Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0044

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 44/2007 tas- 27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    ĠU L 209, 9.8.2007, p. 80–81 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/44(2)/oj

    9.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 209/80


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 44/2007

    tas-27 ta' April 2007

    li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 155/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

    (2)

    Id-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-sigurtà ta' ajruplani minn pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità (2) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2005 tat-2 ta' Diċembru 2005 (3), b'adattamenti speċifiċi għall-pajjiż partikolari.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni (4) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 179/2004 (5) tad-9 ta' Diċembru 2004, b'adattamenti speċifiċi għall-pajjiż partikolari.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 768/2006 tad-19 ta' Mejju 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ġbir u l-iskambju ta' informazzjoni dwar is-sigurtà ta' l-ajruplani li jużaw ajruporti tal-Komunità u l-ġestjoni tas-sistema ta' l-informazzjoni (6) għandu jiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (5)

    L-adattamenti previsti b'rabta mar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 għandhom, fejn applikabbli u sakemm mhux previst mod ieħor, japplikaw mutatis mutandis għal leġiżlazzjoni Komunitarja oħra li tagħti s-setgħa lill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni u inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Il-punt li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 66r (id-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “66ra.

    32006 R 0768: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 768/2006 tad-19 ta' Mejju 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ġbir u l-iskambju ta' informazzjoni dwar is-sigurtà ta' l-ajruplani li jużaw ajruporti tal-Komunità u l-ġestjoni tas-sistema ta' l-informazzjoni (ĠU L 134, 20.5.2006, p. 16).”

    2.

    It-test ta' adattament li ġej għandu jiżdied fil-punt 66n (ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “(s)

    Fejn applikabbli, u sakemm mhux previst mod ieħor, l-adattamenti ta' hawn fuq għandhom japplikaw mutatis mutandis għal leġiżlazzjoni Komunitarja oħra li tagħti s-setgħa lill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni u inkorporata f'dan il-Ftehim.”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (KE) Nru 768/2006 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 29.

    (2)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 76.

    (3)  ĠU L 53, 23.2.2006, p. 53.

    (4)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1.

    (5)  ĠU L 133, 26.5.2005, p. 37.

    (6)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 16.

    (*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.


    Top