Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32007R0979

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 979/2007 tal- 21 ta’ Awwissu 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja ta’ importazzjoni ta’ laħam tal-majjal li joriġina fil-Kanada

    ĠU L 217, 22.8.2007, p. 12–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/05/2009; Imħassar b' 32009R0442

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/979/oj

    22.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 217/12


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 979/2007

    tal-21 ta’ Awwissu 2007

    li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja ta’ importazzjoni ta’ laħam tal-majjal li joriġina fil-Kanada

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-Negozjati ta’ l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT (2), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/444/KE (3), jipprovdi għall-inkorporazzjoni ta’ kwota tariffarja ta’ importazzjoni allokata għal pajjiż (il-Kanada) ta’ 4 624 tunnellata laħam tal-majjal.

    (2)

    Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim hija l-1 ta’ Awwissu 2007; id-data tal-ftuħ tal-kwota tar-rata tariffarja għall-ewwel sena tal-kwota u l-kwantità rispettiva għandha tkun speċifikata.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistipula regoli komuni ddettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistipula regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji ta’ importazzjoni ta’ prodotti agrikoli mmexxija minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (5) għandhom japplikaw, sakemm ma jkunx hemm dispost mod ieħor f’dan ir-Regolament.

    (4)

    Sabiex l-importazzjonijiet iżommu pass regolari, l-kwantitajiet ta’ prodotti koperti bil-kwota tariffarja ta’ importazzjoni għandhom jitferrxu fuq erba’ subperjodi fil-perjodu mill-l ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju. Għas-sena tal-kwota 2007/2008, il-kwota tariffarja għandha tinfirex fuq tliet subperjodi. Fi kwalunkwe każ, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jillimita l-perjodu ta’ validità tal-liċenzji sa l-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja ta’ importazzjoni.

    (5)

    L-amministrazzjoni tal-kwota tariffarja għandha tkun ibbażata fuq il-liċenzji ta’ importazzjoni. Għal dak il-għan, għandhom jiġu stipulati regoli dettaljati dwar kif jintbagħtu l-applikazzjonijiet għal liċenzja ta’ importazzjoni u l-informazzjoni li għandha tidher f’dawn l-applikazzjonijiet u l-liċenzji ta’ importazzjoni.

    (6)

    Fl-interess ta’ l-operaturi għandha ssir dispożizzjoni li l-Kummissjoni tiddetermina l-kwantitajiet li ma japplikawx għalihom u li jiżdiedu mas-subperjodu ta’ wara.

    (7)

    Ir-rilaxx f’ċirkolazzjoni libera tal-prodotti importati skond il-kwota miftuħa b’dan ir-Regolament għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ oriġini li jinħareġ mill-awtoritajiet Kanadiżi skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (6).

    (8)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-laħam tal-majjal,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Kwota tariffarja ta’ importazzjoni għal laħam tal-majjal kif stipulata fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada, approvata mid-Deċiżjoni 2007/444/KE, qiegħda tinfetaħ.

    Il-kwota tariffarja ta’ importazzjoni għandha tinfetaħ kull sena għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju.

    In-numru ta’ l-ordni tal-kwota għandu jkun 09.4204.

    2.   Il-kwantità totali annwali ta’ prodotti li jibbenifikaw mill-kwota msemmija fil-paragrafu 1 u r-rata ta’ dazju huma stipulati hawn fl-Anness I.

    3.   Għas-sena tal-kwota 2007/2008, il-kwota tariffarja għall-importazzjoni għandha tinfetaħ għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008.

    Il-kwantità annwali totali kif stabbilit fl-Anness I għandha tkun disponibbli għal dan il-perjodu.

    Artikolu 2

    Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1291/2000 u (KE) Nru 1301/2006, sakemm ma jkunx hemm dispost mod ieħor f’dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    1.   Il-kwantità annwali fil-perjodu tal-kwota tariffarja ta’ importazzjoni għandu jinqasam f’erba’ subperjodi kif ġej:

    (a)

    25 % fil-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru;

    (b)

    25 % fil-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru;

    (c)

    25 % fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu;

    (d)

    25 % fil-perjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju.

    2.   Għas-sena tal-kwota 2007/2008, il-kwota tariffarja għall-importazzjoni għandha tinqasam kif ġej fi tliet subperjodi:

    (a)

    50 % għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2007;

    (b)

    25 % għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2008;

    (c)

    25 % għall-perjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2008.

    Artikolu 4

    1.   Għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, meta titressaq l-ewwel applikazzjoni għal subperjodu speċifiku ta’ kwota tariffarja, l-applikanti jridu juru li matul kull perjodu msemmi f’dak l-Artikolu huma importaw jew esportaw mill-anqas 50 tunnellata prodotti li huma elenkati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75.

    2.   L-applikazzjonijiet għal liċenzja ta’ importazzjoni għandu jkollhom in-numru ta’ l-ordni, u jistgħu jirreferu għal diversi prodotti koperti b’kodiċi tan-NM differenti u li joriġinaw fil-Kanada. F’dawk il-każi, il-kodiċi tan-NM kollha għandhom jkunu indikati fil-kaxxa 16 u d-deskrizzjonijiet tagħhom fil-kaxxa 15.

    L-applikazzjoni għal liċenzja ta’ importazzjoni għandha tkopri talanqas 20 tunnellata tal-piż ta’ prodott u ma tistax tkopri aktar minn 20 % tal-kwantità disponibbli għal kull subperjodu ta’ kwota tariffarja ta’ importazzjoni.

    3.   Il-liċenzji ta’ importazzjoni jobbligaw importazzjoni mill-pajjiż speċifiku.

    4.   L-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ importazzjoni u l-liċenzji ta’ importazzjoni stess għandu jkun fihom:

    (a)

    f’kaxxa 8, il-pajjiż ta’ l-oriġini u t-tweġiba “iva” mmarkata b’salib;

    (b)

    f’kaxxa 20, waħda mill-indikazzjonijiet imniżżla f’Parti A ta’ l-Anness II.

    5.   Fil-kaxxa 24 il-liċenzja għandu jkun fiha waħda mill-indikazzjonijiet imniżżla fl-Anness II, parti B.

    Artikolu 5

    1.   Applikazzjonijiet għal liċenzja ta’ importazzjoni għandhom jitressqu matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ qabel kull subperjodu.

    2.   Garanzija ta’ EUR 20 għal kull 100 kilogramma ta’ piż ta’ prodott għandha tkun depożitata flimkien ma’ l-applikazzjoni għal liċenzja.

    3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-tielet jum ta’ xogħol wara dak ta’ tmiem il-perjodu tat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet, il-kwantitajiet totali mitluba, espressi f’kilogrammi.

    4.   Il-liċenzji ta’ importazzjoni jinħarġu mis-seba’ jum ta’ xogħol u sa mhux aktar tard mill-ħdax-il jum ta’ xogħol wara dak ta’ tmiem il-perjodu ta’ notifika previst mill-paragrafu 3.

    5.   Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kwantitajiet li għalihom ma tressqet l-ebda applikazzjoni u li jiżdiedu awtomatikament mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwota suċċessiv.

    Artikolu 6

    1.   B’deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel it-tmiem ta’ l-ewwel xahar ta’ kull subperjodu, il-kwantitajiet totali espressi f’kilogrammi li għalihom inħarġu l-liċenzji ta’ importazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament imsemmi.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel tmiem ir-raba’ xahar wara kull perjodu annwali, il-kwantitajiet effettivament imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni libera skond dan ir-Regolament matul il-perjodu kkonċernat, espressi f’kilogrammi.

    3.   B’deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet koperti minn liċenzji ta’ importazzjoni mhux użati jew parzjalment użati, l-ewwel darba flimkien ma’ l-applikazzjoni għall-aħħar subperjodu, u darb’oħra qabel tmiem ir-raba’ xahar wara kull perjodu annwali.

    Artikolu 7

    1.   B’deroga mill-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 liċenzji ta’ importazzjoni huma validi għal 150 ġurnata mill-ewwel jum tas-subperjodu li għalih inħarġu.

    2.   B’deroga mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, id-drittijiet li joħorġu minn liċenzji ta’ importazzjoni jistgħu jkunu trasferiti biss lil dawk li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 8

    Ir-rilaxx f’ċirkolazzjoni libera tal-prodotti tal-kwota msemmija fl-Artikolu 1 jesiġi l-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ oriġini maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti Kanadiżi skond l-Artikoli 55 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

    Artikolu 9

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Awwissu 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

    (2)  ĠU L 169, 29.6.2007, p. 55.

    (3)  ĠU L 169, 29.6.2007, p. 53.

    (4)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1 Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

    (5)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 16.3.2007, p. 17).

    (6)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).


    ANNESS I

    Prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2):

    Nru ta’ l-ordni

    Kodiċijiet tan-NM

    Deskrizzjoni tal-prodott

    Rata ta’ dazju applikabbli

    Kwantità totali tal-piż tal-prodott f’tunnellati

    09.4204

    0203 12 11

    Qatgħat ta’ suini, friski, imkessħa jew iffriżati, bla u bl-għadma, eskluż il-flett ippreżentat għalih

    389 EUR/t

    4 624

    0203 12 19

    300 EUR/t

    0203 19 11

    300 EUR/t

    0203 19 13

    434 EUR/t

    0203 19 15

    233 EUR/t

    ex 0203 19 55

    434 EUR/t

    0203 19 59

    434 EUR/t

    0203 22 11

    389 EUR/t

    0203 22 19

    300 EUR/t

    0203 29 11

    300 EUR/t

    0203 29 13

    434 EUR/t

    0203 29 15

    233 EUR/t

    ex 0203 29 55

    434 EUR/t

    0203 29 59

    434 EUR/t


    ANNESS II

    PARTI A

    Indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(4b):

    :

    bil-Bulgaru

    :

    Регламент (ЕО) № 979/2007

    :

    bl-Ispanjol

    :

    Reglamento (CE) no 979/2007

    :

    biċ-Ċek

    :

    Nařízení (ES) č. 979/2007

    :

    bid-Daniż

    :

    Forordning (EF) nr. 979/2007

    :

    bil-Ġermaniż

    :

    Verordnung (EG) Nr. 979/2007

    :

    bl-Estonjan

    :

    Määrus (EÜ) nr 979/2007

    :

    bil-Grieg

    :

    Kανονισμός (ΕΚ) αριθ. 979/2007

    :

    bl-Ingliż

    :

    Regulation (EC) No 979/2007

    :

    bil-Franċiż

    :

    Règlement (CE) no 979/2007

    :

    bit-Taljan

    :

    Regolamento (CE) n. 979/2007

    :

    bil-Latvjan

    :

    Regula (EK) Nr. 979/2007

    :

    bil-Litwan

    :

    Reglamentas (EB) Nr. 979/2007

    :

    bl-Ungeriż

    :

    A 979/2007/EK rendelet

    :

    bil-Malti

    :

    Regolament (KE) Nru 979/2007

    :

    bl-Olandiż

    :

    Verordening (EG) nr. 979/2007

    :

    bil-Pollakk

    :

    Rozporządzenie (WE) nr 979/2007

    :

    bil-Portugiż

    :

    Regulamento (CE) n.o 979/2007

    :

    bir-Rumen

    :

    Regulamentul (CE) nr. 979/2007

    :

    bis-Slovakk

    :

    Nariadenie (ES) č. 979/2007

    :

    bis-Sloven

    :

    Uredba (ES) št. 979/2007

    :

    bil-Finlandiż

    :

    Asetus (EY) N:o 979/2007

    :

    bl-Iżvediż

    :

    Förordning (EG) nr 979/2007

    PARTI B

    Indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(5):

    :

    bil-Bulgaru

    :

    Мита по ОМТ, намалени съгласно Регламент (ЕО) № 979/2007

    :

    bl-Ispanjol

    :

    Reducción de los derechos del AAC en virtud del Reglamento (CE) no 979/2007

    :

    biċ-Ċek

    :

    SCS cla snížená podle nařízení (ES) č. 979/2007

    :

    bid-Daniż

    :

    FTT-toldsats nedsat i henhold til forordning (EF) nr. 979/2007

    :

    bil-Ġermaniż

    :

    Ermäßigung des Zollsatzes nach dem GZT gemäß der Verordnung (EG) Nr. 979/2007

    :

    bl-Estonjan

    :

    Ühise tollitariifistiku tollimakse vähendatakse vastavalt määrusele (EÜ) nr 979/2007

    :

    bil-Grieg

    :

    Μειωμένος δασμός του κοινού δασμολογίου, όπως προβλέπει ο κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 979/2007

    :

    bl-Ingliż

    :

    CCT duties reduced as provided for in Regulation (EC) No 979/2007

    :

    bil-Franċiż

    :

    Droits du TDC réduits conformément au règlement (CE) no 979/2007

    :

    bit-Taljan

    :

    Dazi TDC ridotti secondo quanto previsto dal regolamento (CE) n. 979/2007

    :

    bil-Latvjan

    :

    KMT nodoklis samazināts, kā noteikts Regulā (EK) Nr. 979/2007

    :

    bil-Litwan

    :

    BMT muitai sumažinti, kaip numatyta Reglamente (EB) Nr. 979/2007

    :

    bl-Ungeriż

    :

    A közös vámtarifában meghatározott vámtételek csökkentése a 979/2007/EK rendeletnek megfelelően

    :

    bil-Malti

    :

    Dazji TDK imnaqqsa kif previst fir-Regolament (KE) Nru 979/2007

    :

    bl-Olandiż

    :

    Invoer met verlaagd GDT-douanerecht overeenkomstig Verordening (EG) nr. 979/2007

    :

    bil-Pollakk

    :

    Cła pobierane na podstawie WTC obniżone jak przewidziano w rozporządzeniu (WE) nr 979/2007

    :

    bil-Portugiż

    :

    Direitos PAC reduzidos em conformidade com o Regulamento (CE) n.o 979/2007

    :

    bir-Rumen

    :

    Drepturile TVC se reduc conform prevederilor Regulamentului (CE) nr. 979/2007

    :

    bis-Slovakk

    :

    clo SCS znížené podľa ustanovení nariadenia (ES) č. 979/2007

    :

    bis-Sloven

    :

    carine SCT, znižane, kakor določa Uredba (ES) št. 979/2007

    :

    bil-Finlandiż

    :

    Yhteisen tullitariffin mukaiset tullit alennettu asetuksen (EY) N:o 979/2007 mukaisesti

    :

    bl-Iżvediż

    :

    Tullar enligt Gemensamma tulltaxan skall nedsättas i enlighet med förordning (EG) nr 979/2007.


    Fuq