EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0013

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 13/2007 tas- 27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 209, 9.8.2007, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/13(2)/oj

9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 13/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 117/2006 tat-22 ta' Settembru 2006 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/45/KE tas-16 ta' Mejju 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta' l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva propoxycarbazone (2) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/41/KE tas-7 ta' Lulju 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-clothianidin u l-pethoxamid bħala sustanzi attivi (3) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/64/KE tat-18 ta' Lulju 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-clopyralid, il-cyprodinil, il-fosetyl u t-trinexapac bħala sustanzi attivi (4) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(5)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/74/KE tal-21 ta' Awissu 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi d-dichlorprop-P, il-metconazole, il-pyrimethanil u t-triclopyr bħala sustanzi attivi (5) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(6)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/75/KE tal-11 ta' Settembru 2006 li temenda id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi d-dimoxystrobin bħala sustanza attiva (6) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(7)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/76/KE tat-22 ta' Settembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta' l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva chlorothalonil (7) għandha tiddaħħal fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jinżdiedu mal-punt 12a (Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE) tal-Kapitolu XV ta' l-Anness II tal-Ftehim:

“—

32006 L 0045: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/45/KE tas-16 ta' Mejju 2006 (ĠU L 130, tat-18.5.2006, p. 27),

32006 L 0041: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/41/KE tas-7 ta' Lulju 2006 (ĠU L 187, tat-8.7.2006, p. 24),

32006 L 0064: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/64/KE tat-18 ta' Lulju 2006 (ĠU L 206, tas-27.7.2006, p. 107),

32006 L 0074: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/74/KE tal-21 ta' Awwissu 2006 (ĠU L 235, tat-30.8.2006, p. 17).

32006 L 0075: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/75/KE tal-11 ta' Settembru 2006 (ĠU L 248, tat-12.9.2006, p. 3),

32006 L 0076: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/76/KE tat-22 ta' Settembru 2006 (ĠU L 263, tas-23.9.2006, p. 9).”

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Deċiżjonijiet 2006/45/KEE 2006/41/KE, 2006/64/KE, 2006/74/KE, 2006/75/KE u 2006/76/KE fl-ilsna Izlandiċi u Norveġiżi, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 333, 30.11.2006, p. 40.

(2)  ĠU L 130, 18.5.2006, p. 27.

(3)  ĠU L 187, 8.7.2006, p. 24.

(4)  ĠU L 206, 27.7.2006, p. 107.

(5)  ĠU L 235, 30.8.2006, p. 17.

(6)  ĠU L 248, 12.9.2006, p. 3.

(7)  ĠU L 263, 23.9.2006, p. 9.

(*)  Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.


Top