This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0639
2008/639/EC: Commission Decision of 30 July 2008 amending Decision 2002/994/EC concerning certain protective measures with regard to products of animal origin imported from China (notified under document number C(2008) 3882) (Text with EEA relevance)
2008/639/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Lulju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2002/994/KE dwar xi miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3882) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2008/639/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Lulju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2002/994/KE dwar xi miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3882) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 207, 5.8.2008, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
5.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 207/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Lulju 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2002/994/KE dwar xi miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3882)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/639/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistipula l-prinċipji li jiggvernaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/994/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar xi miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina (2) tapplika għall-prodotti kollha li joriġinaw mill-annimali importati miċ-Ċina u intenzjonati għall-konsum mill-bniedem jew għall-għalf ta’ l-annimali. |
(2) |
Skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness akkompanjati b’dikjarazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti Ċiniża li tistqarr li kull kunsinna kienet soġġetta, qabel ma ntbagħtet, għal test kimiku biex ikun żgurat li l-prodotti ikkonċernati ma jippreżentawx xi periklu għal saħħet il-bniedem. Dan it-test għandu jitwettaq, b’mod partikolari, bil-ħsieb li tiġi osservata l-preżenza tal-chloramphenicol u n-nitrofuran u l-metaboliti tiegħu. |
(3) |
L-awtorità kompetenti Ċiniża pprovdiet il-pjan ta’ monitoraġġ tal-fdalijiet xieraq għat-tjur intenzjonati għall-esportazzjoni fil-Komunità. Il-pjan ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/432/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar l-approvazzjoni tal-pjani tal-monitoraġġ tal-fdalijiet issottomessi minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (3). |
(4) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni reċentement ivverifikat, fil-post, il-miżuri ta’ monitoraġġ applikati biex jiġu kkontrollati tal-fdalijiet ta’ mediċini veterinarji fit-tjur u r-riżultat ta’ din il-verifika kien favorevoli. |
(5) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (4) il-Provinċja ta’ Xandong fiċ-Ċina ngħatat l-awtorizzazzjoni li timporta fl-UE prodotti tal-laħam tat-tjur ittrattati bis-sħana. |
(6) |
Il-prodotti tal-laħam tat-tjur għandhom għalhekk jiġu inklużi fil-lista tal-prodotti stabbilita fil-Parti II ta’ l-Anness għad-Deċiżjoni 2002/994/KE u din id-Deċiżjoni għandha tiġi emendata skond dan. |
(7) |
L-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam tat-tjur miċ-Ċina fil-Komunità hi mingħajr dannu għall-miżuri sanitarji oħra adottati għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika jew ta’ l-annimali. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fil-Parti II ta’ l-Anness għad-Deċiżjoni 2002/994/KE, qed jiġi miżjud l-inċiż li ġej:
“— |
prodotti tal-laħam tat-tjur” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).
(2) ĠU L 348, 21.12.2002, p. 154. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/463/KE (ĠU L 160, 19.6.2008, p. 34).
(3) ĠU L 154, 30.4.2004, p. 44; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 189, 27.5.2004, p. 33. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/407/KE (ĠU L 143, 3.6.2008, p. 49).
(4) ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.