’ depożitu ta’ operatur kien sospiż skond il-paragrafu 1 bejn it-28 ta’ April u t-30 ta’ April, l-amministratur tar-reġistru għandu, jekk jintalab jagħmel dan mid-detentur tal-kont u wara s-sottomissjoni tal-identità tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu permezz ta’ xhieda ta’ appoġġ, iċedi l-għadd ta’ kwoti u ERUs u CERs speċifikati mid-detentur tal-kont billi juża l-proċess ta’ ċediment ta’ kwota u l-proċess ta’ ċediment ta’ CERs u ERUs.

    KAPITOLU VIII

    DISPONIBBILTÀ U AFFIDABBILTÀ TAT-TAGĦRIF

    Artikolu 82

    Disponibbiltà u affidabbiltà tar-reġistri u s-CITL

    1.   L-Amministratur Ċentrali u kull amministratur tar-reġistru għandhom iwettqu l-passi raġonevoli kollha biex jiżguraw li:

    (a)

    ir-reġistru huwa disponibbli għall-aċċess mid-detenturi tal-kontijiet 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, u li l-konnessjoni tal-komunikazzjoni bejn ir-reġistru u s-CITL tinżamm 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, biex b’hekk iforni tagħmir u softwer ta’ appoġġ meta jkun meħtieġ fil-każ li jkun hemm qtugħ fl-operazzjonijiet tat-tagħmir u s-softwer primarju;

    (b)

    ir-reġistru u s-CITL iwieġbu minnufih għat-talbiet li jsiru mid-detenturi tal-kontijiet.

    2.   Huma għandhom jiżguraw li r-reġistru u s-CITL jinkorporaw sistemi u proċeduri sodi għas-salvagwardja tad-data kollha u l-irkupru minnufih tad-data u tal-operazzjonijiet kollha fil-każ ta’ diżastru.

    3.   Huma għandhom iżommu l-interuzzjonijiet fl-operat tar-reġistru u s-CITL għall-minimu possibbli.

    Artikolu 83

    Sospensjoni tal-aċċess

    L-Amministratur Ċentrali jista’ jissospendi l-aċċess għas-CITL u l-amministratur tar-reġistru jista’ jissospendi l-aċċess għar-reġistru tiegħu jekk ikun hemm vjolazzjoni tas-sigurtà tas-CITL jew ta’ reġistru li thedded l-integrità tas-CITL jew ta’ reġistru jew l-integrità tas-sistema tar-reġistri u l-faċilitajiet ta’ appoġġ imsemmija fl-Artikolu 82 ikunu affettwati b’mod simili.

    Artikolu 84

    Notifika ta’ sospensjoni tal-aċċess

    1.   Fil-każ ta’ vjolazzjoni tas-sigurtà tas-CITL li tista’ twassal għas-sospensjoni tal-aċċess, l-Amministratur Ċentrali għandu jinforma minnufih lill-amministraturi tar-reġistri rigward kwalunkwe riskju li jista’ jkun hemm għar-reġistri.

    2.   Fil-każ ta’ vjolazzjoni tas-sigurtà ta’ reġistru li tista’ twassal għas-sospensjoni tal-aċċess, l-amministratur tar-reġistru rilevanti għandu jinforma minnufih lill-Amministratur Ċentrali li għandu, min-naħa tiegħu, jinforma minnufih lill-amministraturi tar-reġistri l-oħra rigward kwalunkwe riskju li jista’ jkun hemm għar-reġistri.

    3.   Jekk l-amministratur tar-reġistru jsir jaf li huwa meħtieġ li jissospendi jew l-aċċess għall-kontijiet jew l-operazzjonijiet l-oħra tar-reġistru, huwa għandu jagħti tali avviż minn qabel rigward is-sospensjoni safejn ikun raġonevolment prattikabbli lid-detenturi tal-kontijiet rilevanti u lill-verifikaturi kollha, lill-Amministratur Ċentrali u lill-amministraturi tar-reġistri l-oħra.

    4.   Jekk l-Amministratur Ċentrali jsir jaf li huwa meħtieġ li jissospendi l-aċċess għall-operazzjonijiet tas-CITL, huwa għandu jagħti tali avviż minn qabel rigward is-sospensjoni safejn ikun raġonevolment prattikabbli lill-amministraturi tar-reġistri kollha.

    5.   L-avviżi msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jinkludu t-tul mistenni tas-sospensjoni u għandhom jintwerew b’mod ċar fiż-żona pubblika tal-websajt ta’ dak ir-reġistru jew fiż-żona pubblika tal-websajt tas-CITL.

    Artikolu 85

    Żona tal-ittestjar ta’ kull reġistru u s-CITL

    1.   Kull amministratur tar-reġistru għandu jistabbilixxi żona tal-ittestjar li fiha tkun tista’ tiġi ttestjata kwalunkwe verżjoni ġdida jew ħruġ ta’ reġistru bl-użu tal-proċeduri tal-ittestjar deskritti fil-Format tal-Iskambju tad-Data msemmi fl-Artikolu 9, biex ikun żgurat li:

    (a)

    kwalunkwe proċedura tal-ittestjar fuq verżjoni ġdida jew ħruġ ta’ reġistru titlesta mingħajr ma titnaqqas id-disponibbiltà għad-detenturi tal-kontijiet tal-verżjoni jew il-ħruġ tar-reġistru li attwalment għandha konnessjoni tal-komunikazzjoni mas-CITL jew ITL; u

    (b)

    kwalunkwe konnessjoni tal-komunikazzjoni bejn verżjoni ġdida jew ħruġ ta’ reġistru u s-CITL jew ITL tkun stabbilita u attivata bl-inqas tfixkil għad-detenturi tal-kontijiet.

    2.   L-Amministratur Ċentrali għandu jistabbilixxi żona tal-ittestjar biex iħaffef il-proċeduri tal-ittestjar imsemmija fil-paragrafu 1.

    3.   L-amministraturi tar-reġistri u l-Amministratur Ċentrali għandhom jiżguraw li t-tagħmir u s-softwer taż-żona tal-ittestjar tagħhom taħdem b’mod li huwa rappreżenattiv tal-prestazzjoni tat-tagħmir u s-softwer primarju msemmi fl-Artikolu 82.

    Artikolu 86

    Ġestjoni tal-bidla

    1.   L-Amministratur Ċentrali għandu jikkoordina mal-amministraturi tar-reġistri u s-Segretarjat tal-UNFCCC it-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe emenda futura għal dan ir-Regolament li tirriżulta f’tibdil fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tas-sistema tar-reġistri qabel l-implimentazzjoni tagħhom. Wara tali koordinazzjoni, l-Amministratur Ċentrali għandu jiddeċiedi dwar id-data tal-implimentazzjoni mir-reġistri u s-CITL ta’ kull verżjoni ġdida tal-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-istandards tal-iskambju tad-data għal sistemi tar-reġistri skond il-Protokoll ta’ Kjoto.

    2.   Jekk tkun meħtieġa verżjoni ġdida jew ħruġ ta’ reġistru, kull amministratur tar-reġistru u l-Amministratur Ċentrali għandu jlesti l-proċeduri tal-ittestjar stipulati fil-Format tal-Iskambju tad-Data msemmi fl-Artikolu 9 qabel tkun stabbilita u attivata konnessjoni tal-komunikazzjoni bejn il-verżjoni l-ġdida jew il-ħruġ ta’ dak ir-reġistru u s-CITL jew ITL.

    3.   Kull amministratur tar-reġistru għandu kontinwament jikkontrolla d-disponibbiltà, l-affidabbiltà u l-effiċjenza tar-reġistru tiegħu biex jiżgura livell ta’ prestazzjoni li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Jekk, bħala riżultat ta’ dan il-kontroll jew is-sospensjoni tal-konnessjoni tal-komunikazzjoni skond l-Artikolu 37, ikunu meħtieġa verżjoni ġdida jew ħruġ ta’ reġistru, kull amministratur tar-reġistru għandu jlesti l-proċeduri tal-ittestjar stipulati fil-Format tal-Iskambju tad-Data msemmi fl-Artikolu 9 qabel tiġi stabbilita u attivata konnessjoni tal-komunikazzjoni bejn il-verżjoni l-ġdida jew il-ħruġ ta’ dak ir-reġistru u s-CITL jew ITL.

    KAPITOLU IX

    REKORDS U TARIFFI

    Artikolu 87

    Rekords

    1.   L-Amministartur Ċentrali u kull amministratur tar-reġistru għandu jaħżen ir-rekords li jikkonċernaw il-proċessi u d-detenturi tal-kontijiet kollha għal 15-il sena jew sakemm tkun riżolta kwalunkwe kwistjoni ta’ implimentazzjoni relatata magħhom, skond liema waħda tkun l-aħħar.

    2.   Ir-rekords għandhom jinħażnu skond ir-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni tad-data deskritti fil-Format tal-Iskambju tad-Data msemmi fl-Artikolu 9.

    Artikolu 88

    Tariffi

    1.   Kwalunkwe tariffa mitluba mill-amministratur tar-reġistru lid-detenturi tal-kontijiet għandha tkun raġonevoli u għandha tintwera b’mod ċar fiż-żona pubblika tal-websajt ta’ dak ir-reġistru. L-amministraturi tar-reġistri ma għandhomx jagħmlu differenzi bejn tali tariffi fuq il-bażi tal-lokazzjoni tad-detentur tal-kont fil-Komunità.

    2.   L-amministraturi tar-reġistri ma għandhomx jimponu tariffi fuq id-detenturi tal-kontijiet għal proċessi relatati mat-trasferimenti tal-kwoti, iċ-ċediment ta’ kwoti, ERUs u CERs, ibbankjar, kanċellazzjoni u irtirar.

    KAPITOLU X

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 89

    Implimentazzjoni

    Meta jkunu qiegħdin jimplimentaw dan ir-Regolament, l-amministraturi tar-reġistri għandhom iċaqalqu kwalunkwe kwota miżmuma fi kwalunkwe kont rikonoxxuta bħala AAUs mill-ITL fil-kont ta’ depożitu tal-AAU u

    (a)

    joħorġu ammont ugwali ta’ kwoti mhux rikonoxxuti bħala AAUs mill-ITL

    (b)

    jittrasferixxu fil-kontijiet ammont ta’ kwoti mhux rikonoxxuti bħala AAUs mill-ITL ugwali għad-depożiti ta’ kwoti ta’ dawn il-kontijiet fil-passat skond il-proċeduri definiti fid-Data Excange Format.

    Artikolu 90

    Emendi tar-Regolament (KE) Nru 2216/2004

    Ir-Regolament (KE) Nru 2216/2004 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Artikolu 7 (5) jinbidel b’dan li ġej:

    “5.   Sitt xhur wara l-istabbiliment tal-ewwel konnessjoni tal-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tal-istandards tal-iskambju tad-data għal sistemi tar-reġistri skond il-Protokoll ta’ Kjoto elaborati skond id-Deċiżjoni 24/CP.8 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, u jekk issib li jipprovdu għall-possibbiltà tal-istabbiliment ta’ konnessjoni tal-komunikazzjoni bejn ir-reġistri u r-reġistru tat-tranżazzjonijiet internazzjonali tal-UNFCCC, biex ikun stabbilit permezz tar-reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-Komunità, biex b’hekk tkun tista’ ssir is-simplifikazzjoni tal-arkitettura tas-sistema tar-reġistri, hija għandha tipproponi minnufih emenda għal dan ir-Regolament bil-għan li tissimplifika l-arkitettura tas-sistema tar-reġistri.”

    (b)

    Jiżdied Artikolu 7a ġdid:

    “Artikolu 7a

    Jekk il-konnessjoni tal-komunikazzjoni bejn ir-reġistri tat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7 tkun stabbilita wara jkunu nħarġu l-kwoti għall-perjodu 2008-2012 skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE, l-amministraturi tar-reġistri għandhom, mat-tlestija tal-konnessjoni, jibdlu kwalunkwe kwota fir-reġistru tagħhom b’ammont ugwali ta’ kwoti rrikonoxxuti bħala unitajiet għall-ammont assenjat mir-reġistru internazzjonali tat-tranżazzjonijiet tal-UNFCCC.”

    (c)

    Artikolu 11 (2) jinbidel b’dan li ġej:

    “2.   Mill-1 ta’ Jannar 2005 'l quddiem, ir-reġistru ta’ kull Stat Membru għandu jkun fih kont wieħed ta’ depożitu ta’ operatur għal kull installazzjoni maħluq skond l-Artikolu 15 u mill-inqas kont wieħed ta’ depożitu ta’ persuna għal kull persuna maħluq skond l-Artikolu 19.”

    (d)

    It-tieni paragrafu tal-Artikolu 53 jinbidel b’dan li ġej:

    “L-amministratur tar-reġistru għandu jaċċetta biss talbiet għaċ-ċediment ta’ CERs u ERUs sal-perċentwal tal-allokazzjoni għal kull installazzjoni speċifikat mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru. Is-CITL għandu jwarrab kwalunkwe talba għaċ-ċediment ta’ CERs u ERUs li taqbeż l-ammont massimu permess ta’ CERs u ERUs biex ikunu ċeduti fl-Istat Membru.”

    (e)

    Artikolu 63i jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 63i

    Reġistri operati skond l-Artikolu 63a: kontijiet

    1.   Ir-reġistri operati skond l-Artikolu 63a għandu jkun fihom għallinqas żewġ kontijiet ta’ depożitu tal-Partijiet maħluqa skond l-Artikolu 12.

    2.   Wieħed mill-kontijiet ta’ depożitu ta’ Parti għandu jissejjaħ il-kont ta’ depożitu gateway. Il-kont ta’ depożitu gateway biss għandu jkollu kwoti b’unità tal-bidu tat-tip 1.

    3.   Kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur u persuna f’reġistri mħaddma skond l-Artikolu 63a għandu jkollhom il-kapaċità li jżommu kwoti b’unità tal-bidu tat-tip 1, kwoti b’unità tal-bidu tat-tip 0 u unità supplimentari tat-tip 4, u fejn ikun awtorizzat mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru jew tal-Komunità, CERs jew ERUs. Detenturi tal-kontijiet ta’ dawn il-kontijiet mhux se jkunu permessi jibdew kwalunkwe tranżazzjoni bi kwoti b’unità tal-bidu tat-tip 1, ħlief għall-konverżjoni tagħhom fi kwoti b’unità tal-bidu tat-tip 0 u unità supplimentari tat-tip 4, u t-trasferiment estern tagħhom għal reġistri mhux imħaddma skond l-Artikolu 63a.”

    (f)

    Artikolu 63l jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 63l

    Reġistri operati skond l-Artikolu 63a: trasferiment ta’ kwoti bejn kontijiet ta’ depożitu ta’ operaturi firreġistri operati skond l-Artikolu 63a u reġistri oħra.

    1.   Ir-reġistri mħaddma skond l-Artikolu 63a għandhom iwettqu kwalunkwe trasferiment ta’ kwoti b’unità tal-bidu tat-tip 0 u unità supplimentari tat-tip 4 bejn kont ta’ depożitu fir-reġistru tagħhom jew bejn żewġ reġistri mħaddma skond l-Artikolu 63a kif mitlub mid-detentur ta’ kont bl-użu tal-proċess ta’ trasferiment intern stipulat fl-Anness IX.

    2.   Ir-reġistri mħaddma skond l-Artikolu 63a ma għandhomx iwettqu kwalunkwe trasferiment ta’ kwoti b’unità tal-bidu tat-tip 0 u unità supplimentari tat-tip 4 għal reġistri mhux imħaddma skond l-Artikolu 63a.

    3.   Ir-reġistri mħaddma skond l-Artikolu 63a għandhom iwettqu kwalunkwe trasferiment ta’ kwoti b’unità tal-bidu tat-tip 1 għal reġistri mhux mħaddma skond l-Artikolu 63a kif mitlub mid-detentur ta’ kont bl-użu tal-proċess ta’ trasferiment estern stipulat fl-Anness IX.

    4.   Ir-reġistri mħaddma skond l-Artikolu 63a ma għandhom iwettqu l-ebda trasferiment ta’ kwoti b’unità tal-bidu tat-tip 1 għal kontijiet ta’ depożitu oħra fir-reġistru jew għal reġistri oħra mħaddma skond l-Artikolu 63a ħlief għal trasferimenti matul il-konverżjoni ta’ kwoti b’unità tal-bidu tat-tip 1 għal kwoti b’unità tal-bidu tat-tip 0 u unità supplimentari tat-tip 4.”

    (g)

    L-Artikolu 63la li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 63l:

    “Article 63la

    Konverżjoni ta’ kwoti

    1.   L-amministratur ta’ reġistru mħaddem skond l-Artikolu 63a għandu jwettaq kwalunkwe konverżjoni ta’ kwota b’unità tal-bidu tat-tip 1 miżmuma fir-reġistru tiegħu għal kwota b’unità tal-bidu tat-tip 0 u unità supplimentari tat-tip 4 kif mitlub minn detentur ta’ kont bl-użu tal-proċess ta’ konverżjoni ta’ kwoti għal unità supplimentari tat-tip 4 billi:

    (a)

    jittrasferixxi l-kwota li se tkun ikkonvertita għall-kont ta’ depożitu gateway tar-reġistru; u

    (b)

    joħroġ ammont ugwali ta’ kwoti b’unità tal-bidu tat-tip 0 u unità supplimentari tat-tip 4 għall-kont li minnu kienu ttrasferiti l-kwoti li se jkunu kkonvertiti.

    2.   Meta l-amministratur ta’ reġistru mħaddem skond l-Artikolu 63a jirċievi talba mingħand detentur ta’ kont biex jikkonverti kwoti b’unità tal-bidu tat-tip 0 u unità supplimentari tat-tip 4 fi kwoti b’unità tal-bidu tat-tip 1, huwa għandu jivverifika jekk l-ammont mitlub biex ikun ikkonvertit huwiex inqas minn jew daqs il-bilanċ tal-kont ta’ depożitu gateway. Jekk l-ammont mitlub biex ikun ikkonvertit huwa ogħla mill-bilanċ tal-kont ta’ depożitu gateway, l-amministratur tar-reġistru għandu jirrifjuta li jwettaq it-tranżazzjoni. F’każijiet oħrajn, l-amministratur tar-reġistru għandu jwettaq it-tranżazzjoni kif mitlub mid-detentur tal-kont bl-użu tal-proċess ta’ konverżjoni ta’ kwoti b’unità tal-bidu tat-tip 1, billi

    (a)

    jittrasferixxi l-kwoti mitluba biex ikunu kkonvertiti għall-kont ta’ kanċellazzjoni; u

    (b)

    jittrasferixxi ammont ugwali ta’ kwoti b’unità tal-bidu tat-tip 1 għall-kont li minnu kienu ttrasferiti l-kwoti li se jkunu kkonvertiti.

    3.   L-amministratur tar-reġistru Komunitarju jista’ jikkonverti AAUs fi kwoti b’unità tal-bidu tat-tip 1 u għandu jittrasferixxi tali kwoti kkonvertiti kollha f’kont ta’ depożitu gateway. Kwalunkwe kwota li tibqa’ f’kontijiet ta’ depożitu gateway wara t-30 ta’ Ġunju tas-sena li tiġi wara t-tmiem tal-perjodu 2008-2012 u l-perjodi sussegwenti għandhom ikunu ttrasferiti fir-reġistru Komunitarju.

    4.   L-Amministratur Ċentrali għandu jpoġġi għad-disponibbiltà tal-amministraturi tar-reġistri mħaddma skond l-Artikolu 63a, il-format tal-iskambju tad-data meħtieġ għall-iskambju tad-data bejn tali reġistri u r-reġistri tat-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw il-konverżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.”

    (h)

    Artikolu 63o jitneħħa.

    (i)

    Il-punt 1 tal-Anness III jinbidel b’dan li ġej:

    “Il-punti 1 sa 3.1, 3.4 sa 4.5 u l-punt 6 tat-tagħrif li jidentifika l-installazzjoni kif elenkata fis-sezzjoni 14.1 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2007/589/KE. L-isem tal-operatur għandu jkun identiku għall-isem tal-persuna naturali jew ġuridika li hija d-detentur tal-permess tal-gassijiet serra rilevanti. L-isem tal-installazzjoni għandu jkun identiku għall-isem indikat fil-permess tal-gassijiet serra rilevanti.”

    (j)

    Il-punt 8a li ġej jiżdied mal-Anness VI:

    “Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2010, l-amministratur tar-reġistru għandu jiddefinixxi l-aħħar żewġ ċifri tal-identifikatur tal-kont f’forma ta’ ċifra waħdanija ta’ validazzjoni tan-numru tal-kont li hija r-riżultat ta’ funzjoni loġika applikata għan-numri preċedenti fl-identifikatur tal-kont.”

    (k)

    L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fit-Tabella IX-1 tal-Anness IX, titneħħa r-ringiela li ġejja:

    “Trasferiment estern (bejn reġistru msemmi fl-Artikolu 63a u reġistru ieħor)

    03-00

    Firxa 7225 sa 7226”

    (b)

    Il-paragrafu 7 jitneħħa.

    (l)

    L-Anness XIa huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Ir-ringieli li ġejjin jiżdiedu mat-Tabella XIa-1:

     

    “IncreaseNAPallocationReserve

    Pubbliku

     

    RemoveNAPallocationReserve

    Pubbliku”

    (b)

    Ir-ringieli li ġejjin jiżdiedu mal-parti tat-Tabella XIa-2 bit-titolu Funzjonijiet esposti permezz tas-Servizzi tal-Internet:

    “IncreaseNAPallocationReserve()

    Iwettaq it-talbiet għal żieda fir-riżerva fit-tabella tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjoni bi kwantità ta’ kwoti akkwistati mir-reġistru permezz ta’ ‘riforniment’.

    RemoveNAPallocationReserve()

    Iwettaq it-talbiet għal tneħħija mir-riżerva fit-tabella tal-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjoni ta’ kwantità ta’ kwoti akkwistati mir-reġistru permezz ta’ ‘riforniment’.”

    (c)

    It-tabelli li ġejjin jiddaħħlu fl-Anness XI-a wara t-tabella XIa-6:

    “Table XIa-6a:   Il-Funzjoni NAPTableManagementWS IncreaseNAPallocationReserve ()

    L-Iskop

    Din il-funzjoni tirċievi talba biex tiżdied ir-riżerva fit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni. Ir-riżerva tiżdied bi kwantità li hija ekwivalenti għall-kwantità ta’ kwoti akkwistati mir-reġistru permezz ta’ ‘riforniment’.

    Ir-reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet Komunitarji jivverifika r-reġistru tal-bidu (ir-Reġistru tal-Oriġini) billi jsejjaħ il-funzjoni AuthenticateMessage() u jiċċekkja l-verżjoni tar-reġistru tal-bidu billi jsejjaħ il-funzjoni CheckVersion().

    Jekk il-kontrolli tal-awtentifikazzjoni u tal-verżjoni jgħaddu, jiġi rritornat identifikatur tar-riżultat ‘1’ mingħajr kodiċijiet tar-rispons, il-kontenut tat-talba jinkiteb f’fajl billi tissejjaħ il-funzjoni WriteToFile() u t-talba titpoġġa fi kju.

    Jekk il-kontrolli tal-awtentifikazzjoni jew tal-verżjoni jfallu, jiġi rritornat identifikatur tar-riżultat ‘0’ flimkien ma’ kodiċi tar-rispons waħdieni li jindika l-kawża tal-iżball.

    Parametri tat-Tidħil

    Minn

    Mandatorju

    Għal

    Mandatorju

    CorrelationId

    Mandatorju

    MajorVersion

    Mandatorju

    MinorVersion

    Mandatorju

    InitiatingRegistry

    Mandatorju

    CommitmentPeriod

    Mandatorju

    NewValueofReserve

    Mandatorju

    Parametri tal-Prodott

    ResultIdentifier

    Mandatorju

    ResponseCode

    Fakultattiv

    Użi

    AuthenticateMessage

    WriteToFile

    CheckVersion

    Użat Minn

    Mhux applikabbli (imsejjaħ servizz tal-Internet).


    Tabella XIa-6b:   Il-Funzjoni NAPTableManagementWS RemoveNAPallocationReserve ()

    L-Iskop

    Din il-funzjoni tirċievi talba biex titneħħa mir-riżerva fit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni kwantità ta’ kwoti akkwistati mir-reġistru permezz ta’ ‘riforniment’.

    Ir-reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet Komunitarji jivverifika r-reġistru tal-bidu (ir-Reġistru tal-Oriġini) billi jsejjaħ il-funzjoni AuthenticateMessage() u jiċċekkja l-verżjoni tar-reġistru tal-bidu billi jsejjaħ il-funzjoni CheckVersion().

    Jekk il-kontrolli tal-awtentifikazzjoni u tal-verżjoni jgħaddu, jiġi rritornat identifikatur tar-riżultat ‘1’ mingħajr kodiċijiet tar-rispons, il-kontenut tat-talba jinkiteb f’fajl billi tissejjaħ il-funzjoni WriteToFile() u t-talba titpoġġa fi kju.

    Jekk il-kontrolli tal-awtentifikazzjoni jew tal-verżjoni jfallu, jiġi rritornat identifikatur tar-riżultat ‘0’ flimkien ma’ kodiċi tar-rispons waħdieni li jindika l-kawża tal-iżball.

    Parametri tat-Tidħil

    Minn

    Mandatorju

    Għal

    Mandatorju

    CorrelationId

    Mandatorju

    MajorVersion

    Mandatorju

    MinorVersion

    Mandatorju

    InitiatingRegistry

    Mandatorju

    CommitmentPeriod

    Mandatorju

    NewValueofReserve

    Mandatorju

    Parametri tal-Prodott

    ResultIdentifier

    Mandatorju

    ResponseCode

    Fakultattiv

    Użi

    AuthenticateMessage

    WriteToFile

    CheckVersion

    Użat Minn

    Mhux applikabbli (imsejjaħ servizz tal-Internet).”

    (d)

    Ir-ringieli li ġejjin jiżdiedu mat-Tabella XIa-7:

    “IncreaseNAPallocationReserve

    7005, 7122, 7153, 7154, 7155, 7156, 7700, 7702

    7453

    RemoveNAPallocationReserve

    7005, 7122, 7153, 7154, 7155, 7156, 7700, 7702

    7454”

    (m)

    Ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu fit-Tabella XII-1 fl-ordni numeriku addattat:

    “7453

    Il-kwantità tal-kwoti miżjuda mar-riżerva trid tkun pożittiva.

     

    7454

    Il-kwantità tal-kwoti mneħħija mir-riżerva ma tridx taqbeż il-kwantità totali tal-kwoti akkwistati permezz ta’ ‘riforniment’.”

     

    (n)

    Il-paragrafu 5 tal-Anness XIV jinbidel b’dan li ġej:

    “5.

    Il-format għas-sottomissjoni ta’ tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni lill-Kummissjoni huwa dan li ġej:

    (a)

    l-għadd totali tal-kwoti maħruġa: f’ċellola waħda, l-għadd totali tal-kwoti li se jinħarġu għall-perjodu kopert mill-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijtiet;

    (b)

    l-għadd totali tal-kwoti mhux allokati lill-parteċipanti (ir-riżerva): f’ċellola waħda, l-għadd totali tal-kwoti (maħruġa jew mixtrija) li twarrbu għal detenturi ġodda u bejgħ bl-irkant għall-perjodu kopert mill-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet;

    (c)

    snin: f’ċelloli individwali għal kull waħda mis-snin koperti mill-pjan nazzjonali dwar l-allokazzjonijiet, wara xulxin, miż-żgħira għall-kbira;

    (d)

    kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ installazzjoni: f’ċelloli individwali miż-żgħira għall-kbira. L-installazzjonijiet elenkati għandhom jinkludu l-installazzjonijiet inklużi b’mod unilaterali skond l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE u ma għandhomx jinkludu l-installazzjonijiet esklużi b’mod temporanju skond l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE;

    (e)

    kwoti allokati: il-kwoti li se jkunu allokati għal sena speċifika għal installazzjoni speċifika għandhom jiddaħħlu fiċ-ċellola li tikkonnettja dik is-sena mal-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ dik l-installazzjoni.”

    (o)

    L-Anness XVI huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Il-paragrafu 4a jinbidel b’dan li ġej:

    “It-tagħrif ġenerali li ġej għandu jintwera u jkun aġġornat fi żmien 7 ijiem xogħol rigward kwalunkwe tibdil li jsir fih:

    (a)

    it-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ kull Stat Membru, li tindika l-allokazzjonijiet għall-installazzjonijiet u l-kwantità ta’ kwoti riżervati għal allokazzjonijiet jew bejgħ li jsiru aktar tard għandha tintwera u tkun aġġornata kull meta jkun hemm korrezzjoni fit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni, u tindika b’mod ċar fejn saru l-korrezzjonijiet;

    (b)

    it-tariffi mitluba għall-ħolqien u l-manutenzjoni annwali ta’ kontijiet ta’ depożitu f’kull reġistru. Aġġornamenti f’dan it-tagħrif għandhom jiġu nnotifikati lill-Amministratur Ċentrali mill-amministratur tar-reġistru fi żmien 15-il jum tax-xogħol rigward kwalunkwe tibdil fit-tariffi;

    (c)

    it-tip ta’ unitajiet ta’ Kjoto li jistgħu jinżammu f’kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur u ta’ persuna fir-reġistri.”

    (b)

    Il-paragrafu 4b tal-Anness XVI jitneħħa

    (c)

    Il-paragrafu 12a jinbidel b’dan li ġej:

    “L-Amministratur Ċentrali għandu jagħmel dan it-tagħrif li ġej disponibbli fiż-żona pubblika tal-websajt tar-reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet Komunitarji:

    (a)

    mit-30 ta’ April tas-sena (X+1) 'il quddiem, it-tagħrif li jindika l-perċentwal tas-sehem tal-kwoti ċeduti f’kull Stat Membru għas-sena X li ma kinux ittrasferiti qabel iċ-ċediment tagħhom;

    (b)

    numru waħdieni li jindika l-għadd totali ta’ kwoti, ERUs, CERs miżmum fir-reġistri kollha fil-kontijiet kollha ta’ depożitu ta’ operatur u ta’ persuna fil-jum ta’ qabel.”

    Artikolu 91

    Dħul fis-seħħ

    1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    L-Artikoli 2 sa 88 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2012.

    2.   Ir-Regolament (KE) Nru 2216/2004 jitħassar mill-1 ta’ Jannar 2012.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Ottubru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Stavros DIMAS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

    (2)  ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1.

    (3)  ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.

    (4)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

    (5)  ĠU L 201, 31.07.2002, p. 37.

    (6)  ĠU L 8, 12.01.2001, p. 1

    (7)  ĠU L 386, 29.12.2004, p. 1.

    (8)  ĠU L 229, 31.8.2007, p. 1.


    ANNESS I

    Tagħrif li jikkonċerna kontijiet ta’ Parti, kontijiet nazzjonali u kontijiet ta’ depożitu ta’ persuna li jrid jingħata lill-amministratur tar-reġistru

    1.

    L-isem, l-indirizz, il-belt, il-kodiċi postali, il-pajjiż, in-numru tat-telefown, in-numru tal-faks u l-indirizz tal-posta elettronika tal-persuna li titlob il-ħolqien ta’ kont ta’ depożitu ta’ persuna.

    2.

    Xhieda bħala appoġġ għall-identità tal-persuna li titlob il-ħolqien ta’ kont ta’ depożitu ta’ persuna.

    3.

    L-identifikatur alfanumeriku speċifikat mill-Istat Membru, il-Kummissjoni jew il-persuna għall-kont. L-identifikatur alfanumeriku għandu jkun waħdieni fir-reġistru.

    4.

    L-isem, l-indirizz, il-belt, il-kodiċi postali, il-pajjiż, in-numru tat-telefown, in-numru tal-faks u l-indirizz tal-posta elettronika tar-rappreżentant awtorizzat primarju tal-kont speċifikat mill-Istat Membru, il-Kummissjoni jew il-persuna għal dak il-kont.

    5.

    L-isem, l-indirizz, il-belt, il-kodiċi postali, il-pajjiż, in-numru tat-telefown, in-numru tal-faks u l-indirizz tal-posta elettronika tar-rappreżentant awtorizzat sekondarju tal-kont speċifikat mill-Istat Membru, il-Kummissjoni jew il-persuna għal dak il-kont.

    6.

    L-isem, l-indirizz, il-belt, il-kodiċi postali, il-pajjiż, in-numru tat-telefown, in-numru tal-faks u l-indirizz tal-posta elettronika ta’ kwalunkwe rappreżentant awtorizzat addizzjonali tal-kont u d-drittijiet tiegħu tal-aċċess għall-kont, speċifikati mill-Istat Membru, il-Kummissjoni jew il-persuna għal dak il-kont.

    7.

    Xhieda bħala appoġġ għall-identità tar-rappreżentanti awtorizzati tal-kont.


    ANNESS II

    TERMINI U KUNDIZZJONIJIET PRINĊIPALI

    L-istruttura u l-effetti tat-termini u l-kundizzjonijiet prinċipali

    1.

    Ir-relazzjoni bejn id-detenturi ta’ kont u l-amministraturi tar-reġistri.

    L-obbligi ta’ detentur ta’ kont u ta’ rappreżentant awtorizzat

    2.

    L-obbligi ta’ detentur ta’ kont u ta’ rappreżentant awtorizzat fir-rigward tas-sigurtà, usernames u passwords, u l-aċċess għall-websajt tar-reġistru.

    3.

    L-obbligu ta’ detentur ta’ kont u ta’ rappreżentant awtorizzat li jdaħħlu d-data fil-websajt tar-reġistru u li jiżguraw li d-data mdaħħla tkun preċiża.

    4.

    L-obbligu ta’ detentur ta’ kont u ta’ rappreżentant awtorizzat li jkunu konformi mat-termini tal-użu tal-websajt tar-reġistru.

    L-obbligi tal-amministratur tar-reġistru

    5.

    L-obbligu tal-amministratur tar-reġistru li jwettaq l-istruzzjonijiet ta’ detentur ta’ kont.

    6.

    L-obbligu tal-amministratur tar-reġistru li jirreġistra d-dettalji tad-detentur ta’ kont.

    7.

    L-obbligu tal-amministratur tar-reġistru li joħloq, jaġġorna jew jagħlaq il-kont skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament.

    Proċeduri tal-proċess

    8.

    Id-dispożizzjonijiet għall-finalizzazzjoni u l-konferma ta’ proċess.

    Ħlas

    9.

    It-termini u l-kundizzjonijiet rigward it-tariffi tar-reġistru għat-twaqqif u ż-żamma tal-kontijiet.

    Operat tal-websajt tar-reġistru

    10.

    Dispożizzjonijiet rigward id-dritt tal-amministratur tar-reġistru li jwettaq tibdiliet fil-websajt tar-reġistru.

    11.

    Kundizzjonijiet għall-użu tal-websajt tar-reġistru.

    Garanziji u indennizzi

    12.

    Preċiżjoni tat-tagħrif.

    13.

    Awtorità għall-inizjazzjoni tal-proċessi.

    Modifika ta’ dawn it-termini prinċipali biex jirriflettu t-tibdiliet f’dan ir-Regolament jew tibdiliet fil-leġiżlazzjoni domestika

    Is-sigurtà u r-rispons għall-vjolazzjonijiet fis-sigurtà

    Riżoluzzjoni tal-problemi

    14.

    Dispożizzjonijiet li jirrelataw ma’ problemi bejn id-detenturi tal-kontijiet.

    Responsabbiltà

    15.

    Il-limitu tar-responsabbiltà tal-amministratur tar-reġistru.

    16.

    Il-limitu tar-responsabbiltà tad-detentur ta’ kont.

    Drittijiet ta’ partijiet terzi

    Aġenzija, avviżi u l-liġi regolatorja


    ANNESS III

    Tagħrif li jikkonċerna kull kont ta’ depożitu ta’ operatur li jrid jingħata lill-amministratur tar-reġistru

    1.

    Il-punti 1 sa 3.1, 3.4 sa 4.5 u l-punt 6 tat-tagħrif li jidentifika l-installazzjoni kif elenkata fis-sezzjoni 14.1 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2007/589/KE (1). L-isem tal-operatur għandu jkun identiku għall-isem tal-persuna naturali jew ġuridika li hija d-detentur tal-permess tal-gassijiet serra rilevanti. L-isem tal-installazzjoni għandu jkun identiku għall-isem indikat fil-permess tal-gassijiet serra rilevanti.

    2.

    Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ permess speċifikat mill-awtorità kompetenti.

    3.

    Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-installazzjoni.

    4.

    L-identifikatur alfanumeriku speċifikat mill-operatur għall-kont, li jrid ikun uniku fir-reġistru.

    5.

    L-isem, l-indirizz, il-belt, il-kodiċi postali, il-pajjiż, in-numru tat-telefown, in-numru tal-faks u l-indirizz tal-posta elettronika tar-rappreżentant awtorizzat primarju tal-kont ta’ depożitu ta’ operatur speċifikat mill-operatur għal dak il-kont.

    6.

    L-isem, l-indirizz, il-belt, il-kodiċi postali, il-pajjiż, in-numru tat-telefown, in-numru tal-faks u l-indirizz tal-posta elettronika tar-rappreżentant awtorizzat sekondarju tal-kont ta’ depożitu ta’ operatur speċifikat mill-operatur għal dak il-kont.

    7.

    L-isem, l-indirizz, il-belt, il-kodiċi postali, il-pajjiż, in-numru tat-telefown, in-numru tal-faks u l-indirizz tal-posta elettronika ta’ kwalunkwe rappreżentant awtorizzat addizzjonali tal-kont ta’ depożitu ta’ operatur u d-drittijiet tiegħu tal-aċċess għall-kont, speċifikati mill-operatur għal dak il-kont.

    8.

    Xhieda bħala appoġġ għall-identità tar-rappreżentanti awtorizzati tal-kont ta’ depożitu ta’ operatur.


    (1)  2007/589/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2007 li tistabbilixxi linji ta' gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 229, 31.8.2007, p. 1.


    ANNESS IV

    Rekwiżiti ta’ rappurtar għal kull amministratur tar-reġistru u għall-Amministratur Ċentrali

    TAGĦRIF DISPONIBBLI PUBBLIKAMENT MINN KULL REĠISTRU U S-CITL

    1.

    L-Amministratur Ċentrali għandu juri u jaġġorna t-tagħrif fil-paragrafi 2 u 5 rigward is-sistema tar-reġistru fiż-żona pubblika tal-websajt tas-CITL, skont l-iskeda speċifikata, u kull amministratur tar-reġistru għandu juri u jaġġorna dan it-tagħrif fir-rigward tar-reġistru tiegħu fiż-żona pubblika tal-websajt ta’ dak ir-reġistru, skont l-iskeda speċifikata.

    2.

    It-tagħrif li ġej għal kull kont għandu jintwera matul il-ġimgħa wara li jinħoloq il-kont f’reġistru, u għandu jkun aġġornat kull ġimgħa:

    (a)

    isem id-detentur tal-kont: id-detentur tal-kont (persuna, operatur, il-Kummissjoni, Stat Membru); fil-każ tal-kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur, l-isem tad-detentur tal-kont għandu jkun identiku għall-isem tal-persuna naturali jew ġuridika li hija d-detentur tal-permess tal-gassijiet serra rilevanti;

    (b)

    l-identifikatur alfanumeriku: l-identifikatur speċifikat mid-detentur tal-kont assenjat għal kull kont;

    (ċ)

    l-isem, l-indirizz, il-belt, il-kodiċi postali, il-pajjiż, in-numru tat-telefown, in-numru tal-faks u l-indirizz tal-posta elettronika tar-rappreżentanti awtorizzati primarji, sekondarji u addizzjonali tal-kont speċifikati mid-detentur tal-kont għal dak il-kont, sakemm l-amministratur tar-reġistru ma jippermettix lid-detenturi tal-kontijiet sabiex jitolbu li jżommu dan it-tagħrif kollu, jew parti minnu bħala kunfidenzjali u d-detentur tal-kont ikun talab bil-miktub lill-amministratur tar-reġistru biex ma jurix dan it-tagħrif kollu, jew parti minnu.

    3.

    It-tagħrif addizzjonali li ġej għal kull kont ta’ depożitu ta’ operatur għandu jintwera matul il-ġimgħa wara li jkun inħoloq il-kont fir-reġistru, u għandu jkun aġġornat kull ġimgħa:

    (a)

    il-punti 1 sa 3.1, 3.4 sa 4.5 u l-punt 6 tat-tagħrif li jidentifika l-installazzjoni kif elenkata fis-sezzjoni 14.1 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2007/589/KE;

    (b)

    il-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ permess: il-kodiċi assenjata lill-installazzjoni relatata mal-kont ta’ depożitu ta’ operatur;

    (ċ)

    kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ installazzjoni: il-kodiċi assenjata lill-installazzjoni relatata mal-kont ta’ depożitu ta’ operatur;

    (d)

    kwoti allokati u maħruġin lill-installazzjoni relatata mal-kont ta’ depożitu ta’ operatur, li huwa parti mit-tabella tal-pjan nazzjonali tal-allokazzjoni skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE u l-korrezzjonijiet għal tali allokazzjonijiet;

    (e)

    id-data tad-dħul fis-seħħ tal-permess tal-gassijiet serra u d-data tal-ħolqien tal-kont.

    4.

    It-tagħrif addizzjonali li ġej għal kull kont ta’ depożitu ta’ operatur għas-snin 2005 ’l quddiem għandu jintwera skont id-dati speċifikati li ġejjin:

    (a)

    ċifra ivverifikata tal-emissjonijiet, flimkien mal-korrezzjonijiet tagħha għall-installazzjoni relatata mal-kont ta’ depożitu ta’ operatur għas-sena X għandha tintwera mill-15 ta’ Mejju tas-sena (X+1) ’il quddiem;

    (b)

    kwoti u ERUs/CERs ċeduti, bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ unità, għas-sena X għandhom jintwerew mill-15 ta’ Mejju tas-sena (X+1) ’il quddiem;

    (ċ)

    simbolu li jidentifika jekk l-installazzjoni relatata mal-kont ta’ depożitu ta’ l-operatur eċċedietx jew le l-għadd neċessarju ta’ kwoti għas-sena X sat-30 ta’ April tas-sena (X+1) skond il-punt (e) ta’ l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2003/89/KE u kwalunkwe bidla sussegwenti lil dan l-istatus skond korrezzjonijiet lill-emissjonijiet ivverifikati skond l-Artikolu 51(4) ta’ dan ir-Regolament, għandu jintwera mill-15 ta’ Mejju ’l quddiem tas-sena (X+1). Skond iċ-ċifra ta’ l-istatus ta’ konformità ta’ l-installazzjoni u l-istatus operattiv tar-reġistru, is-simboli li ġejjin għandhom jiġu esposti flimkien ma’ l-istqarrijiet li ġejjin:

    Tabella IV-1:   dikjarazzjonijiet ta’ konformità

    Status ta’ konformità għas-sena X fit-30 ta’ April tas-sena

    (X+1)

    Simbolu

    Dikjarazzjoni

    trid tintwera fuq is-CITL u r-reġistri

    Total tal-kwoti u ERUs/CERs ċeduti fil-perjodu ≥ emissjonijiet ivverifikati fil-perjodu sas-sena attwali

    A

    “L-għadd tal-kwoti u ERUs/CERs ċeduti sat-30 ta’ April huwa ikbar minn jew daqs l-emissjonijiet ivverifikati”

    Total tal-kwoti u ERUs/CERs ċeduti fil-perjodu < emissjonijiet ivverifikati fil-perjodu sas-sena attwali

    B

    “L-għadd tal-kwoti u ERUs/CERs ċeduti sat-30 ta’ April huwa inqas mill-emissjonijiet ivverifikati”

     

    C

    “L-emissjonijiet ivverifikati ma ddaħħlux sat-30 ta’ April”

    Emissjonijiet ivverifikati fil-perjodu sas-sena attwali kienu kkoreġuti mill-awtorità kompetenti

    D

    “Emissjonijiet ivverifikati ġew ikkoreġuti mill-awtorità kompetenti wara t-30 ta' April tas-sena X. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ddeċidiet li l-installazzjoni mhijiex konformi għas-sena X.”

    Emissjonijiet ivverifikati fil-perjodu sas-sena attwali kienu kkoreġuti mill-awtorità kompetenti

    E

    “Emissjonijiet ivverifikati ġew ikkoreġuti mill-awtorità kompetenti wara t-30 ta' April tas-sena X. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ddeċidiet li l-installazzjoni hija konformi għas-sena X.”

     

    X

    “Dħul tal-emissjonijiet ivverifikati u/jew ċediment kienu impossibbli sat-30 ta’ April minħabba li l-proċess ta’ ċediment ta’ kwoti u/jew il-proċess ta’ aġġornar ta’ emissjonijiet ivverifikati kienu sospiżi għar-reġistru tal-Istat Membru”;

    (d)

    simbolu li jindika jekk il-kont tal-installazzjoni jkun ibblokkjat għandu jintwera mill-31 ta’ Marzu tas-sena (X+1) ’il quddiem.

    5.

    It-tagħrif ġenerali li ġej għandu jintwera u jkun aġġornat fi żmien ġimgħa minn kwalunkwe tibdil li jsir fih:

    (a)

    it-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ kull Stat Membru, li tindika l-allokazzjonijiet għall-installazzjonijiet u l-kwantità ta’ kwoti rriżervati għal allokazzjonijiet jew bejgħ li jsiru aktar tard, għandha tintwera u tkun aġġornata kull meta jkun hemm korrezzjoni fit-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni, u tindika b’mod ċar fejn saru l-korrezzjonijiet.

    (b)

    it-tariffi mitluba għall-ħolqien u l-manutenzjoni annwali tal-kontijiet ta’ depożitu f’kull reġistru għandhom jintwerew fuq bażi kontinwa. Aġġornamenti ta’ dan it-tagħrif għandhom ikunu nnotifikati lill-Amministratur Ċentrali mill-amministratur tar-reġistru fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jseħħ kwalunkwe tibdil fit-tariffi;

    (ċ)

    it-tip ta’ unitajiet ta’ Kjoto li jistgħu jinżammu minn kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur u ta’ persuna fir-reġistri.

    TAGĦRIF DISPONIBBLI PUBBLIKAMENT MINN KULL REĠISTRU

    6.

    Kull amministratur tar-reġistru għandu juri u jaġġorna t-tagħrif fil-paragrafi 7 sa 10 fir-rigward tar-reġistru tiegħu fiż-żona pubblika tal-websajt ta’ dak ir-reġistru, skont l-iskeda speċifikata.

    7.

    It-tagħrif li ġej għal kull identifikatur ta’ proġett għal ħidma fi proġett implimentat skont l-Artikolu 6 tal-Protokoll ta’ Kjoto wara li l-Istat Membru jkun ħareġ l-ERUs għandu jintwera fil-ġimgħa wara li jseħħ il-ħruġ:

    (a)

    isem tal-proġett: isem waħdieni għall-proġett;

    (b)

    lokazzjoni tal-proġett: l-Istat Membru u l-belt u r-reġjun fejn il-proġett huwa lokalizzat;

    (ċ)

    snin tal-ħruġ tal-ERU: is-snin li fihom inħarġu l-ERUs bħala riżultat tal-ħidma fi proġett implimentat skont l-Artikolu 6 tal-Protokoll ta’ Kjoto;

    (d)

    rapporti: verżjonijiet elettroniċi li jistgħu jitniżżlu mill-Internet tad-dokumentazzjoni kollha disponibbli pubblikament relatata mal-proġett, inklużi proposti, monitoraġġ, verifika u ħruġ ta’ ERUs, fejn huma rilevanti, suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ kunfidenzjalità fid-Deċiżjoni 9/CMP.1 (Linji gwida għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 6 tal-Protokoll ta’ Kjoto) tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta’ Kjoto;

    (e)

    kwalunkwe tabella ta’ x’inhu mwarrab imfassla skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/780/KE (1).

    8.

    It-tagħrif li ġej dwar id-depożiti u t-tranżazzjonijiet, bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ unità, rilevanti għal dak ir-reġistru għas-snin mill-2005 ’l quddiem, għandu jintwera skont id-dati speċifikati li ġejjin:

    (a)

    il-kwantità totali ta’ ERUs, CERs, AAUs u RMUs miżmuma f’kull kont (depożitu ta’ persuna, depożitu ta’ operatur, depożitu ta’ Parti, kanċellazzjoni, tibdil jew irtirar) fl-1 ta’ Jannar tas-sena X għandha tintwera mill-15 ta’ Jannar tas-sena (X+5) ’il quddiem;

    (b)

    il-kwantità totali ta’ AAUs maħruġa fis-sena X fuq il-bażi tal-ammont assenjat skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 280/2004/KE għandha tintwera mill-15 ta’ Jannar tas-sena (X+1) ’il quddiem;

    (ċ)

    il-kwantità totali ta’ ERUs maħruġa fis-sena X fuq il-bażi tal-ħidma ta’ proġett implimentata skont l-Artikolu 6 tal-Protokoll ta’ Kjoto għandha tintwera mill-15 ta’ Jannar tas-sena (X+1) ’il quddiem;

    (d)

    il-kwantità totali ta’ ERUs, CERs, AAUs u RMUs akkwistati minn reġistri oħra fis-sena X u l-identità tal-kontijiet u r-reġistri ta’ trasferiment għandha tintwera mill-15 ta’ Jannar tas-sena (X+5) ’il quddiem;

    (e)

    il-kwantità totali ta’ RMUs maħruġa fis-sena X fuq il-bażi ta’ kull ħidma skont l-Artikolu 3, paragrafi 3 u 4 tal-Protokoll ta’ Kjoto għandha tintwera mill-15 ta’ Jannar tas-sena (X+1) ’il quddiem;

    (f)

    il-kwantità totali ta’ ERUs, CERs, AAUs u RMUs ittrasferiti f’reġistri oħra fis-sena X u l-identità tal-kontijiet u r-reġistri tal-akkwist għandhom jintwerew mill-15 ta’ Jannar tas-sena (X+5) ’il quddiem;

    (g)

    il-kwantità totali ta’ ERUs, CERs, AAUs u RMUs ikkanċellati fis-sena X fuq il-bażi ta’ ħidmiet skont l-Artikolu 3, paragrafi 3 u 4 tal-Protokoll ta’ Kjoto għandha tintwera mill-15 ta’ Jannar tas-sena (X+1) ’il quddiem;

    (h)

    il-kwantità totali ta’ ERUs, CERs, AAUs u RMUs ikkanċellati fis-sena X wara konstatazzjoni mill-kumitat dwar il-konformità skont il-Protokoll ta’ Kjoto li l-Istat Membru mhuwiex konformi mal-impenji tiegħu skont l-Artikolu 3, paragrafu 1 tal-Protokoll ta’ Kjoto għandha tintwera mill-15 ta’ Jannar tas-sena (X+1) ’il quddiem;

    (i)

    il-kwantità totali ta’ ERUs, CERs, AAUs u RMUs, jew kwoti, ikkanċellati fis-sena X u r-referenza għall-Artikolu li bis-saħħa tiegħu kienu kkanċellati dawk l-unitajiet ta’ Kjoto jew kwoti skont dan ir-Regolament għandhom jintwerew mill-15 ta’ Jannar tas-sena (X+1) ’il quddiem;

    (j)

    il-kwantità totali ta’ ERUs, CERs, AAUs, RMUs u kwoti irtirati fis-sena X għandha tintwera mill-15 ta’ Jannar tas-sena (X+1) ’il quddiem;

    (k)

    il-kwantità totali ta’ ERUs, CERs, AAUs irriportati fis-sena X mill-perjodu ta’ impenn ta’ qabel għandha tintwera mill-15 ta’ Jannar tas-sena (X+1) ’il quddiem;

    (l)

    il-kwantità totali ta’ kwoti mill-perjodu ta’ impenn ta’ qabel ikkanċellati u mibdula fis-sena X għandha tintwera mill-15 ta’ Mejju tas-sena X ’il quddiem;

    (m)

    depożiti attwali ta’ ERUs, CERs, AAUs u RMUs f’kull kont (depożitu ta’ persuna, depożitu ta’ operatur, depożitu ta’ Parti, kanċellazzjoni jew irtirar) fil-31 ta’ Diċembru tas-sena X għandhom jintwerew mill-15 ta’ Jannar tas-sena (X+5) ’il quddiem.

    9.

    Il-lista ta’ persuni awtorizzati mill-Istat Membru biex iżommu ERUs, CERs, AAUs u/jew RMUs fir-responsabbiltà tagħhom għandha tintwera fil-ġimgħa wara li jingħataw tali awtorizzazzjonijiet, u għandha tkun aġġornata kull ġimgħa.

    10.

    L-għadd totali ta’ CERs u ERUs li l-operaturi għandhom permess iċedu għal kull perjodu skont l-Artikolu 11a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE għandu jintwera skont l-Artikolu 30(3) tad-Direttiva 2003/87/KE.

    TAGĦRIF DISPONIBBLI PUBBLIKAMENT MIS-CITL

    11.

    L-Amministratur Ċentrali għandu juri u jaġġorna t-tagħrif fil-paragrafu 12 u 13 rigward is-sistema tar-reġistru tiegħu fiż-żona pubblika tal-websajt tas-CITL, skont l-iskeda speċifikata.

    12.

    It-tagħrif li ġej għal kull tranżazzjoni li tlestiet rilevanti għas-sistema tar-reġistri għas-sena X għandu jintwera mill-15 ta’ Jannar tas-sena (X+5) ’il quddiem:

    (a)

    kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ kont tal-kont ta’ trasferiment;

    (b)

    kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ kont tal-kont riċevitur;

    (ċ)

    isem id-detentur ta’ kont tal-kont ta’ trasferiment: id-detentur tal-kont (persuna, operatur, il-Kummissjoni, Stat Membru);

    (d)

    isem id-detentur ta’ kont tal-kont riċevitur: id-detentur tal-kont (persuna, operatur, il-Kummissjoni, Stat Membru);

    (e)

    kwoti jew unitajiet ta’ Kjoto involuti fit-tranżazzjoni bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ unità;

    (f)

    kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ tranżazzjoni;

    (g)

    data u ħin meta tlestiet it-tranżizzjoni (fil-Ħin Medjan ta' Greenwich);

    (h)

    tip tal-proċess: il-kategorizzazzjoni ta’ proċess skont l-Artikolu 31.

    13.

    L-Amministratur Ċentrali għandu jagħmel it-tagħrif li ġej disponibbli fiż-żona pubblika tal-websajt tas-CITL:

    (a)

    mit-30 ta’ April tas-sena (X+1) ’il quddiem it-tagħrif li jindika l-perċentwali tas-sehem tal-kwoti ċeduti f’kull Stat Membru fis-sena X li ma kinux ittrasferiti qabel iċ-ċediment tagħhom;

    (b)

    mill-1 ta’ Marzu tas-sena (X+1) ’il quddiem it-tagħrif li jindika s-somma tal-emissjonijiet ivverifikati għal kull Stat Membru imdaħħla fis-sena X bħala perċentwali tas-somma tal-emissjonijiet ivverifikati tas-sena (X–1);

    (ċ)

    numru li jindika l-għadd totali ta’ kwoti, ERUs, CERs miżmuma fir-reġistri kollha fil-kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur u ta’ persuna kollha fil-jum ta’ qabel.

    TAGĦRIF MINN KULL REĠISTRU LI JRID IKUN DISPONIBBLI GĦAD-DETENTURI TAL-KONTIJIET

    14.

    Kull amministratur tar-reġistru għandu juri u jaġġorna t-tagħrif fil-paragrafu 15 fir-rigward tar-reġistru tiegħu fiż-żona sigura tal-websajt ta’ dak ir-reġistru, skont l-iskeda speċifikata.

    15.

    L-elementi li ġejjin għal kull kont, skont il-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ unità, għandhom jintwerew lil dak id-detentur ta’ kont biss wara talba mid-detentur ta’ kont:

    (a)

    depożiti attwali ta’ kwoti jew unitajiet ta’ Kjoto;

    (b)

    lista ta’ tranżazzjonijiet proposti mibdija minn dak id-detentur ta’ kont, bid-dettalji ta’ kull tranżazzjoni proposta tal-elementi fil-paragrafu 12(a) sa (f), id-data u l-ħin li fihom kienet proposta t-tranżizzjoni (fil-Ħin Medjan ta’ Greenwich), l-istatus attwali ta’ dik it-tranżizzjoni proposta u kwalunkwe kodiċi ta’ rispons li wasal lura wara l-kontrolli magħmula mir-reġistru u s-CITL;

    (ċ)

    lista tal-kwoti jew unitajiet ta’ Kjoto miksuba minn dak il-kont bħala riżultat ta’ tranżazzjonijiet li tlestew, bid-dettalji għal kull tranżazzjoni tal-elementi fil-paragrafu 12(a) sa (g);

    (d)

    lista tal-kwoti jew unitajiet ta’ Kjoto ttrasferiti ’l barra minn dak il-kont bħala riżultat ta’ tranżazzjonijiet li tlestew, bid-dettalji għal kull tranżazzjoni tal-elementi fil-paragrafu 12(a) sa (g).


    (1)  2006/780/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2006 dwar li jiġi evitat l-għadd doppju tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont l-iskema Komunitarja tal-iskambju tal-emissjonijiet għall-attivitajiet tal-proġetti skont il-Protokoll ta' Kjoto, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 16.11.2006, p. 12).


    Top