Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0833

    2007/833/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2007/554/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6256) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 329, 14.12.2007, p. 59–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/833/oj

    14.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 329/59


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-13 ta’ Diċembru 2007

    li temenda d-Deċiżjoni 2007/554/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6256)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2007/833/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta' Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer li tħassar id-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE, u li temenda d-Direttiva 92/46/KEE (3), u b'mod partikolari l-Artikoli 60(2) u l-Artikoli 62(1) u (3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Wara t-tifqigħat reċenti tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-Gran Brittanja, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/554/KE tad-9 ta’ Awissu 2007 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (4) biex jissaħħu l-miżuri ta’ kontroll kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer meħudin minn dak l-Istat Membru fil-qafas tad-Direttiva 2003/85/KE.

    (2)

    Id-Deċiżjoni 2007/554/KE tistipula regoli applikabbli għad-dispaċċ miż-żoni ta’ riskju għoli, elenkati fl-Anness I, u ż-żoni ta' riskju baxx elenkati fl-Anness II, ta’ dik id-Deċiżjoni (“żoni ristretti”), fil-Gran Brittanja ta’ prodotti kkunsidrati sikuri li, jew ġew prodotti qabel ma daħlu fis-seħħ ir-restrizzjonijiet fir-Renju Unit, minn materja prima li nkisbet barra minn dawn iż-żoni ristretti, inkella sarilhom trattament li huwa ppruvat effettiv għall-inattivazzjoni tal-virus tal-marda possibbli ta’ l-ilsien u d-dwiefer.

    (3)

    Fid-Deċiżjoni 2007/664/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/664/KE, il-Kummissjoni stipulat ir-regoli għad-dispaċċ ta’ ċerti kategoriji ta’ laħam minn ċerti żoni elenkati fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/554/KE, kif emendata, fejn ma ġewx irreġistrati tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għallinqas għal perjodu ta' 90 jum qabel il-qtil u li jikkonformaw ma’ ċerti kundizzjonijiet speċifikati.

    (4)

    Fuq il-bażi ta’ l-evoluzzjoni favorevoli tal-qagħda ta’ saħħet l-annimali fir-Renju Unit, u b’mod partikolari r-riżultati favorevoli tas-sorveljanza konkluża, huwa issa possibbli li jkunu esklużi ċerti żoni fil-Gran Brittanja mill-ambitu tad-Deċiżjoni 2007/554/KE u li tinżamm żona ta’ riskju baxx ta’ madwar 50 km madwar iż-żoni ta’ tifqigħat li l-unitajiet amministrattivi tagħhom għandhom ikunu mniżżla fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

    (5)

    L-evoluzzjoni favorevoli tal-qagħda ta' saħħet l-annimali tippermetti wkoll li jitneħħew ċerti ħtiġijiet ta' ċertifikazzjoni għal prodotti li joriġinaw mill-annimali, bħal laħam, ħalib u prodotti sekondarji mill-annimali, billi prodotti bħal dawn mhumiex aktar taħt ir-restrizzjonijiet li jappartjenu għaż-żoni mniżżla fl-Anness I u għalhekk ma jaqawx aktar taħt status differenti ta' saħħa ta’ l-annimali.

    (6)

    Id-Deċiżjoni 2007/554/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

    (7)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2007/554/KE hi emendata kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 17 jinbidel b’dan li ġej:

    “Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2007.

    Madankollu, il-projbizzjonijiet fuq id-dispaċċ stipulati fl-Artikoli 2, 3, 4, 5, 7 u 8 kif ukoll id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 9 u 11 marbuta ma’ dawn il-projbizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 14 m’għandhomx jibqgħu japplikaw.”

    2.

    L-Annessi huma sostitwiti bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li huma japplikaw għall-kummerċ biex iġibuhom konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13, id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33; verżjoni kkoreġuta ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

    (2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

    (3)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

    (4)  ĠU L 210, 10.8.2007, p. 36. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/796/KE (ĠU L 322, 7.12.2007, p. 37).


    ANNESS

    ANNESS I

    Iż-żoni li ġejjin fir-Renju Unit:

    1

    2

    3

    GRUPP

    ADNS

    Unità Amministrattiva

     

     

     

    ANNESS II

    Iż-żoni li ġejjin fir-Renju Unit:

    1

    2

    3

    GRUPP

    ADNS

    Unità Amministrattiva

    L-Ingilterra

    41

    Bracknell Forest Borough

    66

    Slough

    76

    Windsor and Maidenhead

    77

    Wokingham

    138

    Buckinghamshire County, id-distretti ta':

    South Buckinghamshire

    148

    Hampshire County, id-distretti ta':

     

    Hart

     

    Rushmoor

    163

    Surrey (għajr Tandridge District)

    168

    L-Awtorità ta' Greater London, il-boroughs ta':

     

    Hillingdon

     

    Hounslow

     

    Richmond upon Thames

     

    Kingston upon Thames

     

    Ealing

     

    Harrow

     

    Brent

     

    Hammersmith and Fulham

     

    Wandsworth

     

    Merton

     

    Sutton

    ANNESS III

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    7

    8

    GRUPP

    ADNS

    Unità Amministrattiva

    B

    S/G

    P

    FG

    WG

     

     

     

     

     

     

     

     

    ADNS

    =

    Animal Disease Notification System Code - Kodiċi ta' Sistema ta' Notifikazzjoni għall-Mard ta' l-Annimali (Deċiżjoni 2005/176/KE)

    B

    =

    laħam tal-bovini

    S/G

    =

    laħam tan-ngħaġ u l-mogħoż [laħam ta’ annimali ovini u kaprini]

    P

    =

    laħam tal-majjal [laħam ta’ annimali porċini]

    FG

    =

    annimali tal-kaċċa mrobbija suxxettibbli għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer

    WG

    =

    annimali slaveġ tal-kaċċa suxxettibbli għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer


    Top