Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1480

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1480/2007 tat- 13 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-bajd

    ĠU L 329, 14.12.2007, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1480/oj

    14.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 329/29


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1480/2007

    tat-13 ta’ Diċembru 2007

    li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-bajd

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu, it-tielet subparagrafu,

    Billi:

    (1)

    Skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità tista’ tkun koperta minn rifużjoni ta’ l-esportazzjoni.

    (2)

    Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq tal-bajd, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni skond ir-regoli u ċerti kriterji previsti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75.

    (3)

    L-Artikolu 8(3), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 2771/75 jipprevedi li r-rifużjoni tista’ tvarja skond id-destinazzjoni, fejn dan ikun meħtieġ minħabba s-sitwazzjoni tas-suq dinji jew minħabba r-rekwiżiti speċifiċi ta’ swieq partikulari.

    (4)

    Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw għajr fuq il-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (2), ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (3), u r-rekwiżiti tal-marka stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar ċerti standards għat-tqegħid fis-suq tal-bajd (4).

    (5)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni previsti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75 u l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, b’riżerva tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

    2.   Il-prodotti li jistgħu jgawdu minn rifużjoni skond il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodifaw ir-rekwiżiti tal-marka ddefiniti fl-Anness II, Sezzjoni I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, kif ukoll ir-rekwiżiti ddefiniti fir-Regolament (KEE) Nru 1907/90.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Diċembru 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2771/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

    (2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

    (3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

    (4)  ĠU L 173, 6.7.1990, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1582/2006 (ĠU L 294, 25.10.2006, p. 1).


    ANNESS

    Ir-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-bajd, applikabbli sa mill-14 ta’ Diċembru 2007

    Kodiċi tal-prodott

    Destinazzjoni

    Unità tal-kejl

    Ammont tar-rifużjonijiet

    0407 00 11 9000

    A02

    EUR/100 biċċa

    1,98

    0407 00 19 9000

    A02

    EUR/100 biċċa

    0,99

    0407 00 30 9000

    E09

    EUR/100 kg

    0,00

    E10

    EUR/100 kg

    20,00

    E19

    EUR/100 kg

    0,00

    0408 11 80 9100

    A03

    EUR/100 kg

    50,00

    0408 19 81 9100

    A03

    EUR/100 kg

    25,00

    0408 19 89 9100

    A03

    EUR/100 kg

    25,00

    0408 91 80 9100

    A03

    EUR/100 kg

    63,00

    0408 99 80 9100

    A03

    EUR/100 kg

    16,00

    NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma ddefiniti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

    Id-destinazzjonijiet l-oħra huma ddefiniti kif ġej:

    E09

    Il-Kuwajt, il-Baħrejn, l-Oman, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Jemen, Ħong Kong, ir-Russja, it-Turkija.

    E10

    Il-Korea t’Isfel, il-Ġappun, il-Malażja, it-Tajlandja, it-Tajwan, il-Filippini.

    E19

    Id-destinazzjonijiet kollha, għajr l-Iżvizzera, u l-gruppi E09 , E10 .


    Top