This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1374
Commission Regulation (EC) No 1374/2007 of 23 November 2007 fixing the refunds applicable to cereal and rice sector products supplied as Community and national food aid
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1374/2007 tat- 23 ta’ Novembru 2007 li jistipula r-rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti fis-settur taċ-ċereali u tar-ross provduti fil-qafas ta' l-azzjonijiet għall-għajnuniet alimentari Komunitarji u nazzjonali
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1374/2007 tat- 23 ta’ Novembru 2007 li jistipula r-rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti fis-settur taċ-ċereali u tar-ross provduti fil-qafas ta' l-azzjonijiet għall-għajnuniet alimentari Komunitarji u nazzjonali
ĠU L 307, 24.11.2007, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 21/11/2014
24.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 307/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1374/2007
tat-23 ta’ Novembru 2007
li jistipula r-rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti fis-settur taċ-ċereali u tar-ross provduti fil-qafas ta' l-azzjonijiet għall-għajnuniet alimentari Komunitarji u nazzjonali
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2681/74 tal-21 ta' Ottubru 1974 dwar il-finanzjament tal-Komunità tan-nefqa magħmula fir-rigward tal-provvista ta' prodotti agrikoli bħala għajnuna ta' l-ikel (3), jistipula l-proporzjon mill-Fondi Ewropej għall-Gwida u Garanzija Agrikola, sezzjoni “Garanzija”, il-parti tan-nefqiet li tikkorrispondi mar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni, determinati skond ir-regoli Komunitarji fir-rigward. |
(2) |
Biex it-tlestija u l-amministrazzjoni tal-baġit għall-azzjonijiet Komunitarji relatati ma' l-għajnuniet alimentari jkunu ffaċilitati, u biex l-Istati Membri jkunu jafu l-livell tal-parteċipazzjoni Komunitarja fil-finanzjament ta' l-azzjonijiet nazzjonali għall-għajnuniet alimentari, huwa meħtieġ li jiġi determinat il-livell tar-rifużjonijiet mogħtija għal dawn l-azzjonijiet. |
(3) |
Ir-regoli ġenerali u dawk dettaljati dwar l-applikazzjoni, stipulati fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u bl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 għar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni, japplikaw mutatis mutandis għall-azzjonijiet hawn fuq imsemmija. |
(4) |
Il-kriterji speċifiċi li għandhom jitqiesu fil-kalkolu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni tar-ross huma definiti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-azzjonijiet ta' l-għajnuna alimentari Komunitarja u nazzjonali previsti fil-qafas tal-konvenzjonijiet internazzjonali jew programmi oħra komplimentari, kif ukoll azzjonijiet oħra komunitarji tal-provvista bla ħlas, ir-rifużjonijiet applikabbli gћall-prodotti fis-settur taċ-ċereali u tar-ross huma stipulati fl-anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).
(2) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).
(3) ĠU L 288, 25.10.1974, p. 1.
ANNESS
għar-Regolament tal-Kummissjoni fit-23 ta’ Novembru 2007 li jistipula r-rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti fis-settur taċ-ċereali u tar-ross provduti fil-qafas ta' l-azzjonijiet ta' l-għajnuniet alimentari Komunitarji u nazzjonali
(EUR/t) |
|
Il-kodiċi tal-prodott |
L-ammont tar-rifużjonijiet |
1001 10 00 9400 |
0,00 |
1001 90 99 9000 |
0,00 |
1002 00 00 9000 |
0,00 |
1003 00 90 9000 |
0,00 |
1005 90 00 9000 |
0,00 |
1006 30 92 9100 |
0,00 |
1006 30 92 9900 |
0,00 |
1006 30 94 9100 |
0,00 |
1006 30 94 9900 |
0,00 |
1006 30 96 9100 |
0,00 |
1006 30 96 9900 |
0,00 |
1006 30 98 9100 |
0,00 |
1006 30 98 9900 |
0,00 |
1006 30 65 9900 |
0,00 |
1007 00 90 9000 |
0,00 |
1101 00 15 9100 |
0,00 |
1101 00 15 9130 |
0,00 |
1102 10 00 9500 |
0,00 |
1102 20 10 9200 |
0,00 |
1102 20 10 9400 |
0,00 |
1103 11 10 9200 |
0,00 |
1103 13 10 9100 |
0,00 |
1104 12 90 9100 |
0,00 |
NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat. |