This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0684
2008/684/EC: Commission Decision of 19 August 2008 amending Decision 2006/133/EC requiring Member States temporarily to take additional measures against the dissemination of Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (the pine wood nematode) as regards areas in Portugal, other than those in which it is known not to occur (notified under document number C(2008) 4407)
2008/684/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Awwissu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/133/KE li teħtieġ li l-Istati Membri temporanjament jieħdu miżuri kontra t-tixrid tal- Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-pini) f'dak li jirrigwardja żoni fil-Portugall, apparti minn dawk li fihom huwa magħruf li ma teżistix (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4407)
2008/684/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Awwissu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/133/KE li teħtieġ li l-Istati Membri temporanjament jieħdu miżuri kontra t-tixrid tal- Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-pini) f'dak li jirrigwardja żoni fil-Portugall, apparti minn dawk li fihom huwa magħruf li ma teżistix (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4407)
ĠU L 224, 22.8.2008, p. 8–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 26/09/2012; Imħassar b' 32012D0535
22.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 224/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Awwissu 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2006/133/KE li teħtieġ li l-Istati Membri temporanjament jieħdu miżuri kontra t-tixrid tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-pini) f'dak li jirrigwardja żoni fil-Portugall, apparti minn dawk li fihom huwa magħruf li ma teżistix
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4407)
(2008/684/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(3) u t-tieni sentenza tal-Artikolu 16(5) tagħha,
Billi:
(1) |
Skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/133/KE tat-13 ta’ Frar 2006 li teħtieġ li l-Istati Membri temporanjament jieħdu miżuri kontra t-tixrid tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-injam tal-arżnu - PWN) f'dak li jikkonċerna żoni fil-Portugall, għajr dawk li fihom huwa magħruf li ma jeżistix (2), il-Portugall qed jimplimenta pjan ta’ qerda kontra t-tixrid tan-nematodu tal-injam tal-arżnu. |
(2) |
Il-Portugall adotta ordni ministerjali (Portaria Nru 358/2008 tat-12 ta’ Mejju 2008) li tipprojbixxi l-moviment ta’ injam u pjanti suxxettibbli barra l-Portugall kontinentali sakemm l-injam ma jkunx ġie ttrattat u l-pjanti spezzjonati kif xieraq. |
(3) |
Il-Portugall ressaq proposta lill-Kummissjoni għal pjan ta’ stħarriġ, kif stipulat fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2006/133/KE, għat-territorju kollu Portugiż. Il-proposta ġiet diskussa fil-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fis-26-27 ta’ Mejju 2008. Madankollu, il-Kummissjoni, abbażi tal-konklużjonijiet tal-Kumitat, m’approvatx il-pjan minħabba fin-nuqqas ta’ intensità fis-sorveljanza. |
(4) |
Il-Portugall għarraf lill-Kummissjoni fil-5 ta’ Ġunju 2008 dwar is-sejba ta’ tifqigħat ġodda tal-PWN, wara investigazzjoni straordinarja mill-awtoritajiet Portugiżi flimkien mal-istħarriġ annwali, fil-parti tal-Portugall fejn s'issa kien magħruf li l-PWN ma jinstabx. |
(5) |
Il-missjoni ta’ spezzjoni mill-Uffiċċju Veterinarju u tal-Ikel mit-2 sas-6 ta’ Ġunju 2008 wriet li d-dejta disponibbli mhix biżżejjed biex tikkonferma li hemm xi żoni fil-Portugall li huma ħielsa mill-PWN u li l-Komunità u miżuri nazzjonali mhumiex implimentati b’mod sħiħ. |
(6) |
Għalhekk, it-tixrid tal-PWN barra miż-żoni demarkati fil-Portugall minħabba movimenti ta’ injam, ta’ qxur tas-siġar u ta’ pjanti suxxettibbli ma jistgħux jiġi esklużi b’mod sħiħ. Barra minn hekk, attwalment, l-Istati Membri għajr għall-Portugall għandhom mill-aktar fis jitħallew jikkontrollaw il-moviment fit-territorju tagħhom ta’ injam, qxur tas-siġar u ta’ pjanti li joriġinaw mill-partijiet kollha tal-Portugall. |
(7) |
Biex jissalvagwardjaw it-territorju tal-Istati Membri l-oħra kontra l-PWN u biex jipproteġu l-interessi kummerċjali tal-Komunità f'dak li għandu x'jaqsam mal-pajjiżi terzi, il-movimenti ta’ injam, qxur tas-sigar u ta’ pjanti suxxettibbli miż-żoni demarkati fil-Portugall lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi għandhom ikunu pprojbiti sakemm dan il-materjal ma jkunx għadda minn trattament xieraq jew, issir spezzjoni adegwata għal pjanti. Għalhekk, ir-rekwiżiti għall-moviment ta’ injam, qxur tas-siġar u pjanti suxxettibbli miż-żoni demarkati fil-Portugall, għajr għaż-żoni demarkati, jew lejn Stati Membri oħra għandhom jiġu estiżi għall-movimenti kollha miż-żoni demarkati fil-Portugall lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi. It-traċċabilità għandha tkun żgurata billi jiġi mehmuż il-passaport tal-pjanti jew il-marka ta’ kull unità f’kunsinna. L-ambitu tal-attivitajiet ta’ kontroll imwettqa mill-Istati Membri għandu jitwessa’ biex jippermetti l-kontroll ta’ injam, qxur tas-siġar u pjanti suxxettibbli mill-Portugall lejn it-territorju tagħhom. |
(8) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/489/KE tas-27 ta’ Ġunju 2008 li tikkonċerna miżuri interim ta’ ħarsien kontra t-tixrid tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-injam tal-arżnu) fil-Portugall (3) ipprovdiet għal miżuri ta’ din ix-xorta sakemm issir il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti. Attwalment hu xieraq li jiġu kkonfermati dawn il-miżuri u li titħassar id-Deċiżjoni 2008/489/KE. |
(9) |
Id-Deċiżjoni 2006/133/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2006/133/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tiżdied is-sentenza kif ġej: “Barra minn hekk, il-Portugall għandu jiżgura li jintlaħqu l-kundizzjonijiet fil-punt 1 tal-Anness rigward l-injam, il-qxur tas-siġar u l-pjanti suxxettibbli li għandhom jiġu spostati miż-żoni demarkati f’żoni fil-Portugall, barra dawk iż-żoni demarkati, jew fi Stati Membri oħra jew pajjiżi terzi.” |
(2) |
Fl-Artikolu 3, il-punt (a) hu ssostitwit b'dan li ġej:
|
(3) |
L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/133/KE hu emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta abbażi tar-riżultati tal-pjan tas-servej imsemmi fl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2006/133/KE.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni 2008/489/KE hija mħassra.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Awwissu 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/64/KE (ĠU L 168, 28.6.2008, p. 31).
(2) ĠU L 52, 23.2.2006, p. 34. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2008/378/KE (ĠU L 130, 20.5.2008, p. 22).
(3) ĠU L 168, 28.6.2008, p. 38.
ANNESS
Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2006/133/KE, il-punt 1 hu mibdul bli ġej:
“1. |
Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt 2, fil-każ ta’ movimenti minn żoni demarkati f'żoni fil-Portugall, għajr żoni demarkati, jew fi Stati Membri oħra jew pajjiżi terzi, ta’:
Il-Portugall għandu jiżgura li l-passaport tal-pjanti msemmi fil-punt 1(a) jew il-marka skond l-Istandard Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 jinhemeż/tinhemeż ma’ kull unità ta’ injam, qxur tas-siġar u ta’ pjanti suxxettibbli li jiġu spostati. |