EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0209

2008/209/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta’ Marzu 2008 li temenda l-Appendiċi ta' l-Anness VI ta' l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija f'dak li għandu x'jaqsam ma' stabbilimenti ta' proċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 827) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 65, 8.3.2008, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/209/oj

8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 65/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Marzu 2008

li temenda l-Appendiċi ta' l-Anness VI ta' l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija f'dak li għandu x'jaqsam ma' stabbilimenti ta' proċessar tal-ħalib fil-Bulgarija

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 827)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/209/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu (f) tal-Kapitolu 4 tat-Taqsima B ta' l-Anness VI tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bulgarija ngħatat perjodi transitorji mill-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija biex ċerti stabbilimenti ta' proċessar tal-ħalib jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1).

(2)

L-Appendiċi ta' l-Anness VI ta' l-Att ta’ l-Adeżjoni ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/26/KE (2) u 2007/689/KE (3).

(3)

Il-Bulgarija pprovdiet garanziji li żewġ stabbilimenti ta' l-ipproċessar tal-ħalib lestew il-proċess ta' aġġornament tagħhom u issa huma konformi mal-leġislazzjoni Komunitarja. Dawk l-istabbilimenti qegħdin jitħallew jirċievu u jipproċessaw separatament ħalib konformi u ħalib mhux konformi. Dawk l-istabbilimenti għalhekk għandhom jiżdiedu mal-lista tal-Kapitolu II ta' l-Appendiċi ta' l-Anness VI.

(4)

L-Appendiċi ta' l-Anness VI ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-istabbilimenti elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni qegħdin jiżdiedu mal-Kapitolu II ta' l-Appendiċi ta' l-Anness VI ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1243/2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 8).

(2)  ĠU L 8, 13.1.2007, p. 35.

(3)  ĠU L 282, 26.10.2007, p. 60.


ANNESS

Stabbilimenti tal-ħalib li jridu jiżdiedu mal-Kapitolu II ta' l-Appendiċi ta' l-Anness VI ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija

“Ir-Reġjun ta' Dobrich — Nru. 8

12

BG 0812009

‘Serdika — 90’ AD

gr. Dobrich ul.

gr. Dobrich

ul. ‘25 septemvri’ 100

Ir-Reġjun ta' Smolyan — Nru. 21

13

BG 2112001

‘Rodopeya — Belev’ EOOD

gr. Smolyan

gr. Sliven

kv. ‘Rechitsa’ ”


Top