Scegli le funzioni sperimentali da provare

Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.

Documento 32008L0004

    Direttiva tal-Kummissjoni 2008/4/KE tad- 9 ta' Jannar 2008 li temenda d-Direttiva 94/39/KE fir-rigward ta' oġġetti ta' l-ikel għat-tnaqqis tar-riskju tad-deni mill-ħalib (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 6, 10.1.2008, pagg. 4–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Stato giuridico del documento Non più in vigore, Data di fine della validità: 30/07/2008; Impliċitament imħassar minn 32008L0038

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/4/oj

    10.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 6/4


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/4/KE

    tad-9 ta' Jannar 2008

    li temenda d-Direttiva 94/39/KE fir-rigward ta' oġġetti ta' l-ikel għat-tnaqqis tar-riskju tad-deni mill-ħalib

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/74/KEE tat-13 ta' Settembru 1993 dwar l-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għal għanijiet nutrijenti partikolari (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 6(ċ) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Permezz tad-Direttiva 94/39/KE (2) il-Kummissjoni stabbiliet lista ta' użi maħsuba għall-għalf ta' l-annimali għal għanijiet nutrittivi partikolari

    (2)

    Fl-opinjoni tagħha tat-8 ta' Diċembru 2004 l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li ż-zeolite (synthetic sodium aluminium silicate) għandu l-potenzjal li jnaqqas ir-riskju ta' deni tal-ħalib fil-baqar li jipproduċu l-ħalib (3). Madankollu, ma setgħetx tivvaluta għal kollox ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u l-annimali minħabba li hemm xi data nieqsa. Wara li qieset it-tagħrif addizzjonali li waslilha, l-Awtorità kkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-11 ta' Lulju 2007 li ż-żieda ta' zeolite ma' l-għalf tal-baqar li jipproduċu l-ħalib għal perjodu ta' madwar ġimagħtejn wara li jwelldu ma joħloqx riskju fuq is-saħħa ta' l-annimali jew tal-bnedmin jew fuq l-ambjent (4). Iż-zeolite għandu għalhekk ikun inkluż fil-linja “tnaqqis tar-riskju ta' deni tal-ħalib” fil-lista ta' użi maħsuba fil-Parti B ta' l-Anness tad-Direttiva 94/39/KE.

    (3)

    Fl-opinjoni tagħha tat-12 ta' Ġunju 2007 l-Awtorità kkonkludiet li l-għalf b'kontenut għoli ta' kalċju amministrat fi żmien il-ħlas jista' jkun effettiv ħafna fit-trattament ta' każijiet ta' deni ħafif tal-ħalib u biex il-baqar li jipproduċu l-ħalib ma jitħallewx jirkadu u għalhekk għandha tiżdied daħla ġdida mal-lista li tikkonċerna l-prevenzjoni tar-riskju tad-deni tal-ħalib (5). Barra minn hekk l-Awtorità kkonkludiet li riskju marġinali għas-saħħa ta' l-annimali ma jistax ikun eskluż kompletament li jfisser li hu neċessarju li r-riskju individwali jiġi bbilanċjat mal-benefiċċji ġenerali ta' l-amministrazzjoni. Biex din il-valutazzjoni titħalla ssir mill-maniġer tal-baqar li jipproduċu l-ħalib is-sorsi differenti tal-kalċju għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta flimkien mal-kwantità tagħhom. Barra minn hekk, it-tikketta għandha tinkludi rakkomandazzjoni għat-tfittxija ta' parir minn espert nutrizzjonali. L-Awtorità la tistenna riskju għall-konsumatur u lanqas riskju addizzjonali għall-ambjent. Għalf b'kontenut għoli ta' kalċju għandu għalhekk ikun inkluż fil-linja “tnaqqis tar-riskju ta' deni tal-ħalib” fil-lista ta' użi maħsuba fil-Parti B ta' l-Anness tad-Direttiva 94/39/KE.

    (4)

    Id-Direttiva 94/39/KE għalhekk għandha tiġi emendata skond dan.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Article 1

    L-Anness tad-Direttiva 94/39/KE qed jiġi emendat skond l-Anness ta' din id-Direttiva.

    Article 2

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-24 ta' Ġunju 2008. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza ta' din ix-xorta.

    Article 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Article 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 9 ta’ Jannar 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 237, 22.9.1993, p. 23. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

    (2)  ĠU L 207, 10.8.1994, p. 20. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/1/KE (ĠU L 5, 9.1.2002, p. 8).

    (3)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta' l-Annimali fuq talba mill-Kummissjoni dwar l-użu ta' synthetic sodium aluminium silicate (zeolite) għat-tnaqqis tar-riskju tad-deni tal-ħalib f'baqar li jipproduċu l-ħalib. Adottata fit-8 ta' Diċembru 2004. Il-Ġurnal EFSA (2004) 160, 1-11.

    (4)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta' l-Annimali dwar is-sikurezza taż-zeolite (sodium aluminosilicate, synthetic) għat-tnaqqis tar-riskju tad-deni tal-ħalib f'baqar li jipproduċu l-ħalib. Adottata fit-11 ta' Lulju 2007. Il-Ġurnal EFSA (2007) 523, 1-11.

    (5)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta' l-Annimali dwar is-sikurezza ta' l-għalf b'kontenut għoli ta' kalċju għat-tnaqqis tad-deni tal-ħalib f'baqar li jipproduċu l-ħalib. Adottata fit-12 ta' Ġunju 2007. Il-Ġurnal EFSA (2007) 504, 1-10.


    ANNESS

    Fil-Parti B ta' l-Anness tad-Direttiva 94/39/KE, il-linja tal-fini nutrittivi partikolari “Tnaqqis tar-riskju ta' deni tal-ħalib” tinbidel b'li ġej:

    Fini nutrittiva partikolari

    Karatteristiċi nutrittivi essenzjali

    Speċi jew kategorija ta' l-annimal:

    Dikjarazzjonijiet ta' l-ittekkettar

    Tul ta' ħin rakkomandat

    Dispożizzjoni oħra

    “Tnaqqis tar-riskju ta' deni tal-ħalib

    Livell baxx ta' kalċju

    Baqar li jipproduċu l-ħalib

    Kalċju

    Fosfru

    Manjeżju

    Minn ġimgħa sa 4 qabel ma jwelldu

    Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:

    ‘Tibqax titma' wara li jwelldu’

    u/jew

     

     

     

    Proporzjoni cations/anions baxxa

    Kalċju

    Fosfru

    Sodju

    Potassju

    Kloridi

    Kubrit

    Minn ġimgħa sa 4 qabel ma jwelldu

    Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:

    ‘Tibqax titma' wara li jwelldu’

    jew

     

     

     

    Livell għoli ta' zeolite (synthetic sodium aluminium silicate)

    Kontenut ta' synthetic sodium aluminium silicate

    Il-ġimagħtejn qabel ma jwelldu

    Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:

    ‘L-ammont ta' għalf għandu jkun ristrett biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm teħid kuljum ta' iżjed minn 500 g sodium aluminium silicate għal kull annimal.’

    ‘Tibqax titma' wara li jwelldu’

    jew

     

     

     

    Livell għoli ta' kalċju fil-forma ta' mluħ tal-kalċju disponibbli ħafna

    Kontenut totali ta' kalċju, sorsi u kwantità rispettiva ta' kalċju

    Ibda ma' l-ewwel sinjali ta' tqala sa jumejn wara t-tqala

    Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta:

    L-isruzzjoni għall-użu jiġifieri n-numru ta' applikazzjonijiet u ż-żmien qabel u wara li jwelldu.

    It-test ‘Huwa rakkomandat li titlob opinjoni minn espert nutrizzjonali qabel l-użu’.”


    In alto