EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1171

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1171/2007 tal- 5 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ intervent fis-suq tal-butir u l-krema

ĠU L 261, 6.10.2007, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/02/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0105

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1171/oj

6.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 261/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1171/2007

tal-5 ta’ Ottubru 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ intervent fis-suq tal-butir u l-krema

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

It-Taqsima 5 tal-Kapitolu II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 (2) tistipula l-proċedura għall-bejgħ ta’ butir ta’ intervent permezz ta’ sejħiet għall-offerti. L-Artikolu 24 jipprovdi li r-rekwiżiti primarji għall-garanzija tas-sejħiet għall-offerti jintlaħqu billi l-butir jittieħed fil-limitu taż-żmien stipulat fl-Artikolu 24f(2). L-Artikolu 24f(3) jirreferi għat-tneħħija tal-butir b’konnessjoni mar-rilaxx tal-garanzija.

(2)

Id-dispożizzjonijiet dwar ir-rilaxx jew telf tal-garanzija jridu jiġu ċċarati fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba. B’mod partikolari jeħtieġ jiġi ċċarat li l-garanzija ma għandhiex tintilef f’każijiet fejn l-ammont tas-sejħa għall-offerti kienu mħallsa. Madankollu, għandu jkun hemm provvediment għall-applikazzjoni retroattiva ta’ regola bħal din, sabiex, f’każ ta’ dubju, l-operaturi jkunu jistgħu jibbenefikaw mir-regoli riveduti.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2771/1999 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2771/1999 qed jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 24 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 24

Għall-finijiet tal-garanzija tas-sejħa għall-offerti prevista fl-Artikolu 23(3)(b), ir-rekwiżiti primarji fit-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 għandhom ikunu li l-offerti jinżammu wara l-limitu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 22(2) ta’ dan ir-Regolament u li l-prezz jitħallas sad-data stipulata fl-Artikolu 24f(2) ta’ dan ir-Regolament.”

(2)

Fl-Artikolu 24e għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Għajr fil-każijiet ta' forza maġġuri, jekk min jirbaħ l-offerta ma jkunx ikkonforma mar-rekwiżiti pprovduti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-garanzija ta’ l-offerta msemmija fl-Artikolu 23(3)(b) tintilef u l-bejgħ tal-kwantitajiet involuti għandu jitħassar.”

(3)

Fl-Artikolu 24f(3), għandu jitħassar it-tieni subparagrafu.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika, fuq talba ta’ l-operaturi kkonċernati, għall-garanziji li għadhom ma ġewx rilaxxati definittivament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 333, 24.12.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 688/2007 (ĠU L 159, 20.6.2007, p. 36).


Top