Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0033

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 33/2007 tas- 27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XX (Ambjent) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 209, 9.8.2007, p. 60–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/33(2)/oj

    9.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 209/60


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 33/2007

    tas-27 ta' April 2007

    li temenda l-Anness XX (Ambjent) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2006 tat-22 ta' Settembru 2006 (1).

    (2)

    Id-Direttiva 2006/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità (Verżjoni Kodifikata) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (3)

    Id-Direttiva 2006/11/KE tħassar id-Direttiva 76/464/KEE (3), li hi inkorporata fil-Ftehim u li b'hekk għandha tiġi mħassra skond il-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    It-test ta' punt 4 (Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE) ta' l-Anness XX mal-Ftehim għandu jinbidel u jsir kif ġej:

    32006 L 0011: Id-Direttiva 2006/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità (Verżjoni Kodifikata) (ĠU L 64, 4.3.2006, p. 52).

    Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-fini ta' dan il-Ftehim, jinftehmu skond it-tibdil li ġej:

    Wara l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 13 għandu jiżdied dan li ġej:

    ‘Il-perjodu ta' żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva 2000/60/KE, li hu speċifikat fil-Parti B ta' l-Anness II, m'għandux japplika u minfloku għandha tapplika d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora d-Direttiva 2000/60/KE f'dan il-Ftehim.’”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 2006/11/KE fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 333, 30.11.2006, p. 55.

    (2)  ĠU L 64, 4.3.2006, p. 52.

    (3)  ĠU L 129, 18.5.1976, p. 23.

    (*)  Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.


    Top