Wybierz funkcje eksperymentalne, które chcesz wypróbować

Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex

Dokument 32008D0443

2008/443/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 5 ta’ Ġunju 2008 dwar il-kontribut finanzjarju mill-Komunità għal miżuri ta' emerġenza għall-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fir-Repubblika Ċeka fl-2007 (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2350)

ĠU L 156, 14.6.2008, str. 17—17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status prawny dokumentu Obowiązujące

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/443/oj

14.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 156/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Ġunju 2008

dwar il-kontribut finanzjarju mill-Komunità għal miżuri ta' emerġenza għall-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fir-Repubblika Ċeka fl-2007

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2350)

(It-test biċ-Ċek biss hu awtentiku)

(2008/443/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u partikolarment l-Artikoli 3(3) u 3a(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Skond l-Artikolu 3a ta’ dik id-Deċiżjoni, l-Istati Membri jistgħu jiksbu kontribuzzjoni finanzjarja għal spejjeż ta’ ċerti miżuri sabiex tinqered l-influwenza tat-tjur.

(2)

L-Artikolu 3a(3) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE jistabbilixxi regoli dwar il-persentaġġ tan-nefqa li jġarrbu l-Istati Membri li jistgħu jkunu koperti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta' Frar 2005, li jistabbilixxi r-regoli dwar il-finanzjament Komunitarju għal miżuri ta’ urġenza u għall-kampanja kontra ċertu mard ta’ l-annimali kif jissemma fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (2), wara l-emenda tad-Deċiżjoni 90/424/KEE bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/53/KE (3) ma għadux ikopri l-influwenza tat-tjur. Għaldaqstant jeħtieġ li fid-Deċiżjoni preżenti jiġi espressament ipprovdut li l-għoti ta' kontribuzzjoni finanzjarja lir-Repubblika Ċeka hu suġġett għall-konformità ma' ċerti regoli stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(4)

Fl-2007, fir-Repubblika Ċeka kien hemm tifqigħat ta’ l-influwenza tat-tjur. Il-preżenza ta’ din il-marda tirrappreżenta riskju serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Komunità. Ir-Repubblika Ċeka ħadet il-miżuri, kif jissemma fl-Artikolu 3a(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, biex tiġġieled lil dawn it-tifqigħat.

(5)

Ir-Repubblika Ċeka ssodisfat bis-sħiħ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħha kif stipulat fl-Artikoli 3(3) u 3a(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(6)

Ir-Repubblika Ċeka ressqet lill-Kummissjoni t-tagħrif dwar l-ispejjeż li ġarrbet fis-27 ta’ Lulju 2007, u kompliet tipprovdi t-tagħrif kollu meħtieġ dwar spejjeż ta' kumpens u n-nefqa operattiva.

(7)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lir-Repubblika Ċeka

1.   Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità tista' tingħata lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż imġarrba minn dan l-Istat Membru fit-teħid tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3a(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE fil-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fl-2007.

2.   Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, l-Artikoli 2 sa 5 u l-Artikoli 7 u 8 u l-Artikolu 9(2), (3) u (4) u l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005 għandhom japplikaw mutatis muntandis.

Artikolu 2

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.

(3)  ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37.


Góra