Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.
Dokuments 22007D0030
Decision of the EEA Joint Committee No 30/2007 of 27 April 2007 amending Annex XVIII (Health and safety at work, labour law, and equal treatment for men and women) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 30/2007 tas- 27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġijiet tax-xogħol u t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 30/2007 tas- 27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġijiet tax-xogħol u t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
ĠU L 209, 9.8.2007., 54./55. lpp.
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
Spēkā
9.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 209/54 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 30/2007
tas-27 ta' April 2007
li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġijiet tax-xogħol u t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XVIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 124/2006 tat-22 ta' Settembru 2006 (1). |
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/15/KE tas-7 ta' Frar 2006 li tistabbilixxi t-tieni lista ta' valuri ta' limitu indikattivi ta' espożizzjoni waqt ix-xogħol fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u li temenda d-Direttivi 91/322/KEE u 2000/39/KE (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XVIII tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:
1. |
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 16jc (id-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
2. |
Dan li ġej għandu jiżdied mal-punti 3a (id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/322/KEE) u 16j (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/39/KE): “, kif emendat bi:
|
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2006/15/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 333, 30.11.2006, p. 53.
(*) Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.