This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0662
Council Regulation (EC) No 662/2008 of 8 July 2008 amending Regulation (EC) No 442/2007 imposing a definitive anti-dumping duty on imports of ammonium nitrate originating in Ukraine following an expiry review pursuant to Article 11(2) of Regulation (EC) No 384/96
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 662/2008 tat- 8 ta’ Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 442/2007 tad- 19 ta’ April 2007 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina fl-Ukrajna wara reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 662/2008 tat- 8 ta’ Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 442/2007 tad- 19 ta’ April 2007 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina fl-Ukrajna wara reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96
ĠU L 185, 12.7.2008, p. 35–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 24/04/2009
12.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 185/35 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 662/2008
tat-8 ta’ Lulju 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 442/2007 tad-19 ta’ April 2007 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina fl-Ukrajna wara reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
(1) |
Fit-22 ta’ Jannar 2001, il-Kunsill impona, permezz tar-Regolament (KE) Nru 132/2001 tat-22 ta’ Jannar 2001 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju fuq l-importazzjoni tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina mill-Polonja u l-Ukrajna, u li jtemm il-proċedura antidumping fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Litwanja (2), dazju antidumping definittiv ta’ EUR 33.25 t-tunnellata fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat ta’ l-ammonju li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90 u li joriġina, inter alia, fl-Ukrajna. Wara reviżjoni ta’ skadenza mibdija f’Jannar 2006, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 442/2007 2007 (3), ġedded dawn il-miżuri fil-livell attwali tagħhom għal sentejn. |
(2) |
Fid-19 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta’ notifika ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (4), il-bidu ta’ reviżjoni interim parżjali li tikkonċerna importazzjonijiet fil-Komunità ta’ nitrat ta’ l-ammonju li joriġina fl-Ukrajna mat-talba ta’ Kumpanija b’Ishma Konġunti Miftuħa, (KIKM) Azot Cherkassy (minn hawn ‘il quddiem “il-produttur esportatur”). Is-sejbiet u l-konklużjonijiet definittivi tar-reviżjoni interim parzjali huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 237/2008 (5) li temm ir-reviżjoni mingħajr ma ġew emendati l-miżuri antidumping fis-seħħ. |
B. IMPENN
(3) |
Waqt ir-reviżjoni interim il-produttur esportatur esprima interess li joffri impenn għall-prezz iżda naqas milli jibgħat offerta sostanzjata sew qabel il-limitu taż-żmien skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku. Madankollu kif stipulat fil-premessi (46) u (47) tar-Regolament (KE) Nru 237/2008, il-Kunsill qies li l-produttur esportatur għandu eċċezzjonalment jitħalla jispiċċa l-offerta ta’ impenn tiegħu fi żmien għaxart ijiem kalendarji mid-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament minħabba l-kumplessità ta’ bosta kwistjonijiet, fosthom: (1) il-volatilità tal-prezz tal-prodott ikkonċernat li jeħtieġ xi tip ta’ indiċi ta’ prezzijiet minimi, filwaqt li l-volatilità mhix spjegata biżżejjed mill-mutur ewlieni ta’ l-ispejjeż; u (2) il-qagħda partikolari tas-suq għall-prodott ikkonċernat. Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 237/2008 u qabel il-limitu taż-żmien stipulat f’dak ir-Regolament, il-produttur esportatur bagħat impenn aċċettabbli tal-prezz skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. |
(4) |
Il-Kummissjoni, permezz tad-Deċiżjoni 2008/577/KE (6) aċċettat l-offerta ta’ impenn. Il-Kunsill jagħraf li l-offerta ta’ impenn telimina l-effett ta’ ħsara tad-dumping u tillimita għal grad suffiċjenti r-riskju ta’ evażjoni. |
(5) |
Biex il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tad-dwana jkunu jisgħu jissorveljaw b’mod effettiv l-osservanza ta’ l-impenn mill-kumpanija, meta tiġi ppreżentata t-talba lill-awtorità rilevanti tad-dwana għaċ-ċirkolazzjoni libera, l-eżenzjoni mid-dazju ta’ antidumping għandha tiddependi minn (i) preżentazzjoni ta’ fattura ta’ impenn, li tkun fattura kummerċjali li jkollha mill-anqas l-elementi msemmija u d-dikjarazzjoni stipulata fl-Anness; (ii) il-prodotti importati jkunu ġew manifatturati, mibgħuta u mogħnija b’fattura direttament mill-produttur esportatur imsemmi lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità; u (iii) il-prodotti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana jkunu jaqblu preċiżament mad-deskrizzjoni tal-fattura ta’ l-impenn. Meta l-kondizzjonijiet ta’ hawn fuq ma jiġux sodisfatti, id-dazju antidumping xieraq għandu jiġi impost fil-ħin meta ssir id-dikjarazzjoni għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa. |
(6) |
Kull meta, skond l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku, l-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tagħha ta’ l-impenn wara xi ksur billi tirreferi għal tranżazzjonijiet partikolari u tiddikjara bħala invalidi l-fatturi ta’ impenn rilevanti, jiġi impost dejn doganali fil-ħin ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa ta’ dawn it-tranżazzjonijiet. |
(7) |
L-importaturi għandhom dejjem ikunu konxji li dejn doganali jista’ jiġġarrab, bħala riskju normali tan-negozju, fil-mument ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f’ċirkolazzjoni ħielsa hekk kif deskritt fil-premessi (5) u (6), anke jekk impenn offrut mill-manifattur li minnu kienu qegħdin jixtru, direttament jew indirettament, kien ġie aċċettat mill-Kummissjoni. |
(8) |
Skond l-Artikolu 14(7) tar-Regolament bażiku, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni kull meta jinstabu indikazzjonijiet ta’ xi vjolazzjoni ta’ l-impenn. |
(9) |
Minħabba r-raġunijiet imsemmija hawn fuq, l-impenn offrut mill-produttur esportatur huwa għalhekk meqjus aċċettabbli mill-Kummissjoni, u l-produttur esportatur ikkonċernat ġie infurmat bil-fatti, il-kunsiderazzjonijiet u l-obbligi essenzjali li l-aċċettazzjoni hija bbażata fuqhom. |
(10) |
Fil-każ ta’ ksur jew irtirar ta’ l-impenn jew fil-każ ta’ rtirar ta’ l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn mill-Kummissjoni, id-dazju antidumping impost mill-Kunsill, skond l-Artikolu 9(4) għandu japplika awtomatikament skond l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 442/2007 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 1: “Artikolu 1a 1. Minkejja l-Artikolu 1, id-dazju antidumping definittiv m’għandux japplika għall-importazzjonijiet rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera skond il-paragrafi ta’ wara dan l-Artikolu. 2. Importazzjonijiet ta’ fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat ta’ l-ammonju li jaqbeż it-80 % tat-toqol li joriġina fl-Ukrajna, li jidħlu fil-kodiċi NM 3102 30 90, 3102 40 90, ex 3102 29 00, ex 3102 60 00, ex 3102 90 00, ex 3105 10 00, ex 3105 20 10, ex 3105 51 00, ex 3105 59 00 u ex 3105 90 91 għar-rilaxx f’ċirkolazzjoni ħielsa li huma fatturati mill-produttur esportatur li l-impenn tiegħu ġie aċċettat mill-Kummissjoni u li ismu huwa elenkat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/577/KE (7), kif emendata minn żmien għal żmien, għandhom ikunu eżenti mid-dazju antidumping impost mill-Artikolu 1, bil-kundizzjoni li:
3. Dejn doganali għandu jiġi mġarrab fil-ħin ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa:
|
(2) |
għandu jiġi miżjud l-Anness li ġej: “ANNESS L-elementi li ġejjin għandhom jiġu indikati fil-fattura kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ tal-kumpanija fil-Komunità ta’ prodotti li huma suġġetti għall-impenn:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
C. LAGARDE
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).
(2) ĠU L 23, 25.1.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 945/2005 (ĠU L 160, 23.6.2005, p. 1).
(3) ĠU L 106, 24.4.2007, p. 1.
(4) ĠU C 311, 19.12.2006, p. 57.
(6) Ara paġna 43 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.