EUR-Lex Juurdepääs Euroopa Liidu õigusaktidele

Tagasi EUR-Lexi avalehele

See dokument on väljavõte EUR-Lexi veebisaidilt.

Dokument 22008D0045

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 45/2008 tal- 25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, l-istandards, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 223, 21.8.2008, lk 38—39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Dokumendi õiguslik staatus Kehtivad

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/45(2)/oj

21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 45/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, l-istandards, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 23/2008 ta’ l-14 ta’ Marzu 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 807/2007 ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 li jemenda l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim,

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1319/2007 tad-9 ta’ Novembru 2007 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 fir-rigward ta’ l-għalf minn pakketti fl-ewwel sena tagħhom ta’ konverżjoni għall-biedja organika (3), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu f’punt 54b (Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) nru 2092/91 tal-Kapitolu XII ta’ l-Anness II tal-Ftehim:

“—

32007 R 0807: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 807/2007 ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 (ĠU L 181, 11.7.2007, p. 10),

32007 R 1319: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1319/2007 tad-9 ta’ Novembru 2007 (ĠU L 293, 10.11.2007, p. 3).”

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 807/2007 u (KE) Nru 1319/2007 fl-ilsien Iżlandiz u dak Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 182, 10.7.2008, p. 7.

(2)  ĠU L 181, 11.7.2007, p. 10.

(3)  ĠU L 293, 10.11.2007, p. 3.

(*)  L-ebda obbligi kostituzzjonali m’huma indikati.


Üles