This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22007D0017
Decision of the EEA Joint Committee No 17/2007 of 27 April 2007 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 17/2007 tas- 27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 17/2007 tas- 27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 209, 9.8.2007, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
9.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 209/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 17/2007
tas-27 ta' April 2007
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 129/2006 tas-27 ta' Ottubru 2006 (1). |
(2) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/406/KE tas-7 ta' Ġunju 2006 li twaqqaf il-linji gwida dwar l-użu ta' klejms li jirreferu għan-nuqqas ta' testijiet fuq annimali skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE (2) għandha tiġi integrata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punti li ġejjin għandhom ikunu inseriti wara l-punt 13 (Direttiva tal-Kummissjoni 2003/83/KE, imħassra) fil-Kapitolu XVI ta' l-Anness II tal-Ftehim:
“ATTI LI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI
Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu nota tal-kontenut ta' l-atti li ġejjin:
14. |
32006 H 0406: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/406/KE tas-7 ta' Ġunju 2006 li twaqqaf il-linji gwida dwar l-użu ta' klejms li jirreferu għan-nuqqas ta' testijiet fuq annimali skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE (ĠU L 158, ta' l-10 ta' Ġunju 2006, p. 18).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Rakkomandazzjoni 2006/406/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 366, 21.12.2006, p. 66.
(2) ĠU L 158, 10. 6.2006, p. 18.
(*) Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.