Válassza ki azokat a kísérleti funkciókat, amelyeket ki szeretne próbálni

Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.

Dokumentum 32008R0082

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 82/2008 tat- 28 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 biex jitqiesu l-emendi tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

    ĠU L 25, 30.1.2008., 8—9. o. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    A dokumentum hatályossági állapota Hatályos

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/82/oj

    30.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 25/8


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 82/2008

    tat-28 ta’ Jannar 2008

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 biex jitqiesu l-emendi tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta' tariffi Komunitarji marbutin fil-GATT u ċerti kwoti ta' tariffi Komunitarji oħra u li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-aġġustament tal-kwoti, u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1808/95 (1), partikolarment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fin-Nomenklatura Magħquda għall-2008, stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (2), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007 (3), il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (il-kodiċi NM) għal ċerti prodotti ġew emendati. L-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 jirreferu għal uħud minn dawn il-kodiċijiet NM. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li dawn l-Annessi jiġu aġġustati.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 32/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

    (3)

    Billi r-Regolament (KE) Nru 1214/2007 daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008, dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli mill-istess data.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 huma emendati kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2008.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Jannar 2008.

    Għall-Kummissjoni

    László KOVÁCS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 5, 8.1.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 630/2007 (ĠU L 145, 7.6.2007, p. 12).

    (2)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1352/2007 (ĠU L 303, 21.11.2007, p. 3).

    (3)  ĠU L 286, 31.10.2007, p. 1.


    ANNESS

    L-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 huma emendati kif ġej:

    (1)

    Fl-Anness III, il-kodiċi NM għan-numru tas-serje 09.0107 fit-tieni kolonna huma emendati kif ġej:

    (a)

    il-kodiċi NM “ex 5703 90 10” huwa sostitwit bil-kodiċi “ex 5703 90 20”;

    (b)

    il-kodiċi NM “ex 5703 90 90” huwa sostitwit bil-kodiċi “ex 5703 90 80”.

    (2)

    Fl-ewwel parti ta' l-Anness IV, għan-numru tas-serje 09.0106, il-kodiċi NM “ex 6204 49 00” fit-tieni kolonna huwa sostitwit bil-kodiċi NM “6204 49 90”.

    (3)

    Fit-tieni parti ta' l-Anness IV, il-kodiċi għan-numru tas-serje 09.0106, jiġu emendati kif ġej:

    (a)

    fil-ringiela għall-kodiċi NM “6204 49 00”, il-kodiċi TARIC “91” fit-tielet kolonna huwa sostitwit bil-kodiċi TARIC “10”;

    (b)

    Il-kodiċi NM “6204 49 00” fit-tieni kolonna huwa sostitwit bil-kodiċi NM “6204 49 90”.


    Az oldal tetejére