This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0969
Commission Regulation (EC) No 969/2007 of 17 August 2007 amending for the 83rd time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with Usama bin Laden, the Al-Qaida network and the Taliban, and repealing Council Regulation (EC) No 467/2001
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2007 tas- 17 ta’ Awwissu 2007 li jemenda għat-83 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2007 tas- 17 ta’ Awwissu 2007 li jemenda għat-83 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001
ĠU L 215, 18.8.2007, p. 6–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
18.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 215/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 969/2007
tas-17 ta’ Awwissu 2007
li jemenda għat-83 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi s-sekwestru ta’ fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban ta’ l-Afganistan (1), u b’mod partikolari l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 7(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament. |
(2) |
Fit-18 u s-27 ta’ Lulju 2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi għandhom japplikaw. L-Anness I għandu b’hekk jiġi emendat f’dan is-sens, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Eneko LANDÁBURU
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2007 (ĠU L 190, 21.7.2007, p. 7).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-annotazzjoni “Nashwan Abd Al-Razzaq Abd Al-Baqi (magħruf ukoll bħala (a) Abdal Al-Hadi Al-Iraqi, (b) Abd al-Hadi al-Iraqi, (c) Abu Abdallah). Data tat-twelid: 1961. Post tat-twelid: Mosul, Iraq. Nazzjonalità: Iraqin. Informazzjoni oħra: Uffiċjal għoli ta’ l-Al-Qaida.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Nashwan Abd Al-Razzaq Abd Al-Baqi (magħruf ukoll bħala (a) Abdal Al-Hadi Al-Iraqi, (b) Abd al-Hadi al-Iraqi, (c) Abu Abdallah). Data tat-twelid: 1961. Post tat-twelid: Mosul, Iraq. Nazzjonalità: Iraqin. Informazzjoni oħra: (a) Uffiċjal għoli ta’ l-Al-Qaida, (b) Miżmum taħt arrest fl-Istati Uniti ta’ l-Amerka, sa minn Lulju ta’ l-2007.” |
(2) |
L-annotazzjoni “Jalil, Abdul, Mullah (Deputat Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Abdul Jalil (magħruf ukoll bħala Nazar Jan). Titolu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Funzjoni: Deputat Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: id-distrett ta’ Arghandaab, fil-provinċja ta’ Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Huwa maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Membru tal-Kunsill tat-tmexxija tat-Taliban sa minn Mejju ta’ l-2007.” |
(3) |
L-annotazzjoni “Abdul Qadeer. Titolu: Ġeneral. Funzjoni: Ataxè Militari, l-‘Ambaxxata’ Talibana, Iżlamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1964. Post tat-twelid: Nangarhar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru tal-passaport: D 000974 (passaport Afgan)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Abdul Qadeer Abdul Baseer. Titolu: (a) Ġeneral, (b) Maulavi. Funzjoni: Ataxè Militari, l-‘Ambaxxata’ Talibana, Iżlamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1964. Post tat-twelid: Nangarhar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru tal-passaport: D 000974 (passaport Afgan). Informazzjoni oħra: Rimpatrijat lejn l-Afganistan fi Frar ta’ l-2006.” |
(4) |
L-annotazzjoni “Mutawakil, Abdul Wakil (Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Wakil Ahmad Mutawakil Abdul Ghaffar (magħruf ukoll bħala Abdul Wakil Mutawakil). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban. Indirizz: l-intersezzjoni ta’ Spin Kalay, Kwartier tad-distrett ta’ Khan Mina, Khoshhal, Kabul, l-Afganistan. Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: id-distrett ta’ Maiwand, fil-provinċja ta’ Kandaħar, l-Afganistan. Nru tal-passaport: (a) OR 35914 (passaport Afgan maħruġ fis-26.8.2005 validu sas-27.3.2008). Nru ta’ l-identifikazzjoni nazzjonali: 615565. Nazzjonalità: Afgan.” |
(5) |
L-annotazzjoni “Hottak, M. Musa, Maulavi (Deputat Ministru ta’ l-Ippjanar)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Mohammad Musa Hottak Abdul Mehdi. Titolu: (a) Maulavi, (b) Haji. Funzjoni: Deputat Ministru ta’ l-Ippjanar tar-reġim Taliban. Indirizz: kwartier tad-Distrett ta’ Deh Now, Kabul, l-Afganistan. Data tat-twelid: 1954. Post tat-twelid: id-distrett ta’ Jelrez, Maidan, il-provinċja ta’ Wardak, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Parlament elett mill-provinċja ta’ Wardak, (b) Deputat Kap tal-Kumitat tas-Sigurtà Interna tal-Parlament Afgan sa minn Mejju ta’ l-2007.” |
(6) |
L-annotazzjoni “Agha, Sayyed Ghiassouddine, Maulavi (Ministru tal-Ħaġġ u l-Affarijiet Reliġjużi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Sayyed Ghiassouddine Agha (magħruf ukoll bħala (a) Sayed Ghias, (b) Sayed Ghiasuddin Sayed Ghousuddin, (c) Sayyed Ghayasudin). Titolu: Maulavi. Funzjoni: (a) Ministru tal-Ħaġġ u l-Affarijiet Reliġjużi tar-reġim Taliban, (b) Ministru ta’ l-Edukazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1958 u l-1963. Post tat-twelid: Il-provinċja ta’ Farjab fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Membru tat-Taliban responsabbli għall-provinċja ta’ Farjab, l-Afganistan sa minn Mejju ta’ l-2007.” |
(7) |
L-annotazzjoni “Ahmadulla, Qari (Ministru tas-Sigurtà (Intelliġenza))” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Ahmadullah (magħruf ukoll bħala Ahmadulla) Titolu: Qari. Funzjoni: Ministru tas-Sigurtà (Intelliġenza) tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1975. Post tat-twelid: id-distrett ta’ Qarabagh, fil-provinċja ta’ Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan.” |
(8) |
L-annotazzjoni “Tariq Anwar El-Sayed Ahmed (magħruf ukoll bħala (a) Hamdi Ahmad Farag, (b) Amr al-Fatih Fathi). Data tat-twelid: 15.3.1963. Post tat-twelid: Lixandra, l-Eġittu.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Tariq Anwar El-Sayed Ahmed (magħruf ukoll bħala (a) Hamdi Ahmad Farag, (b) Amr al-Fatih Fathi). Data tat-twelid: 15.3.1963. Post tat-twelid: Lixandra, l-Eġittu. Informazzjoni oħra: Allegatament miet f’Ottubru ta’ l-2001.” |
(9) |
L-annotazzjoni “Bari, Abdul, Maulavi (Gvernatur tal-Provinċja ta’ Ħelmand)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Abdul Bari Akhund (magħruf ukoll bħala Haji Mullah Sahib). Titolu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Ħelmand taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1953. Post tat-twelid: Il-provinċja ta’ Ħelmand fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Membru ta’ kumitat ta’ tmexxija Taliban magħmul minn seba’ membri f’Kandaħar, l-Afganistan, sa minn Mejju ta’ l-2007, (b) Huwa maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.” |
(10) |
L-annotazzjoni “Akhund, Hadji Ubaidullah, Mullah (Ministru tad-Difiża)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Ubaidullah Akhund (magħruf ukoll bħala (a) Obaidullah Akhund, (b) Obaid Ullah Akhund). Titolu (a) Mullah, (b) Hadji, (c) Maulavi. Funzjoni: Ministru tad-Difiża tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: Il-provinċja ta’ Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Wieħed mid-Deputati ta’ Mullah Omar, (b) Membru tat-tmexxija tat-Taliban, responsabbli għall-operazzjonijiet militari.” |
(11) |
L-annotazzjoni “Al-Jaziri, Abu Bakr; Nazzjonalità: Alġerin; indirizz: Peshawar, il-Pakistan – affiljat mal-Kumitat ta’ Appoġġ Afgan” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Abu Bakr Al-Jaziri (magħruf ukoll bħalaYasir Al-Jazari). Nazzjonalità: (a) Alġerin, (b) Palestinjan; Indirizz: Peshawar, il-Pakistan. Informazzjoni oħra: (a) Affiljat mal-Kumitat ta’ Appoġġ Afgan (ASC), (b) koordinatur u espert tal-komunikazzjoni ta’ l-Al-Qaida.” |
(12) |
L-annotazzjoni “Ahmad Fadil Nazal Al-Khalayleh (magħruf ukoll bħala (a) Abu Musab Al-Zarqawi; (b) Muhannad; (c) Al-Muhajer; (d) Garib, (e) Abou Musaab El Zarquawi, (f) Ahmed Fad Al Nazzar Khalaylah Said, (g) Al Zarqawi Abu Musa’ab, (h) Al Zarqawi Abu Musab, (i) Al Zarqawi Ahmed Fad Al Nazzar Khalaylah Said Abu Musab, (j) Alkhalayleh Ahmed, (k) Azzarkaoui Abou Moussab, (l) El Zarquawi Abu Musaab, (m) Zarkaoui Abou Moussaab, (n) Abu Ahmad, (o) Abu Ibrahim). Data tat-twelid: (a) 30.10.1966, (b) 20.10.1966. Post tat-twelid: (a) Al-Zarqaa, il-Ġordan, (b) Al Zarqa, il-Ġordan (c) Al Zarquaa, il-Ġordan. Nru tal-passaport: (a) Z 264958 (passaport tal-Ġordan maħruġ fl-4.4.1999 f’Al Zarqaa, il-Ġordan), (b) 1433038 (karta ta’ l-identità tal-Ġordan maħruġa fl-4.4.1999 f’Al Zarqaa, il-Ġordan). Informazzjoni oħra: Allegatament miet.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Ahmad Fadil Nazal Al-Khalayleh (magħruf ukoll bħala (a) Abu Musab Al-Zarqawi, (b) Muhannad, (c) Al-Muhajer, (d) Garib). Data tat-twelid: 30.10.1966. Post tat-twelid: Al-Zarqaa, il-Ġordan. Informazzjoni oħra: Allegatament miet f’Ġunju ta’ l-2006.” |
(13) |
L-annotazzjoni “Aiman Muhammed Rabi Al-Zawahiri (magħruf ukoll bħala (a) Ayman Al-Zawahari, (b) Ahmed Fuad Salim, (c) Al Zawahry Aiman Mohamed Rabi Abdel Muaz, (d) Al Zawahiri Ayman, (e) Abdul Qader Abdul Aziz Abdul Moez Al Doctor, (f) Al Zawahry Aiman Mohamed Rabi, (g) Al Zawahry Aiman Mohamed Rabie, (h) Al Zawahry Aiman Mohamed Robi, (i) Dhawahri Ayman, (j) Eddaouahiri Ayman, (k) Nur Al Deen Abu Mohammed, (l) Abu Fatma, (m) Abu Mohammed); Titolu: (a) Tabib, (b) Dr. Data tat-twelid: 19.6.1951. Post tat-twelid: Giża, l-Eġittu. Nru tal-passaport: (a) 1084010 (l-Eġittu), (b) 19820215. Nazzjonalità: Maħsub li hu ċittadin Eġizzjan. Informazzjoni oħra: (a) Mexxej Operattiv u Militari tal-Grupp tal-Ġiħad, (b) eks-mexxej tal-Ġiħad Iżlamiku Eġizzjan, (c) kollaboratur qrib ta’ Usama Bin Laden” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Aiman Muhammed Rabi Al-Zawahiri (magħruf ukoll bħala (a) Ayman Al-Zawahari, (b) Ahmed Fuad Salim). Titolu: Doctor. Data tat-twelid: 19.6.1951. Post tat-twelid: Giża, l-Eġittu. Nazzjonalità: Maħsub li hu ċittadin Eġizzjan. Nru tal-passaport: (a) 1084010 (l-Eġittu), (b) 19820215. Informazzjoni oħra: (a) Eks-mexxej Operattiv u Militari tal-Grupp tal-Ġiħad Iżlamiku Eġizzjan, illum kollaboratur qrib ta’ Usama Bin Laden, (b) Joqgħod fiż-Żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.” |
(14) |
L-annotazzjoni “Asem, Sayed Esmatullah, Maulavi (Deputat Ministru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Sayed Esmatullah Asem (magħruf ukoll bħala Esmatullah Asem). Titolu: Maulavi. Funzjoni: (a) Deputat Ministru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù tar-reġim Taliban, (b) Segretarju Ġenerali tas-Soċjetà Afgana tan-Nofs Qamar Aħmar (ARCS) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1967. Post tat-twelid: Il-provinċja ta’ Ningarhar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-tmexxija tat-Taliban sa minn Mejju ta’ l-2007, (b) Huwa maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.” |
(15) |
L-annotazzjoni “Muhsin Moussa Matwalli Atwah Dewedar (magħruf ukoll bħala (a) Al-Muhajir, Abdul Rahman; (b) Al-Namer, Mohammed K.A.; (c) Abdel Rahman; (d) Abdul Rahman) Data tat-twelid: 19.6.1964. Post tat-twelid: Dakahliya, l-Eġittu. Nazzjonalità: Eġizzjana. Informazzjoni oħra: l-Afganistan” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Muhsin Moussa Matwalli Atwah Dewedar (magħruf ukoll bħala (a) Al-Muhajir, Abdul Rahman, (b) Al-Namer, Mohammed K.A., (c) Abdel Rahman, (d) Abdul Rahman). Data tat-twelid: 19.6.1964. Post tat-twelid: Dakahliya, l-Eġittu. Nazzjonalità: Eġizzjana. Informazzjoni oħra: Allegatament miet f’April ta’ l-2006.” |
(16) |
L-annotazzjoni “Baradar, Mullah (Deputat Ministru tad-Difiża)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Abdul Ghani Baradar (magħruf ukoll bħala Mullah Baradar Akhund). Titolu: Mullah. Funzjoni: Deputat Ministru tad-Difiża tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: Ir-raħal ta’ Weetmak, fid-distrett ta’ Dehrawood, fil-provinċja ta’ Uruzgan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Jappartjieni għat-tribù Popalzai, (b) Kmandant militari Għoli Taliban u membru tal-‘Kunsill Quetta’ tat-Taliban sa minn Mejju ta’ l-2007, (c) Hu maħsub li qed joqgħod fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.” |
(17) |
The entry “Ramzi Mohamed Abdullah Binalshibh (alias (a) Binalsheidah, Ramzi Mohamed Abdullah, (b) Bin al Shibh, Ramzi, (c) Omar, Ramzi Mohamed Abdellah, (d) Mohamed Ali Abdullah Bawazir, (e) Binalshibh Ramzi Mohammed Abdullah, (f) Ramzi Binalshib, (g) Ramzi Mohamed Abdellah Omar Hassan Alassiri, (h) Binalshibh Ramsi Mohamed Abdullah, (i) Ramzi Omar). Date of birth: (a) 1.5.1972, (b) 16.9.1973, (c) 15.7.1975. Place of birth: (a) Gheil Bawazir, Hadramawt, Yemen, (b) Khartoum, Sudan. Nationality: (a) Yemen, (b) Sudan. Passport No: 00085243 (issued on 17.11.1997 in Sanaa, Yemen). Other information: arrested in Karachi, Pakistan, on 30.9.2002.” under the heading “Natural persons” shall be replaced by: “Ramzi Mohamed Abdullah Binalshibh (alias (a) Binalsheidah, Ramzi Mohamed Abdullah, (b) Bin Al Shibh, Ramzi, (c) Omar, Ramzi Mohamed Abdellah, (d) Mohamed Ali Abdullah Bawazir, (e) Binalshibh Ramzi Mohammed Abdullah, (f) Ramzi Binalshib, (g) Ramzi Mohamed Abdellah Omar Hassan Alassiri, (h) Binalshibh Ramsi Mohamed Abdullah, (i) Abu Ubaydah, (j) Umar Muhammad ‘Abdallah Ba’ Amar, (k) Ramzi Omar). Date of birth: (a) 1.5.1972, (b) 16.9.1973, (c) 15.7.1975. Place of birth: (a) Gheil Bawazir, Hadramawt, Yemen, (b) Khartoum, Sudan. Nationality: (a) Yemen, (b) Sudan. Passport No: 00085243 (issued on 17.11.1997 in Sanaa, Yemen). Other information: (a) Arrested in Karachi, Pakistan, on 30.9.2002, (b) In custody of the United States of America, as of July 2007.” |
(18) |
L-annotazzjoni “Rahmani, Arsalan, Maulavi (Deputat Ministru ta’ l-Edukazzjoni Għolja)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Arsalan Rahmani Mohammad Daulat (magħruf ukoll bħala Arsala Rahmani). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru ta’ l-Edukazzjoni Għolja tar-reġim Taliban. Indirizz: Il-kwartier tad-distrett ta’ Dehbori f’Kabul, l-Afganistan. Data tat-twelid: 1941. Post tat-twelid: ir-raħal ta’ Khaleqdad fid-distrett ta’ Urgon fil-provinċja ta’ Paktika, l-Afganistan. Nru ta’ l-identifikazzjoni nazzjonali: 106517. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kamra Superjuri (Mashrano Jerga) tal-Parlament Afgan, (b) Kap tal-Kumitat Edukattiv u Reliġjuż tal-Kamra sa minn Mejju ta’ l-2007.” |
(19) |
L-annotazzjoni “Delawar, Shahabuddin, Maulavi (Deputat tal-Qorti Superjuri)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Shahabuddin Delawar. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat tal-Qorti Superjuri tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1957. Post tat-twelid: Il-provinċja ta’ Logar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Hu maħsub li qed joqgħod fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.” |
(20) |
L-annotazzjoni “Mohammad, Dost, Mullah (Gvernatur tal-Provinċja ta’ Ghazni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Dost Mohammad (magħruf ukoll bħala Doost Mohammad). Titolu: (a) Mullah, (b) Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Ghazni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1968 u l-1973. Post tat-twelid: id-distrett ta’ Daman, fil-provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Wieħed mill-kmandanti militari tat-Taliban sa minn Mejju ta’ l-2007, (b) Hu maħsub li qed joqgħod fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.” |
(21) |
L-annotazzjoni “Elmi, Mohammad Azam, Maulavi (Deputat Ministru tal-Minjieri u l-Industriji)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Mohammad Azam Elmi. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Minjieri u l-Industriji tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Allegatament miet fl-2005.” |
(22) |
L-annotazzjoni “Ezatullah, Maulavi (Deputat ta’ l-Ippjanar)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Ezatullah. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru ta’ l-Ippjanar tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1957. Post tat-twelid: Il-provinċja ta’ Laghman fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Hu maħsub li qed joqgħod fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.” |
(23) |
L-annotazzjoni “Ahmed Khalfan Ghailani (magħruf ukoll bħala Ahmed it-Tanzanjan; magħruf ukoll bħala Foopie; magħruf ukoll bħala Fupi; magħruf ukoll bħala Ahmad, Abu Bakr; magħruf ukoll bħala Ahmed, A; magħruf ukoll bħala Ahmed, Abubakar; magħruf ukoll bħala Ahmed, Abubakar K.; magħruf ukoll bħala Ahmed, Abubakar Khalfan; magħruf ukoll bħala Ahmed, Abubakary K.; magħruf ukoll bħala Ahmed, Ahmed Khalfan; magħruf ukoll bħala Al Tanzani, Ahmad; magħruf ukoll bħala Ali, Ahmed Khalfan; magħruf ukoll bħala Bakr, Abu; magħruf ukoll bħala Ghailani, Abubakary Khalfan Ahmed; magħruf ukoll bħala Ghailani, Ahmed; magħruf ukoll bħala Ghilani, Ahmad Khalafan; magħruf ukoll bħala Hussein, Mahafudh Abubakar Ahmed Abdallah; magħruf ukoll bħala Khabar, Abu; magħruf ukoll bħala Khalfan, Ahmed; magħruf ukoll bħala Mohammed, Shariff Omar); imwieled fl-14.3.1974 jew it-13.4.1974 jew l-14.4.1974 jew l-1.8.1970, iż-Żanżibar, it-Tanżanija; Ċittadin tat-Tanżanija.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Ahmed Khalfan Ghailani (magħruf ukoll bħala (a) Ahmad, Abu Bakr, (b) Ahmed, Abubakar, (c) Ahmed, Abubakar K., (d) Ahmed, Abubakar Khalfan, (e) Ahmed, Abubakary K., (f) Ahmed, Ahmed Khalfan, (g) Ali, Ahmed Khalfan, (h) Ghailani, Abubakary Khalfan Ahmed, (i) Ghailani, Ahmed, (j) Ghilani, Ahmad Khalafan, (k) Hussein, Mahafudh Abubakar Ahmed Abdallah, (l) Khalfan, Ahmed, (m) Mohammed, Shariff Omar, (n) Haytham al-Kini, (o) Ahmed The Tanzanian, (p) Foopie, (q) Fupi, (r) Ahmed, A, (s) Al Tanzani, Ahmad, (t) Bakr, Abu, (u) Khabar, Abu). Data tat-twelid: (a) 14.3.1974, (b) 13.4.1974, (c) 14.4.1974, (d) 1.8.1970. Post tat-twelid: Iż-Żanżibar, it-Tanżanija. Nazzjonalità: Tanżanija. Informazzjoni oħra: Maqbud f’Lulju ta’ l-2004 u miżmum taħt arrest fl-Istati Uniti ta’ l-Amerka sa minn Lulju ta’ l-2007.” |
(24) |
L-annotazzjoni “Nuristani, Rostam, Maulavi (Deputat Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Rustum Hanafi Habibullah (magħruf ukoll bħala Rostam Nuristani). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: Dara Kolum, fid-distrett ta’ Do Aab fil-provinċja ta’ Nuristan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Membru tat-Taliban responsabbli għall-provinċja ta’ Nuristan, l-Afganistan sa minn Mejju ta’ l-2007.” |
(25) |
L-annotazzjoni “Haqani, Djallalouddine, Maulavi (Ministru ta’ l-Affarijiet tal-Fruntieri)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Jallalouddine Haqani (magħruf ukoll bħala (a) Jalaluddin Haqani, (b) Jallalouddin Haqqani). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ministru ta’ l-Affarijiet tal-Fruntieri tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1942. Post tat-twelid: Il-provinċja ta’ Khost fid-distrett ta’ Żadran, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Huwa mexxej attiv Taliban, (b) Hu maħsub li qed joqgħod fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.” |
(26) |
L-annotazzjoni “Haqani, Sayeedur Rahman, Maulavi (Deputat Ministru tal-Minjieri u l-Industriji)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Sayeedur Rahman Haqani (magħruf ukoll bħala Sayed Urrahman). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Minjieri u l-Industriji tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1952. Post tat-twelid: Il-provinċja ta’ Kunar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Il-provinċja ta’ Laghman, fl-Afganistan.” |
(27) |
L-annotazzjoni “Haqqani, Mohammad Salim, Maulavi (Deputat Ministru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Mohammad Salim Haqqani. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1967. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Mill-provinċja ta’ Laghman.” |
(28) |
L-annotazzjoni “Haqqani, Moslim, Maulavi (Deputat Ministru tal-Ħaġġ u l-Affarijiet Reliġjużi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Moslim Haqqani. Titolu: Maulavi. Funzjoni: (a) Deputat Ministru tal-Ħaġġ u l-Affarijiet Reliġjużi tar-reġim Taliban, (b) Deputat Ministru ta’ l-Edukazzjoni Għolja tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: Il-provinċja ta’ Baghlan fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Pashtun etniku mill-provinċja ta’ Baghlan, (b) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.” |
(29) |
L-annotazzjoni “Sayyed Mohammed Haqqani. Titolu: Maulavi. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Direttur ta’ l-Affarijiet Amministrattivi (ir-reġim Taliban), (b) Gradwat tal-Haqqaniya Madrrassa fil-Pakistan” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Sayyed Mohammed Haqqani (magħruf ukoll bħala Sayyed Mohammad Haqqani). Titolu: Mullah. Funzjoni: (a) Direttur ta’ l-Affarijiet Amministrattivi tar-reġim Taliban, (b) Kap ta’ l-Informazzjoni u l-Kultura fil-provinċja ta’ Kandahar matul ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1965. Post tat-twelid: Il-provinċja ta’ Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Gradwat tal-Haqqaniya Madrrassa fil-Pakistan (b) Maħsub li kellu relazzjonijiet mill-qrib mal-mexxej Taliban Mullah Mohammad Omar, (b) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.” |
(30) |
L-annotazzjoni “Zayn al-Abidin Muhammad Hussein (magħruf ukoll bħala (a) Abu Zubaida, (b) Abd Al-Hadi Al-Wahab, (c) Zain Al-Abidin Muhahhad Husain, (d) Zayn Al-Abidin Muhammad Husayn, (e) Zeinulabideen Muhammed Husein Abu Zubeidah, (f) Abu Zubaydah, (g) Tariq). Data tat-twelid: 12.3.1971. Post tat-twelid: Riyadh, is-Sawdi Għarabja. Nazzjonalità: Palestinjana. Nru tal-passaport: 484824 (passaport Eġizzjan maħruġ fit-18.1.1984 mill-Ambaxxata Eġizzjana f’Riyadh). Informazzjoni oħra: Sieħeb fil-qrib ta’ Usama Bin Laden u koordinatur ta’ l-ivvjaġġjar tat-terroristi.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Zayn al-Abidin Muhammad Hussein (magħruf ukoll bħala (a) Abu Zubaida, (b) Abd Al-Hadi Al-Wahab, (c) Zain Al-Abidin Muhahhad Husain, (d) Zayn Al-Abidin Muhammad Husayn, (e) Zeinulabideen Muhammed Husein Abu Zubeidah, (f) Abu Zubaydah, (g) Tariq Hani). Data tat-twelid: 12.3.1971. Post tat-twelid: Riyadh, is-Sawdi Għarabja. Nazzjonalità: Palestinjana. Nru tal-passaport: 484824 (passaport Eġizzjan maħruġ fit-18.1.1984 mill-Ambaxxata Eġizzjana f’Riyadh). Informazzjoni oħra: (a) Sieħeb mill-qrib ta’ Usama bin Laden u koordinatur ta’ l-ivvjaġġar tat-terroristi, (b) Miżmum taħt arrest fl-Istati Uniti ta’ l-Amerka, sa minn Lulju 2007.” |
(31) |
L-annotazzjoni “Haqqani, Najibullah, Maulavi (Deputat Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Najibullah Haqqani Hydayetullah (magħruf ukoll bħala Najibullah Haqani). Titolu: Maulavi. Funzjoni: (a) Deputat Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi tar-reġim Taliban, (b) Deputat Ministru tal-Finanzi tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1964. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Mill-Afganistan tal-Lvant, (b) Membru tal-‘Kunsill’ Taliban fil-provinċja ta’ Kunar, l-Afganistan, sa minn Mejju 2007, (c) Kuġin ta’ Moulavi Noor Jalal.” |
(32) |
L-annotazzjoni “Nurjaman Riduan Isamuddin (magħruf ukoll bħala (a) Hambali, (b) Nurjaman, (c) Isomuddin, Nurjaman Riduan, (d) Hambali Bin Ending, (e) Encep Nurjaman, (f) Hambali Ending Hambali, (g) Isamuddin Riduan, (h) Isamudin Ridwan). Data tat-twelid: 4.4.1964. Post tat-twelid: Cianjur, Java tal-Punent, l-Indoneżjana. Nazzjonalità: Indoneżjana. Informazzjoni oħra: imtinwieled: Encep Nurjaman.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Nurjaman Riduan Isamuddin (magħruf ukoll bħala (a) Hambali, (b) Nurjaman, (c) Isomuddin, Nurjaman Riduan, (d) Hambali Bin Ending, (e) Encep Nurjaman, (f) Hambali Ending Hambali, (g) Isamuddin Riduan, (h) Isamudin Ridwan). Data tat-twelid: 4.4.1964. Post tat-twelid: Cianjur, Java tal-Punent, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjana. Informazzjoni oħra: (a) Imwieled: Encep Nurjaman, (b) Miżmum taħt arrest fl-Istati Uniti ta’ l-Amerka, sa minn Lulju 2007.” |
(33) |
L-annotazzjoni “Jamal, Qudratullah, Maulavi (Ministru ta’ l-Informazzjoni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Qudratullah Jamal (magħruf ukoll bħala Haji Sahib). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ministru ta’ l-Informazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: Gardez, fil-provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.” |
(34) |
L-annotazzjoni “Rahamatullah Kakazada. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Konslu Ġenerali, il-‘Konsulat Ġenerali Taliban’, Karachi, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1968. Post tat-twelid: Ghazni fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru tal-passaport: D 000952 (maħruġ fis-7.1.1999).” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Rahamatullah Kakazada (magħruf ukoll bħala (a) Rehmatullah, (b) Kakazada, (c) Mullah Nasir). Titolu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Funzjoni: Konslu Ġenerali, il-‘Konsulat Ġenerali Taliban’, Karachi, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1968. Post tat-twelid: Ghazni fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru tal-passaport: D 000952 (Passaport Afgan maħruġ fis-7.1.1999). Informazzjoni oħra: ‘Gvernatur’ Taliban tal-provinċja ta’ Ghazni, l-Afganistan, sa minn Mejju 2007.” |
(35) |
L-annotazzjoni “Khaksar, Abdul Samad, Mullah (Deputat Ministru (tas-Sigurtà) ta’ l-Affarijiet Interni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Abdul Samad Khaksar, Titlu: (a) Mullah, (b) Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru (Sigurtà) ta’ l-Affarijiet Interni tar-reġim Taliban. Indirizz: Il-provinċja ta’ Kandaħar fl-Afganistan. Data tat-twelid: Bejn l-1958 u l-1963. Post tat-twelid: Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Allegatament miet f’Jannar ta’ l-2006.” |
(36) |
L-annotazzjoni “Ahmed Said Zaki Khedr (magħruf ukoll bħala (a) Ahmed Said Al Kader, (b) Al-Kanadi, Abu Abd Al-Rahman). Data tat-twelid: 1.3.1948. Post tat-twelid: Il-Kajr, l-Eġittu. Nazzjonalità: Kanadiża” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Ahmed Said Zaki Khedr (magħruf ukoll bħala (a) Ahmed Said Al Kader, (b) Abdul Rehman Khadr Al-Kanadi, (c) Shaikh Said Abdul Rehman, (d) Al-Kanadi, Abu Abd Al-Rahman). Data tat-twelid: 1.3.1948. Post tat-twelid: Il-Kajr, l-Eġittu. Nazzjonalità: Kanadiża. Informazzjoni oħra: Allegatament miet f’Ottubru ta’ l-2003.” |
(37) |
L-annotazzjoni “Razaq, Abdul, Mullah (Ministru ta’ l-Affarijiet Interni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Abdul Razaq Akhund Lala Akhund. Titolu: Mullah. Funzjoni: (a) Ministru ta’ l-Affarijiet Interni tar-reġim Taliban, (b) Kap tal-pulizija ta’ Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: Id-distrett ta’ Spin Boldak fil-provinċja ta’ Kandaħar, l-Afganistan, fiż-żona tal-fruntiera mad-distrett Chaman, Quetta, il-Pakistan. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.” |
(38) |
L-annotazzjoni “Madani, Zia-ur-Rahman, Maulavi (Gvernatur tal-Provinċja ta’ Logar)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Zia-ur-Rahman Madani (magħruf ukoll bħala (a) Ziaurrahman Madani, (b) Zaia u Rahman Madani, (c) Madani Saheb) Titlu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Logar taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1960. Post tat-twelid: Taliqan fil-provinċja ta’ Takhar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Responsabbli għall-affarijiet militari Talibani fil-provinċja ta’ Takhar, l-Afganistan, sa minn Mejju ta’ l-2007.” |
(39) |
L-annotazzjoni “Habibullah Faizi. Funzjoni: it-Tieni Segretarju. Data tat-twelid: 1961. Post tat-twelid: Ghazni fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru tal-passaport: D 000952 (maħruġ fid-19.12.1993)” taħt it-titlu “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Habibullah Fauzi Mohammad Mangal (magħruf ukoll bħala Habibullah Faizi). Titolu: Qazi. Funzjoni: (a) It-Tieni Segretarju, l-‘Ambaxxata’ Talibana, l-Iżlamabad, il-Pakistan (b) L-Ewwel Segretarju, l-‘Ambaxxata’ Talibana, l-Iżlamabad, il-Pakistan, (c) ‘Ambaxxatur’ Ġenerali, (d) Kap tad-Dipartiment tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban. Indirizz: Il-kwartier tad-distrett ta’ Dehbori f’Kabul, l-Afganistan. Data tat-twelid: 1961. Post tat-twelid: ir-raħal ta’ Atal fid-distrett ta’ Ander, Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru tal-passaport: (a) D 010678 (passaport Afgan maħruġ fid-19.12.1993), (b) OR 733375 (passaport Afgan maħruġ fit-28 ta’ Ġunju ta’ l-2005, validu sa l-2010).” |
(40) |
L-annotazzjoni “Mansur, Abdul Latif, Maulavi (Ministru ta’ l-Agrikoltura)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Abdul Latif Mansur (magħruf ukoll bħala Abdul Latif Mansoor). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ministru ta’ l-Agrikoltura tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: id-distrett ta’ Zurmat, fil-provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Membru tal-“Kunsill Miriam Shah” Taliban, sa minn Mejju ta’ l-2007.” |
(41) |
L-annotazzjoni “Mustasaed, Mullah (Kap ta’ l-Akkademja tax-Xjenzi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Mohammad Husayn Mustasaeed (magħruf ukoll bħala (a) Mohammad Hassan Mastasaeed, (b) Mstasaeed, (c) Mostas’eed). Titolu: Mullah. Funzjoni: Kap ta’ l-Akkademja tax-Xjenzi taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1964. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.” |
(42) |
L-annotazzjoni “Akhtar Mohammad Maz-Hari. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ataxè Edukattiv, il-‘Konsulat Ġenerali’ Taliban, Peshawar, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Kunduz fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru tal-passaport: SE 012820 (maħruġ fl-4.11.2000).” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Akhtar Mohammad Maz-Hari. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ataxè Edukattiv, il-‘Konsulat Ġenerali’ Taliban, Peshawar, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Kunduz fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru tal-passaport: SE 012820 passaport Afgan maħruġ fl-4.11.2000). Informazzjoni oħra: Allegatament miet fl-2007.” |
(43) |
L-annotazzjoni “Wahidyar, Ramatullah (Deputat Ministru tal-Martri u r-Ripatrijazzjoni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Rahmatullah Wahidyar Faqir Mohammad (magħruf ukoll bħala Ramatullah Wahidyar). Funzjoni: Deputat Ministru tal-Martri u r-Ripatrijazzjoni tar-reġim Taliban. Indirizz: Il-kwartier tad-distrett ta’ Dehbori f’Kabul, l-Afganistan. Data tat-twelid: 1957. Post tat-twelid: ir-raħal ta’ Kotakhel fid-distrett ta’ Żormat fil-provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru ta’ l-identifikazzjoni nazzjonali: 110675.” |
(44) |
L-annotazzjoni “Abdul Kabir (magħruf ukoll bħala A. Kabir). Titolu: Maulavi. Data tat-twelid: bejn l-1958 u l-1963. Post tat-twelid: It-tribù ta’ Żardran fil-provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) It-Tieni Deputat, il-Kunsill tal-Ministri (ir-reġim Taliban), (b) Gvernatur tal-Provinċja ta’ Nangahar, (c) Kap taż-Żona tal-Lvant, (d) attiv f’operazzjonijiet terroristiċi fl-Afganistan tal-Lvant.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Abdul Kabir Mohammad Jan (magħruf ukoll bħala A. Kabir). Titolu: Maulavi. Funzjoni: (a) It-Tieni Deputat, Affarijiet Ekonomiċi, il-Kunsill tal-Ministri tar-reġim Taliban, (b) Gvernatur tal-Provinċja ta’ Nangahar taħt ir-reġim Taliban, (c) Kap taż-Żona tal-Lvant taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: It-tribù ta’ Żardran fil-provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Attiv f’operazzjonijiet terroristiċi fl-Afganistan tal-Lvant, (b) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.” |
(45) |
L-annotazzjoni “Islam, Muhammad (Gvernatur tal-Provinċja ta’ Bamiyan)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Muhammad Islam Mohammadi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Bamiyan, l-Afganistan. Data tat-twelid: Bejn l-1953 u l-1958. Post tat-twelid: Id-distrett ta’ Rori-Du-Aab fil-provinċja ta’ Samangan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Allegatament miet fl-2007.” |
(46) |
L-annotazzjoni “Mujahid, Abdul Hakim, mibgħut Taliban għan-Nazzjonijiet Uniti” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Abdul Hakim Mujahid Moh Aurang (magħruf ukoll bħala Abdul Hakim Mojahed). Titolu: Maulavi. Funzjoni: ‘mibgħut’ Taliban għan-Nazzjonijiet Uniti. Indirizz: Il-kwartier tad-distrett ta’ Dehbori f’Kabul, l-Afganistan. Data tat-twelid: 1956. Post tat-twelid: ir-raħal ta’ Khajakhel fid-distrett ta’ Sharan fil-provinċja ta’ Paktika, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru ta’ l-identifikazzjoni nazzjonali: 106266.” |
(47) |
L-annotazzjoni “Tayeb, Haji Alla Dad, Mullah (Deputat Ministru tal-Komunikazzjoni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Allah Dad Tayeb Wali Muhammad (magħruf ukoll bħala (a) Allah Dad Tayyab, (b) Allah Dad Tabeeb). Titolu: (a) Mullah, (b) Haji. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Komunikazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: Il-belt ta’ Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan.” |
(48) |
L-annotazzjoni “Abdul Hakim Monib. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru ta’ l-Affarijiet tal-Fruntieri. Data tat-twelid: Bejn l-1973 u l-1976. Post tat-twelid: id-distrett ta’ Zurmat, fil-provinċja ta’ Paktja, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Irrinunzja lit-Talibani u ngħaqad mal-gvern li jirrappreżenta d-distrett Żurmat fil-Loya Jirga” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Abdul Hakim Monib Mohammad Nazar. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru ta’ l-Affarijiet tal-Fruntieri tar-reġim Taliban. Indirizz: (a) ir-raħal ta’ Hazarkhel fid-distrett ta’ Żormat, provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan, (b) il-provinċja ta’ Uruzgan, l-Afganistan. Data tat-twelid: 1974. Post tat-twelid: ir-raħal ta’ Hazarkhel fid-distrett ta’ Żurmat fil-provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru tal-passaport: D 004548 (passaport Afgan). Nru ta’ l-identifikazzjoni nazzjonali: 22273. Informazzjoni oħra: (a) Irrinunzja lit-Talibani u ngħaqad mal-gvern li jirrappreżenta d-distrett Żurmat fil-Loya Jirga, (b) Gvernatur tal-provinċja ta’ Uruzgan, l-Afganistan, sa minn Mejju ta’ l-2007.” |
(49) |
L-annotazzjoni “Nyazi, Manan, Mullah (Gvernatur tal-Provinċja ta’ Kabul)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Abdul Manan Nyazi (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Manan Nayazi, (b) Abdul Manan Niazi, (c) Baryaly, (d) Baryalai). Titolu: Mullah. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: id-distrett ta’ Pashtoon Zarghoon fil-provinċja ta’ Ħerat, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.” |
(50) |
L-annotazzjoni “Paktis, Abdul Satar, Dr, (Dipartiment tal-Protokoll, Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Abdul Satar Paktin (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Sattar Paktis). Titolu: Doctor. Funzjoni: (a) Dipartiment tal-Protokoll, Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban, (b) Deputat Ministru tas-Saħħa Pubblika tar-reġim Taliban. Indirizz: id-distrett ta’ Charkh fil-provinċja ta’ Logar, l-Afganistan. Post tat-twelid: Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Arrestat fl-2005 u mibgħut lura lejn l-Afganistan.” |
(51) |
L-annotazzjoni “Hanafi, Mohammad Nasim, Mullah (Deputat Ministru ta’ l-Edukazzjoni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Abdul Salam Hanafi Ali Mardan Qul (magħruf ukoll bħala (a) Abdussalam Hanifi, (b) Hanafi Saheb). Titolu: (a) Mullah, (b) Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru ta’ l-Edukazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: id-distrett ta’ Darzab id-distrett ta’ Faryab, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Membru tat-Taliban responsabbli għall-provinċja ta’ Jawzjan, l-Afganistan sa minn Mejju ta’ l-2007.” |
(52) |
L-annotazzjoni “Faizan, Faiz Mohammad, Maulavi (Deputat Ministru tal-Kummerċ)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Fazl Mohammad Faizan Qamaruddin (magħruf ukoll bħala Faiz Mohammad Faizan). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Kummerċ tar-reġim Taliban. Indirizz: id-distrett ta’ Khair fil-provinċja ta’ Paktika, l-Afganistan. Data tat-twelid: 1969. Post tat-twelid: id-distrett ta’ Khair fil-provinċja ta’ Paktika, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: In-numru tal-karta tar-reġistrazzjoni għall-elezzjonijiet huwa 07503858.” |
(53) |
L-annotazzjoni “Qurishi, Abdul Ghafar, Maulavi (Ataxé tar-Ripatrijazzjoni, l-‘Ambaxxata’ Talibana, Iżlamabad)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Abdul Ghafar Qurishi (magħruf ukoll bħala Abdul Ghaffar Qureshi). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ataxè tar-Ripatrijazzjoni, l-‘Ambaxxata’ Talibana, Iżlamabad. Nazzjonalità: Afgan.” |
(54) |
L-annotazzjoni “Al-Haq, Amin (magħruf ukoll bħala Amin, Muhammad; magħruf ukoll bħala Ah Haq, Dott. Amin; magħruf ukoll bħala Ul-Haq, Dr Amin); imwieled fl-1960 fil-Provinċja ta’ Nangahar, l-Afganistan” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Amin Muhammad Ul Haq Saam Khan (magħruf ukoll bħala (a) Al-Haq, Amin, (b) Amin, Muhammad, (c) Dr Amin, (d) Ul-Haq, Dr Amin). Data tat-twelid: 1960. Post fejn twieled: il-Provinċja ta’ Nangahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Koordinatur ta’ sigurtà għal Usama bin Laden, (b) Mibgħut lura lejn l-Afganistan fi Frar ta’ l-2006.” |
(55) |
L-annotazzjoni “Qalamudin Muhmand (alias Qalamuddin). Titolu: Maulavi. Data tat-twelid: bejn l-1958 u l-1963. Post tat-twelid: Il-provinċja ta’ Ningarhar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Deputat Ministru ta’ l-Affarijiet tal-Ħaġġ (ir-reġim Taliban), (b) Kap tal-Kumitat Olimpiku, (c) inżamm taħt arrest f’Lulju ta’ l-2003 f’Kabul, l-Afganistan” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Qalamudin Sar Andaz (magħruf ukoll bħala Qalamuddin). Titolu: Maulavi. Funzjoni: (a) Deputat Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi tar-reġim Taliban, (b) Deputat Ministru ta’ l-Affarijiet tal-Ħaġġ tar-reġim Taliban (b) Kap tal-Kumitat Olimpiku tar-reġim Taliban. Indirizz: id-distrett ta’ Baraki Barak fil-provinċja ta’ Logar, l-Afganistan. Data tat-twelid: Bejn l-1958 u l-1963. Post tat-twelid: id-distrett ta’ Baraki Barak fil-provinċja ta’ Logar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: F’Lulju ta’ l-2003 kien inżamm taħt arrest f’Kabul, l-Afganistan. Meħlus mill-ħabs fl-2005.” |
(56) |
L-annotazzjoni “Mansour, Akhtar Mohammad (Ministru ta’ l-Avjazzjoni Ċivili u t-Trasport)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Akhtar Mohammad Mansour Shah Mohammed (magħruf ukoll bħala a) Akhtar Mohammad Mansour Khan Muhammad, (b) Akhtar Muhammad Mansoor, (c) Akhtar Mohammad Mansoor). Titolu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Funzjoni: Ministru ta’ l-Avjazzjoni Ċivili u t-Trasport tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1960. Post tat-twelid: (a) Kandaħar, l-Afganistan, (b) Kalanko Joftian, id-distrett ta’ Żurmat fil-provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Mibgħut lura lejn l-Afganistan f’Settembru ta’ l-2006, (b) Membru tat-tmexxija Talibana, (c) attiv fil-provinċji ta’ Khost, Paktia u Paktika, l-Afganistan sa minn Mejju ta’ l-2007; ‘Gvernatur’ Taliban ta’ Kandaħar sa minn Mejju ta’ l-2007.” |
(57) |
L-annotazzjoni “Nazirullah Aanafi. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ataxè Kummerċjali, l-’Ambaxxata’ Talibana, Iżlamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1962. Post tat-twelid: Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru tal-passaport: D 000912 (maħruġ fit-30.6.1998)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Nazirullah Aanafi Waliullah. Titolu: (a) Maulavi, (b) Haji. Funzjoni: Ataxè Kummerċjali, l-’Ambaxxata’ Talibana, Iżlamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1962. Post tat-twelid: Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru tal-passaport: D 000912 (passaport Afgan maħruġ fit-30.6.1998). Informazzjoni oħra: Mibgħut lura lejn l-Afganistan f’Ottubru ta’ l-2006.” |
(58) |
L-annotazzjoni “Abdul Salam Zaeef. Titolu: Mullah. Funzjoni: (a) Deputat Ministru tal-Minjieri u l-Industriji, (b) Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju, l-‘Ambaxxata’ Talibana, Iżlamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1968. Post tat-twelid: Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru tal-passaport: D 001215 (maħruġ fid-29.8.2000)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Abdul Salam Zaeef (magħruf ukoll bħala Abdussalam Zaeef). Titolu: Mullah. Funzjoni: (a) Deputat Ministru tal-Minjieri u l-Industriji tar-reġim Taliban, (b) Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju, l-‘Ambaxxata’ Talibana, Iżlamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1968. Post tat-twelid: Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru tal-passaport: D 001215 (passaport Afgan maħruġ fid-29.8.2000). Informazzjoni oħra: Arrestat u mibgħut lura lejn l-Afganistan. Meħlus mill-ħabs. Jgħix Kabul sa minn Mejju ta’ l-2007.” |
(59) |
L-annotazzjoni “Zahed, Abdul Rahman (Deputat Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’: “Abdul Rahman Zahed (magħruf ukoll bħala Abdul Rehman Zahid). Titolu: Mullah. Funzjoni: Deputat Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1963 u l-1968. Post tat-twelid: il-provinċja ta’ Logar fid-distrett ta’ Kharwar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |