EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1337

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1337/2007 tal- 15 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 992/95 fir-rigward tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja

ĠU L 298, 16.11.2007, p. 6–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1337/oj

16.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 298/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1337/2007

tal-15 ta’ Novembru 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 992/95 fir-rigward tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 992/95 ta' l-10 ta’ April 1995 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 5 (1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Kien hemm qbil dwar il-parteċipazzjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea permezz tal-Ftehim tal-25 ta’ Lulju 2007 dwar it-Tkabbir taż-ŻEE, iffirmat bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Iżlanda, Lichtenstein, in-Norveġja u l-Pajjiżi Applikanti taż-ŻEE.

(2)

Sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-adozzjoni tal-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE ta' l-2007, intlaħaq qbil dwar Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri, li jipprovdi għall-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE. Dak il-Ftehim ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/566/KE tat-23 ta’ Lulju 2007 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea u f'erba' ftehimiet relatati (2).

(3)

Il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE jipprovdi għal Protokoll addizzjonali għat-Trattat KE-Norveġja dwar il-Kummerċ Ħieles ta' l-1973. Dan il-Protokoll addizzjonali jipprovdi għal kwoti ġodda tariffarji annwali bla dazju u għal tibdiliet fil-kwoti annwali tariffarji bla dazju eżistenti ma' l-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti prodotti ta' ħut u ta' sajd li joriġinaw fin-Norveġja.

(4)

Biex jiġu implimentati l-kwoti tariffarji ġodda u dawk mibdulin kif ipprovduti fil-Protokoll addizzjonali, jeħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 992/95.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (3) jipprovdi għal sistema ta' amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji ddisinjati biex jintużaw wara l-ordni kronoloġika tad-dati ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali. Għall-finijiet ta' simplifikazzjoni għandha tapplika l-istess sistema għall-kwoti tariffarji pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 992/95.

(6)

Ċerti kwoti tariffarji pprovduti fil-Protokoll addizzjonali għandhom jinftiehmu inizjalment li mhumiex kritiċi fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Għaldaqstant, l-Artikoli 308(ċ)(2) u (3) ta' dak ir-Regolament m'għandhomx japplikaw għal dawk il-kwoti tariffarji.

(7)

Skond il-Protokoll addizzjonali il-volumi tal-kwoti tariffarji għas-sena 2007 m'għandhomx jitnaqqsu fi proporzjon ma' dik il-parti tas-sena li tkun għaddiet qabel ma japplikaw il-kwoti tariffarji, filwaqt li min-naħa l-oħra il-volumi tal-kwoti tariffarji għas-sena 2009 ma għandhomx jitnaqqsu fi proporzjon ma' dik il-parti tas-sena 2009 li matulha l-ebda kwota tariffarja ma tkun tapplika.

(8)

F'konformità mad-Deċiżjoni 2007/566/KE il-kwoti tariffarji ġodda u t-tibdiliet għall-kwoti tariffarji eżistenti għandhom japplikaw mill-1 ta’ Settembru 2007. Għaldaqstant dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u għandu jidħol fis-seħħ minnufih.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 992/95 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Il-kwoti tariffarji bin-numbri ta' l-ordni 09.0745 u 09.0758 elenkati fl-Anness I ma għandhomx japplikaw għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008.”

(2)

L-Artikolu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Il-kwoti tariffarji deskritti f'dan ir-Regolament għandhom jitmexxew skond l-Artikoli 308a, 308b u 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Madankollu, l-Artikolu 308ċ(2) u (3) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 ma għandux japplika għall-kwoti tariffarji bin-numri ta' l-ordni 09.0850, 09.0851, 09.0852, 09.0854, 09.0855 u 09.0856.”

(3)

L-Annessi I u II huma emendati kif deskritti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 101, 4.5.1995, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1920/2004 (ĠU L 331, 5.11.2004, p. 1).

(2)  ĠU L 221, 25.8.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).


ANNESS

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 992/95 huwa emendat kif ġej:

(a)

Ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu:

Nru ta’ l-Ordni.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Volum tal-kwota

Il-kwota tad-dazji

(%)

“09.0850 (*)

0303 74 30

Kavalli ta' l-ispeċi Scomber scombrus jew Scomber japonicus, iffriżati

 

 

Mill-1.9. sal-31.12.2007: 9 300 tunnellata

0

Mill-1.1. sal-31.12.2008: 9 300 tunnellata

0

Mill-1.1. sat-30.4.2009: 3 100 tunnellata

0

09.0851 (*)

0303 51 00

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati

 

 

Mill-1.9. sal-31.12.2007: 1 800 tunnellata

0

Mill-1.1. sal-31.12.2008: 1 800 tunnellata

0

Mill-1.1. sat-30.4.2009: 600 tunnellata

0

09.0852 (**)

0304 29 75

ex 0304 99 23

Aringi u ġnub ta' l-aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati

 

 

Mill-1.9. sal-31.12.2007: 600 tunnellata

0

Mill-1.1. sal-31.12.2008: 600 tunnellata

0

Mill-1.1. sat-30.4.2009: 200 tunnellata

0

09.0853

0303 79 98

Ħut ieħor, iffriżat

 

 

Mill-1.9. sal-31.12.2007: 2 200 tunnellata

0

Mill-1.1. sal-31.12.2008: 2 200 tunnellata

0

Mill-1.1. sat-30.4.2009: 734 tunnellata

0

09.0854

0303 29 00

Salmonidae ieħor, iffriżat

 

 

Mill-1.9. sal-31.12.2007: 2 000 tunnellata

0

Mill-1.1. sal-31.12.2008: 2 000 tunnellata

0

Mill-1.1. sat-30.4.2009: 667 tunnellata

0

09.0855

ex 1605 20 10

ex 1605 20 91

ex 1605 20 99

Gambli u gambli kbar, imqaxxra u ffriżati, ippreparati jew ippreservati

Mill-1.9. sal-31.12.2007: 2 000 tunnellata

0

09.0856

ex 1605 20 10

ex 1605 20 91

ex 1605 20 99

Gambli u gambli kbar, imqaxxra u ffriżati, ippreparati jew ippreservati

Mill-1.1. sal-31.12.2008: 10 000 tunnellata

0

09.0858

ex 1605 20 10

ex 1605 20 91

ex 1605 20 99

Gambli u gambli kbar, imqaxxra u ffriżati, ippreparati jew ippreservati

Mill-1.1. sat-30.4.2009: 667 tunnellata

0

(b)

Ir-ringiela għan-numru ta' l-ordni 09.0758 tinbidel b'dan li ġej:

“09.0758

ex 1605 20 10

ex 1605 20 91

ex 1605 20 99

Gambli u gambli kbar, imqaxxra u ffriżati, ippreparati jew ippreservati

2 500 tunnellata

0 ”

(c)

Ir-ringieli għall-kodiċi NM ex 0303 74 30 bin-numri ta' l-ordni 09.0754, 09.0760, 09.0763 u 09.0778 jinbidlu b'dan li ġej:

 

 

Kavalli ta' l-ispeċi Scomber scombrus jew Scomber japonicus, iffriżati

 

 

 

 

 

Mis-16.6.2007 sal-15.6.2008:

 

“09.0763

0303 74 30

 

16.6.-30.9.2007: 7 500

0

09.0778

0303 74 30

 

1.10.-31.12.2007: 15 500

0

09.0760

0303 74 30

 

1.1.-14.2.2008: 7 500

0

 

 

 

Mis-16.6.2008 'l quddiem:

 

09.0857

0303 74 30

 

16.6.2008-14.2.2009: 30 500

0 ”

(d)

Ir-ringieli għan-numri ta' l-ordni 09.0758 u 09.0756 jinbidlu b'dan li ġej:

“09.0752

0303 51 00

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati (***)

44 000 tunnellata

0

09.0756

0304 29 75

Flettijiet ta' Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati

67 000 tunnellata

0

ex 0304 99 23

Ġnub ta' Aringi (friefet) (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati (****)

(e)

Titħassar in-nota (a) ta' qiegħ il-paġna.

(2)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 992/95 huwa emendat kif ġej:

(a)

Ir-ringieli tan-numri ta' l-ordni 09.0745, 09.0756 u 09.0758 jinbidlu b'dan li ġej:

Nru ta’ l-Ordni.

Kodiċijiet tan-NM

Kodiċijiet tat-TARIC

“09.0756

ex 0304 99 23

0304992310

0304992320

0304992330

09.0745

ex 1605 20 10

ex 1605 20 91

ex 1605 20 99

1605201020

1605201040

1605201091

1605209120

1605209140

1605209191

1605209920

1605209940

1605209991

09.0758

ex 1605 20 10

ex 1605 20 91

ex 1605 20 99

1605201020

1605201040

1605201091

1605209120

1605209140

1605209191

1605209920

1605209940

1605209991 ”

(b)

Jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin:

Nru ta’ l-Ordni.

Kodiċijiet tan-NM

Kodiċijiet tat-TARIC

“09.0852

ex 0304 99 23

0304992310

0304992320

0304992330

09.0855

ex 1605 20 10

ex 1605 20 91

ex 1605 20 99

1605201020

1605201040

1605201091

1605209120

1605209140

1605209191

1605209920

1605209940

1605209991

09.0856

ex 1605 20 10

ex 1605 20 91

ex 1605 20 99

1605201020

1605201040

1605201091

1605209120

1605209140

1605209191

1605209920

1605209940

1605209991

09.0858

ex 1605 20 10

ex 1605 20 91

ex 1605 20 99

1605201020

1605201040

1605201091

1605209120

1605209140

1605209191

1605209920

1605209940

1605209991 ”

(c)

Ir-ringieli tan-numri ta' l-ordni 09.0752, 09.0754, 09.0760, 09.0763 u 09.0778 jitħassru.


(*)  Peressli mill-15 ta' Frar sal-15 ta' Ġunju d-dazju ta' l-MFN ikun xejn, il-benefiċċju ta' din il-kwota tariffarja ma għandux jingħata għall-oġġetti ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul dan il-perjodu.

(**)  Bħall-oġġetti bil-kodiċi NM 0304 99 23, mill-15 ta' Frar sal-15 ta' Ġunju d-dazju ta' l-MFN ikun xejn, il-benefiċċju ta' din il-kwota tariffarja ma għandux jingħata għal dawn l-oġġetti ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul dan il-perjodu.”

(***)  Peressli mill-15 ta' Frar sal-15 ta' Ġunju d-dazju ta' l-MFN ikun xejn, il-benefiċċju ta' din il-kwota tariffarja ma għandux jingħata għall-oġġetti ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul dan il-perjodu.

(****)  Bħall-oġġetti bil-kodiċi NM 0304 99 23, mill-15 ta' Frar sal-15 ta' Ġunju d-dazju ta' l-MFN ikun xejn, il-benefiċċju ta' din il-kwota tariffarja ma għandux jingħata għal dawn l-oġġetti ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul dan il-perjodu.”


Top