Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0785

    2008/785/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta’ Ottubru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/56/KE li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva, Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali għat-tmexxija tal-azzjoni komunitarja fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u l-kultura, fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003

    ĠU L 269, 10.10.2008, p. 11–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2009; Impliċitament imħassar minn 32009D0336

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/785/oj

    10.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 269/11


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-9 ta’ Ottubru 2008

    li temenda d-Deċiżjoni 2005/56/KE li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva, Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali għat-tmexxija tal-azzjoni komunitarja fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u l-kultura, fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003

    (2008/785/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 58/2003 tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (1), u b’mod speċjali l-paragrafu 1 tal-Artikolu 3 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Aġenzija eżekuttiva “Edukazzjoni, Awdjoviżiv u Kultura” (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“aġenzija”) ġiet stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2005/56/KE (2). Hi tmexxi l-azzjoni Komunitarja fl-oqsma tal-edukazzjoni, tal-awdjoviżiv u tal-kultura, u dan jinkludi proġetti ffinanzjati mill-istrumenti tal-politika Ewropea rigward l-għajnuna esterna, mid-Disa’ Fond Ewropew tal-iżvilupp u minn ċerti ftehimiet konklużi mill-Komunità mal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kanada.

    (2)

    Fil-31 ta’ Diċembru 2006, it-tielet fażi tal-programm trans-Ewropew ta’ kooperazzjoni għall-edukazzjoni ta’ livell għoli (TEMPUS III) skadiet. Il-Kummissjoni ddeċidiet li ttawwal din l-azzjoni għall-perjodu 2007-2013 (Tempus IV) u li tiġi ffinanzjata mid-dispożizzjonijiet ta’ tliet strumenti tal-politika Ewropea rigward l-għajnuna esterna, jiġifieri l-istrument ta’ għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni (IPA), l-Istrument Ewropew tal-Viċinat u ta’ Sħubija u l-istrument ta’ finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp.

    (3)

    Fuq il-bażi tal-inizjattivi mmexxija mill-Komunità Ewropea mal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kanada, il-Kummissjoni, barra minn hekk, iddeċidiet li ssaħħaħ il-kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni u taż-żgħażagħ mal-pajjiżi industrijalizzati u l-pajjiżi u t-territorji l-oħra bi dħul għoli.

    (4)

    Valutazzjoni esterna ffinalizzata f’April 2008 permezz tal-Kummissjoni wriet li l-użu tal-aġenzija jikkostitwixxi l-aħjar soluzzjoni għat-tmexxija tal-programm Tempus (ir-raba’ fażi tal-programm kif ukoll l-għeluq tat-tielet fażi) u ta’ dawn il-proġetti ffinanzjati mill-istrument ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi industrijalizzati u l-pajjiżi u t-territorji l-oħra bi dħul għoli. B’hekk, din il-valutazzjoni rrakkomandat l-estensjoni tal-ħidmiet tal-aġenzija għat-tmexxija ta’ dawn il-programmi u proġetti.

    (5)

    Għaldaqstant jeħtieġ li tiġi emendata d-Deċiżjoni 2005/56/KE.

    (6)

    Id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Aġenziji Eżekuttivi,

    TIDDEĊIEDI:

    Artikolu waħdieni

    L-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 2005/56/KE jinbidel bit-test li ġej:

    “1.   L-Aġenżija hi responsabbli mit-tmexxija ta’ ċerti partijiet tal-programmi Komunitarji li ġejjin:

    (1)

    il-proġetti tal-qasam tat-tagħlim superjuri li għandhom mnejn jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet rigward l-għajnuna ekonomika favur ċerti pajjiżi tal-Ewropa ċentrali u tal-Lvant (Phare), approvati mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/89 (3);

    (2)

    il-programm ta’ tħeġġiġ għall-iżvilupp u t-tqassim ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA II – Żvilupp u tqassim) (1996-2000), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/563/KE (4).

    (3)

    il-programm ta’ taħriġ għall-professjonisti tal-industrija Ewropea tal-programmi awdjoviżivi (MEDIA II – Taħriġ) (1996-2000), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/564/KE (5);

    (4)

    it-tieni fażi tal-programm ta’ azzjoni Komunitarja għal dak li għandu x’jaqsam mal-edukazzjoni ‘Socrates’ (2000-2006), approvata mid-Deċiżjoni 253/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

    (5)

    it-tieni fażi tal-programm ta’ azzjoni Komunitarja għal dak li għandu x’jaqsam mat-taħriġ professjonali ‘Leonardo da Vinci’ (2000-2006), approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/382/KE (7);

    (6)

    il-programm ta’ azzjoni Komunitarja ‘YOUTH’ (2000-2006), approvat mid-Deċiżjoni Nru 1031/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);

    (7)

    il-programm ‘Kultura 2000’ (2000-2006), approvat mid-Deċiżjoni 508/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9);

    (8)

    il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli li għandhom mnejn jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-provvediment ta’ għajnuna għall-Istati msieħba tal-Ewropa orjentali u tal-Ażja ċentrali (2000-2006), stipulati mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 99/2000 (10);

    (9)

    il-proġetti tal-qasam tat-tagħlim superjuri li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-għajnuna lill-Albanija, lill-Bożnija Ħerżegovina, lill-Kroazja, lil dik li qabel kienet ir-Repubblika Federali Jugoslava tal-Maċedonja, lill-Montenegro, lis-Serbja u lill-Kosovo (UNSCR 1244) (2000-2006), approvati fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2666/2000 (11);

    (10)

    il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-miżuri ta’ akkumpanjament finanzjarji u tekniċi (MEDA) għar-riforma tal-istrutturi ekonomiċi u soċjali fil-qafas tas-sħubija Ewro-Mediterranja, approvati mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2698/2000 (12);

    (11)

    it-tielet fażi tal-programm trans-Ewropew ta’ kooperazzjoni għall-edukazzjoni ta’ livell għoli (Tempus III) (2000-2006), approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/311/KE (13);

    (12)

    il-proġetti li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika li jġeddu programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tat-tagħlim superjuri u tat-tagħlim u tat-taħriġ professjonali (2001-2005), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/196/KE (14);

    (13)

    il-proġetti li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jġeddu programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli u tat-taħriġ (2001-2005), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/197/KE (15);

    (14)

    il-programm ta’ tħeġġiġ għall-iżvilupp tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA Plus – Żvilupp, Tqassim u Promozzjoni) (2001-2006), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/821/KE (16);

    (15)

    il-programm ta’ taħriġ għall-professjonisti tal-industrija Ewropea tal-programmi awdjoviżivi (MEDIA-taħriġ) (2001-2006), approvat mid-Deċiżjoni Nru 163/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17);

    (16)

    il-programm multiannwali għall-integrazzjoni effiċjenti tat-teknoloġiji ta’ tagħrif u tal-komunikazzjoni (ICT) fis-sistemi tal-edukazzjoni u ta’ taħriġ fl-Ewropa (‘tagħlim onlajn’/‘e-learning’) (2004-2006) approvat mid-Deċiżjoni Nru 2318/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18);

    (17)

    il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni taċ-ċittadinanza Ewropea attiva (sehem ċivili) (2004-2006), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/100/KE (19);

    (18)

    il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni tal-entitajiet attivi fuq livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ (2004-2006), approvat mid-Deċiżjoni Nru 790/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20);

    (19)

    il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni tal-entitajiet attivi fuq livell Ewropew u l-appoġġ tal-attivitajiet speċifiċi fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ (2004-2006), approvat mid-Deċiżjoni Nru 791/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21);

    (20)

    il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni tal-entitajiet attivi fuq livell Ewropew fil-qasam tal-kultura (2004-2006), approvat mid-Deċiżjoni Nru 792/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22);

    (21)

    il-programm biex titjieb il-kwalità tal-edukazzjoni ta’ livell għoli u jitħeġġeġ il-fehim interkulturali permezz tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi (Erasmus Mundus) (2004-2008), approvat mid-Deċiżjoni Nru 2317/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23);

    (22)

    il-proġetti li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika li jġeddu l-programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli u tat-tagħlim u tat-taħriġ professjonali (2006-2013), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/910/KE (24);

    (23)

    il-proġetti li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jistabbilixxu qafas ta’ kooperazzjoni fl-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ (2006-2013), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/964/KE (25);

    (24)

    il-programm ta’ azzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ kontinwu ‘Life Long Learning’ (2007-2013), approvat mid-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26);

    (25)

    il-programm ‘Kultura 2007’ (2007-2013), approvat mid-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27);

    (26)

    il-programm ‘L-Ewropa għaċ-ċittadini’ li għandu l-għan li jħeġġeġ iċ-ċittadinanza Ewropea attiva (2007-2013), approvat mid-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28);

    (27)

    il-programm ‘Żgħażagħ Attivi’ (2007-2013), approvat mid-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29);

    (28)

    il-programm ta’ appoġġ fis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (2007-2013), approvat mid-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30);

    (29)

    il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-għajnuna għall-kooperazzjoni ekonomika mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-Ażja, approvati fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 443/92 (31);

    (30)

    il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli u taż-żgħażagħ li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-istrument ta’ għajnuna għal qabel l-adeżjoni (IPA) stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 (32);

    (31)

    il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat u tas-Sħubija, maħluq mir-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33);

    (32)

    il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli li jiġu ffinanzjati mill-istrument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34);

    (33)

    il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli u taż-żgħażagħ li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mill-istrument finanzjarju tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi industrijalizzati u l-pajjiżi u t-territorji l-oħra bi dħul għoli (IPI), stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 (35);

    (34)

    il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni ta’ livell għoli li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mir-riżorsi tad-Disa’ Fond Ewropew tal-Iżvilupp (2000-2007) (36);

    Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Ottubru 2008.

    Mill-Kummissjoni

    Ján FIGEĽ

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

    (2)  ĠU L 24, 27.1.2005, p. 35.


    Top