EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0737

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUPOL COPPS/1/2007 tat- 30 ta’ Ottubru 2007 rigward l-estensjoni tal-mandat tal-Kap ta’ Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

ĠU L 298, 16.11.2007, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/737/oj

16.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 298/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUPOL COPPS/1/2007

tat-30 ta’ Ottubru 2007

rigward l-estensjoni tal-mandat tal-Kap ta’ Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

(2007/737/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/797/PESK ta’ l-14 ta’ Novembru 2005 dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11 (2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 11(2) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK jipprevedi li l-Kunsill jawtorizza l-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti skond l-Artikolu 25 tat-Trattat, inkluża d-deċiżjoni li jibdel il-katina tal-kmand, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli.

(2)

Fil-21 ta’ Novembru 2006, wara proposta mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, il-KPS ħatar bid-Deċiżjoni tiegħu 2006/853/PESK (2) lis-Sur Colin SMITH bħala Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija ta’ l-EUPOL COPPS sal-31 ta’ Diċembru 2007.

(3)

Fit-18 ta’ Ottubru 2007, is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ppropona lill-KPS li jestendi l-mandat tas-Sur Colin SMITH għal sena oħra, sal-31 ta’ Diċembru 2008,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Colin SMITH bħala Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS), huwa permezz ta’ dan estiż sal-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2008.

Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

C. DURRANT PAIS


(1)  ĠU L 300, 17.11.2005, p. 65.

(2)  ĠU L 331, 29.11.2006, p. 21.


Top