EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0323

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 323/2008 tat- 8 ta’ April 2008 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda

ĠU L 98, 10.4.2008, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/323/oj

10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 98/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 323/2008

tat-8 ta’ April 2008

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta’ l-istatistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u partikolarment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi sottodivizjoni addizzjonali magħha u li hi stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb ta’ l-applikazzjoni ta’ tariffa jew miżuri oħra dwar il-kummerċ merkantili.

(3)

Skond dawn ir-regoli ġenerali, il-merkanziji deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati fil-kolonna 3.

(4)

Hu xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tat-tariffa li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li mhijiex skond dan ir-Regolament tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tkompli tkun evokata mid-detentur, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ppubblikax opinjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tiġi evokata għal perjodu ta' tliet xhur skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 580/2007 (ĠU L 138, 30.05.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Oġġett tal-plastik flessibbli fil-forma ta' nuċċali li fih soluzzjoni kkulurita likwida bil-kompożizzjoni (% tal-volum) li ġejja:

ilma

40

glikol propiliniku

60

Dan il-prodott huwa maħsub biex itaffi l-uġigħ ta' ras meta jkun applikat mal-wiċċ wara li l-ewwel ikun tkessaħ fil-friġġ.

3824 90 97

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3 (b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċi NM 3824 , 3824 90 u 3824 90 97 .

Is-soluzzjoni li tinsab fl-envelop tal-plastik tintuża bħala likwidu għat-tkessiħ u tagħti lill-prodott il-karattru essenzjali ta' preparazzjoni ta' titlu 3824 .

L-oġġett m'għandux effett terapewtiku jew profilattiku, fl-ambitu ta’ Kapitlu 30.

2.

Envelop magħmul minn folji tal-plastik li fih taħlita ta' ilma u żejt biex jiddaħħal fil-cups tal-malji jew tar-riċipetti.

3926 20 00

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-Kodiċi NM 3926 u 3926 20 00 .

Peress li l-oġġett huwa maħsub biex jiddaħħal fil-cups tal-malji jew tar-riċipetti għan-nisa, fl-ambitu ta' titlu 3926 , huwa meqjus bħala aċċessorju ta' lbies ta’ subtitlu 3926 20 00

3.

Oġġett tat-tixju tad-drapp fil-forma ta' ċinturin, li fih frak ta’ qamħ komuni, li wara li jissaħħan fil-majkrowejv, jintuża biex itaffi l-uġigħ fil-parti ta' isfel tad-dahar.

1001 90 99

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3 (b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċi NM 1001 , 1001 90 u 1001 90 99 .

Il-qamħ komuni li jinsab fiċ-ċinturin jintuża biex jittrasferixxi s-sħana miżmuma u jagħti lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu ta' ċereal ta' titlu 1001 .

L-oġġett m'għandux effett terapewtiku jew profilattiku, fl-ambitu ta’ Kapitlu 30.


Top