Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0727

2008/727/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta' Settembru 2008 li taħtar membru Slovakk u membru supplenti Slovakk tal-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 247, 16.9.2008, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/727/oj

16.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 247/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Settembru 2008

li taħtar membru Slovakk u membru supplenti Slovakk tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/727/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Slovakk,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Post ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni tbattal wara r-riżenja tas-Sur Milan MURGAŠ. Post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni sar disponibbli wara l-ħatra tas-Sur Vladimír BAJAN bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

(a)

bħala membru:

is-Sur Vladimír BAJAN, predseda Bratislavského samosprávneho kraja, (President tar-Reġjun Awto-Governanti ta’ Bratislava), (Bidla fil-Mandat)

(b)

bħala membru supplenti:

Mr Milan MURGAŠ, predseda Banskobystrického samosprávneho kraja (President tar-Reġjun Awto-Governanti ta’ Banskà Bystrica).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Settembru 2008.

Ghall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


Top