This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008L0045
Commission Directive 2008/45/EC of 4 April 2008 amending Council Directive 91/414/EEC as regards an extension of the use of the active substance metconazole (Text with EEA relevance)
Direttiva tal-Kummissjoni 2008/45/KE ta' l- 4 ta' April 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ l-estensjoni ta' l-użu tas-sustanza attiva metconazole Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva tal-Kummissjoni 2008/45/KE ta' l- 4 ta' April 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ l-estensjoni ta' l-użu tas-sustanza attiva metconazole Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 94, 5.4.2008, p. 21–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011
5.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 94/21 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/45/KE
ta' l-4 ta' April 2008
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ l-estensjoni ta' l-użu tas-sustanza attiva metconazole
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jħarsu l-pjanti (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Bis-saħħa tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/74/KE (2), il-metconazole kienet inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
(2) |
Meta kien qed japplika għall-inklużjoni tal-metconazole, in-notifikatur tagħha, BASF Aktiengesellschaft, issottometta data dwar l-użi biex jiġu kkontrollati l-fungi, liema data appoġġjat il-konklużjoni ġenerali li tgħid li hu mistenni li prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom il-metconazole għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' sikurezza stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE. Għalhekk, il-metconazole kienet inkluża fl-Anness I ta' din id-Direttiva bid-dispożizzjonijiet speċifiċi li l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw biss użi tagħha bħala fungiċida. |
(3) |
Barra l-kontroll ta' fungi f'ċerti użi agrikoli, in-notifikatur issa applika għal emenda f'dawk id-dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta' l-użu bħala regolatur fit-tkabbir tal-pjanti. Sabiex tkun appoġġjata din l-estensjoni ta' l-użu, in-notifikatur issottometta informazzjoni addizzjonali. |
(4) |
Il-Belġju evalwa l-informazzjoni u d-data sottomessi min-notifikatur. F'Ottubru 2007 informa lill-Kummissjoni li huwa wasal għall-konklużjoni li l-estensjoni ta' l-użu mitluba ma tikkawżax riskji oħrajn barra dawk li diġà kienu kkunsidrati fid-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-metconazole fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni dwar is-sustanza. Dan jgħodd b'mod partikolari minħabba li l-estensjoni tkopri applikazzjonijiet b'rati li huma inqas minn dawk neċessarji għall-użu bħala fungiċida filwaqt li l-parametri l-oħrajn ta' applikazzjoni kif stabbiliti fid-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' l-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jibqgħu kif inhuma. |
(5) |
Għalhekk huwa ġustifikat li jkunu modifikati d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-metconazole. |
(6) |
Għalhekk huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skond dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux iktar tard mill-5 ta' Awwissu 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mis-6 ta' Awwissu 2008.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 4 ta’ April 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/41/KE (ĠU L 89, 1.4.2008, p. 12).
(2) ĠU L 235, 30.8.2006, p. 17.
ANNESS
Fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, ir-ringiela 136 hi sostitwita b’dan li ġej:
“136 |
Metconazole Nru tal-CAS 125116-23-6 (stereokimika mhux dikjarata) CIPAC Nru 706 |
(1RS,5RS:1RS,5SR)-5-(4-chlorobenzyl)- -2.2-dimethyl-1-(1H-1,2,4-triazol-1-ylmethyl)cyclopentanol |
≥ 940 g/kg (total ta’ cis- u trans-isomers) |
1 ta’ Ġunju 2007 |
31 ta’ Mejju 2017 |
Parti A L-użi bħala fungiċida u regolatur għat-tkabbir tal-pjanti biss jistgħu jiġu awtorizzati. Parti B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-metconazole, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-23 ta’ Mejju 2006. F'din il-valutazzjoni globali:
|