Ce document est extrait du site web EUR-Lex
Document 32008R0124
Commission Regulation (EC) No 124/2008 of 12 February 2008 derogating from Regulation (EC) No 1535/2003 as regards the delivery periods for pears for the 2007/2008 marketing year
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 124/2008 tat- 12 ta' Frar 2008 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1535/2003 f'dak li jirrigwarda l-perjodi ta' kunsinja tal-lanġas għas-sena tas-suq 2007/2008
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 124/2008 tat- 12 ta' Frar 2008 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1535/2003 f'dak li jirrigwarda l-perjodi ta' kunsinja tal-lanġas għas-sena tas-suq 2007/2008
ĠU L 38, 13.2.2008, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Plus en vigueur, Date de fin de validité: 12/03/2014
13.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 38/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 124/2008
tat-12 ta' Frar 2008
li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1535/2003 f'dak li jirrigwarda l-perjodi ta' kunsinja tal-lanġas għas-sena tas-suq 2007/2008
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (1), u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,
Billi:
(1) |
Is-sistema stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 2201/96 tħassret bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 (2) li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħxejjex, mill-1 ta' Jannar 2008. Madankollu, din is-sistema ta' għajnuna għadha applikabbli għas-sena tas-suq 2007/2008 għal kull prodott ikkonċernat skond l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007. |
(2) |
L-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2003 tad-29 ta' Awissu 2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema ta' l-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex (3) jipprovdi li l-għajnuna għal-lanġas għandha tingħata biss għal lanġas ikkunsinjat lill-industrija ta' l-ipproċessar bejn il-15 ta' Lulju u l-15 ta' Diċembru. |
(3) |
Matul Diċembru 2007, kien hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li affettwaw ir-reġjuni tal-produzzjoni fl-Italja, b'riżultat ta' l-istrajk tat-trasport li fixkel il-kunsinji lill-industrija ta' l-ipproċessar matul perjodu intens ħafna ta' konsenji. B'konsegwenza ta' dan, il-kunsinja kompluta min-naħa tal-produtturi irrikjediet aktar ħin tax-xogħol, li wassal għal dewmien fl-iskeda tal-kunsinji. |
(4) |
Bil-għan li l-produtturi ma jisfgħux penalizzati minħabba dawn iċ-ċirkostanzi, jeħtieġ li, b'eċċezzjoni u biss għas-sena tas-suq 2007/2008, jiġi dderogat mid-dati stipulati fl-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1535/2003. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti b'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B'deroga mill-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1535/2003, u biss għas-sena tas-suq 2007/2008, l-għajnuna għal-lanġas għandha tingħata għal lanġas ikkunsinjat lill-industrija ta' l-ipproċessar bejn il-15 ta' Lulju 2007 u l-15 ta' Jannar 2008.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Frar 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
(2) ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1.
(3) ĠU L 218, 30.8.2003, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1663/2005 (ĠU L 267, 12.10.2005, p. 22).